+REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---+KAPITOLU II PRINĊIPJI TEKNIĊI
------+Artikolu 3 It-tneħħija tal-ingranaġġ multiplu u l-ħolqien ta' fondi proprji fil-grupp
------+Artikolu 4 It-trasferibbiltà u d-disponibbiltà ta' fondi proprji
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 5 Il-fondi proprji speċifiċi għas-settur
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 6 Id-defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 7 Il-konsistenza
------+Artikolu 8 Il-konsolidament
------+Artikolu 9 Ir-rekwiżit tas-solvenza
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 10 Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u r-rekwiżiti tas-solvenza għall-konglomerat finanzjarju
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 11 It-trattament ta' parteċipazzjonijiet transsettorjali
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 12 Il-fondi proprji nozzjonali u r-rekwiżiti nozzjonali ta' solvenza għall-entitajiet mhux regolati tas-settur finanzjarju
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 13 L-arranġamenti settorjali tranżitorji u ta' anterjorità
---+KAPITOLU III METODI TEKNIĊI TA' KALKOLU
------+Artikolu 14 L-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tekniku skont il-metodu 1 f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
---------+Artikolu 14 4
---------+Artikolu 14 5
---------+Artikolu 14 6
---------+Artikolu 14 7
---------+Artikolu 14 8
---------+Artikolu 14 9
---------+Artikolu 14 10
---------+Artikolu 14 11
------+Artikolu 15 L-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tekniku skont il-metodu 2 f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
------+Artikolu 16 L-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tekniku skont il-metodu 3 f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---+KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 17 Id-dħul fis-seħħ
---+ANNESS Metodoloġija ta' kalkolazzjoni għall-Metodu 2 skont id-Direttiva 2002/87/KE Il-Metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni
------+1. it-total tal-fondi proprji ( OF i ) ta' kull entità tas-settur finanzjarju regolata jew le ( i ) …
------+2. it-total tar-rekwiżiti ta' solvenza (REQi) għal kull entità tas-settur finanzjarju regolata u …
English - European Union - Financial Industry - Insurance - Banking -

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2014

tal-21 ta' Jannar 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 21a(3) tagħha,

Billi:

(1)

Għall-konglomerati finanzjarji li jinkludu attivitajiet bankarji jew ta' investiment u negozju tal-assigurazzjoni sinifikanti, l-użu għal diversi drabi ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji fil-livell tal-konglomerat finanzjarju jiġifieri, l-ingranaġġ multiplu, kif ukoll il-ħolqien mhux adattat ta' fondi proprji fil-grupp, għandhom jitneħħew sabiex jirriflettu b'mod preċiż id-disponibbiltà tal-fondi proprji tal-konglomerati biex jassorbu t-telf u biex jiżguraw adegwatezza kapitali addizzjonali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.

(2)

Importanti li jiġi żgurat li l-fondi proprji li jeċċedu dawk meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' solvenza settorjali, jiġu inklużi biss fil-livell tal-konglomerat jekk ma jkun hemm l-ebda ostaklu għat-trasferiment tal-assi jew għar-rimborż tal-obbligazzjonijiet bejn l-entitajiet ta' konglomerat differenti, inkluż minn settur għal ieħor.

(3)

Matul il-kalkolu tal-fondi proprji tiegħu, konglomerat finanzjarju għandu jinkludi biss il-fondi proprji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' solvenza settorjali jekk dawn il-fondi jkunu trasferibbli minn entità għal oħra fi ħdan il-konglomerat finanzjarju.

(4)

Jeħtieġ li jkun hemm regoli adattati li jqisu li r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għas-settur huma mfassla biex ikopru r-riskji relatati ma' dak is-settur, u mhumiex maħsuba biex ikopru r-riskji 'l barra minn dak is-settur.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta' adegwatezza kapitali addizzjonali jiġi applikat b'mod konsistenti, għandhom jiġu elenkati r-rekwiżiti settorjali li jinkludu rekwiżiti ta' solvenza għal dan il-għan. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu ta' ħsara għad-dispożizzjonijiet settorjali relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu wara li ma jkunux ġew irrispettati r-rekwiżiti settorjali ta' solvenza. B'mod partikolari, fejn jirriżulta defiċit fil-livell ta' konglomerat finanzjarju minħabba li ma jkunx ġie rrispettat ir-rekwiżit ta' bafer kombinat skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-miżuri neċessarji meħtieġa għandhom ikunu bbażati fuq dawk stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

(6)

Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' adegwatezza kapitali addizzjonali ta' konglomerat finanzjarju, kemm ir-rekwiżit ta' solvenza nozzjonali kif ukoll il-livell nozzjonali tal-fondi proprji għandhom jiġu kkalkulati għall-entitajiet finanzjarji mhux regolati fi ħdan il-konglomerat finanzjarju.

(7)

Il-Parti II tal-Anness I ta' mad-Direttiva 2002/87/KE tistabbilixxi tliet metodi tekniċi għall-ikkalkular tar-rekwiżiti ta' adegwatezza kapitali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju: Il-“Metodu ta' konsolidazzjoni ta' konteġġi” (il-metodu 1), il-“Metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni” (il-metodu 2) u l-“Kombinazzjoni tal-metodi” (il-metodu 3), li jippermetti l-kombinazzjoni tal-metodu 1 u tal-metodu 2. Il-metodi tekniċi ta' kalkolu 1 u 2 għandhom ikunu speċifikati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħhom. Barra minn hekk, għandhom jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li fihom jintuża l-metodu 3 u għandu jkun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-użu ta' dak il-metodu f'ċirkostanzi simili, li dawn japplikaw kriterji komuni u li jeżiġu li l-metodu jiġi applikat b'mod konsistenti minn konglomerat finanzjarju għal ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li jiġi applikat il-metodu 3 biss f'każ li konglomerat finanzjarju jista' juri li l-applikazzjoni tal-metodu 1 jew tal-metodu 2 waħdu ma tkunx raġonevolment fattibbli. L-użu tal-metodu 3 għandu jkun konsistenti maż-żmien sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti. Billi l-metodi tekniċi ta' kalkolu jitwettqu skont il-prinċipji tekniċi msemmija fil-Parti I tal-Anness I ta' mad-Direttiva 2002/87/KE, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati dawn il-prinċipji wkoll.

(8)

Il-metodu 1 għall-ikkalkular tas-solvenza tal-grupp, kif stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-metodu 1 għall-ikkalkular tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali, kif stabbilit fid-Direttiva 2002/87/KE, għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti billi ż-żewġ metodi huma konsistenti mal-objettivi ewlenin tas-superviżjoni addizzjonali. Iż-żewġ metodi jiżguraw it-tneħħija tal-ħolqien ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp u l-kalkolu tal-fondi proprji f'konformità mad-definizzjonijiet u mal-limiti stabbiliti fir-regoli settorjali rilevanti.

(9)

L-għoti ta' setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji, previst fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa marbut mill-qrib mal-għoti ta' setgħa previst fl-Artikolu 21a(3) tad-Direttiva 2002/87/KE, billi t-tnejn li huma jindirizzaw l-applikazzjoni konsistenti tal-metodi ta' kalkolu stipulati fl-Anness ta' ma' dik id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-koerenza fil-metodi ta' kalkolu speċifikati għall-finijiet ta' dawn l-atti leġiżlattivi u biex jiġi ffaċilitat li jinkisbu stampa komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jiġu stabbiliti l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont dawn l-għotjiet ta' setgħa f'regolament uniku.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ir-reġimi ta' solvenza settorjali l-ġodda li ġew stabbiliti fl-Unjoni bil-għan li tkun żgurata l-aktar applikazzjoni konsistenti tal-metodi ta' kalkolu. Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ir-regoli li jiddependu fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom jibdew japplikaw mid-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għalhekk, l-implimentazzjoni nazzjonali eżistenti tal-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali, għandha tibqa' tintuża f'dawk l-oqsma li ma ġewx armonizzati b'dan ir-Regolament, fil-perjodu qabel ma dan ikun japplika b'mod sħiħ, u l-kalkoli sottostanti bbażati fuq regoli settorjali tal-assigurazzjoni għandhom jiġu bbażati fuq ir-regoli settorjali tal-assigurazzjoni li japplikaw fil-mument meta jkun qed isir il-kalkolu.

(11)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji mressqa b'mod konġunt mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) u mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) quddiem il-Kummissjoni.

(12)

L-ABE, l-EIOPA u l-ESMA wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom jissejjes dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur Bankarju stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU II PRINĊIPJI TEKNIĊI KAPITOLU II PRINĊIPJI TEKNIĊI
KAPITOLU III METODI TEKNIĊI TA' KALKOLU KAPITOLU III METODI TEKNIĊI TA' KALKOLU
KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ANNESS Metodoloġija ta' kalkolazzjoni għall-Metodu 2 skont id-Direttiva 2002/87/KE Il-Metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni

ANNESS

Metodoloġija ta' kalkolazzjoni għall-Metodu 2 skont id-Direttiva 2002/87/KE

Il-Metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit