+ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (91/674/KEE)
---+Preamble: 1
---+IT-TAQSIMA 1 Dispożizzjonijiet preliminari u l-kamp ta’ applikazzjoni
------+Article 1
------+Article 2
------+Article 3
------+Article 4
---+IT-TAQSIMA 2 Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-balance sheetu l-kont tal-qligħ u t-telf
------+Article 5
---+IT-TAQSIMA 3 L-istruttura tal-balance sheet
------+Article 6
------+Article 7
---+IT-TAQSIMA 4 Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti fil-balance sheet
------+Article 8
------+Article 9
------+Article 10
------+Article 11
------+Article 12
------+Article 13
------+Article 14
------+Article 15
------+Article 16
------+Article 17
------+Article 18
------+Article 19
------+Article 20
------+Article 21
------+Article 22
------+Article 23
------+Article 24
------+Article 25
------+Article 26
------+Article 27
------+Article 28
------+Article 29
------+Article 30
------+Article 31
------+Article 32
---+IT-TAQSIMA 5 Il-preżentazzjoni tal-kont ta’ qligħ u telf
------+Article 33
------+Article 34 Profit and loss account
---+IT-TAQSIMA 6 Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti tal-kont ta’ qligħ u telf
------+Article 35
------+Article 36
------+Article 37
------+Article 38
------+Article 39
------+Article 40
------+Article 41
------+Article 42
------+Article 43
------+Article 44
---+IT-TAQSIMA 7 Regoli ta’ valutazzjoni
------+Article 45
------+Article 46
------+Article 46a
------+Article 47
------+Article 48
------+Article 49
------+Article 50
------+Article 51
------+Article 52
------+Article 53
------+Article 54
------+Article 55
------+Article 56 Technical provisions
------+Article 57 Provision for unearned premiums
------+Article 58 Provision for unexpired risks
------+Article 59 Life assurance provision
------+Article 60 Provisions for claims outstanding
------+Article 61
------+Article 62
---+IT-TAQSIMA 8 Kontenut tan-noti dwar il-kontijiet
------+Article 63
------+Article 64
---+IT-TAQSIMA 9 Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw kontijiet konsolidati
------+Article 65
------+Article 66
------+Article 67
---+IT-TAQSIMA 10 Pubblikazzjoni
------+Article 68
---+IT-TAQSIMA 11 DispoŻizzjonijiet finali
------+Article 69
------+Article 70
------+Article 71
------+Article 72
English - European Union - Financial Industry - Insurance -

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (91/674/KEE)

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 1991

dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

(91/674/KEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat jeħtieġ il-koordinazzjoni sal-limiti neċessarji tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji u ditti fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bl-iskop li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti fil-Komunità kollha;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3)(g) tat-Trattat, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 4 ), bid-Direttiva 90/605/KEE ( 5 ), m’hemmx bżonn li tiġi applikata għal kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala “intrapriżi ta’ assigurazzjoni”, fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni; billi, invista ta’ l-importanza maġġuri ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fil-Komunità, din il-koordinazzjoni ma tistax tiġi ttardjata iktar wara l-implimentazzjoni tad-Direttiva 78/660/KEE;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983, ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat, dwar kontijiet konsolidati ( 6 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE, tipprovdi għal derogi għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni biss sa l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien impost għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi din id-Direttiva għandha għalhekk ukoll tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fir-rigward ta’ kontijiet konsolidati;

Billi din il-koordinazzjoni hija wkoll meħtieġa b’urġenza minħabba li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni joperaw fil-fruntieri; billi għal kredituri, debituri, membri, titolari tal-poloz u l-konsulenti tagħhom għall-pubbliku inġenerali, paragunabbiltà mtejba tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-intrapriżi hija ta’ importanza kruċjali;

Billi fl-Istati Membri intrapriżi ta’ assigurazzjoni ta’ forom ġuridiċi differenti jikkompetu ma’ xulxin; billi intrapriżi nvoluti fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta normalment huma involuti fin-negozju ta’ riassigurazzjoni wkoll u għalhekk huma f’kompetizzjoni ma intrapriżi speċjalizzati ta’ riassigurazzjoni; billi huwa għalhekk xieraq li din il-koordinazzjoni ma tkunx limitata għal forom ġuridiċi koperti bid-Direttiva 78/660/KEE, imma li jintgħażel kamp ta’ applikazzjoni li jikkorrespondi għal dak tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja ( 7 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/618/KEE ( 8 ), u għal dik tad-Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l -insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta tal-ħajja ( 9 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/619/KEE ( 10 ), imma li tinkludi wkoll ċerti intrapriżi li huma esklużi mill-iskop ta’ dawk id-Direttivi u kumpanniji u ditti li huma intrapriżi ta’ riassigurazzjoni;

Billi, għalkemm, invista tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni, kient jidher xieraq li tiġi proposta Direttiva separata dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-intrapriżi, dan ma jeħtieġx neċessarjament l-istabbiliment ta’ sett ta’ standards differenti minn dawk tad-Direttiva 78/660/KEE u 83/349/KEE; billi dawn l-istandards separati ma kienu la jkunu approprjati u lanqas konsistenti mal-prinċipji li jinfurzaw il-koordinazzjoni tal-liġi tal-kumpannija ladarba, mogħtija l-pożizzjoni importanti li huma jokkupaw fl-ekonomija Komunitarja, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ma jistgħux ikunu esklużi minn qafas ta’ regoli maħsub għal intrapriżi inġenerali; billi, għal din ir-raġuni, ittieħed biss kont tal-karatteristiċi partikolari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u din id-Direttiva titratta biss derogi mir-regoli stabbiliti fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE;

Billi hemm differenzi kbar fl-istruttura u l-kontenut tal-balance sheets ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni fi Stati Membri differenti; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tistabbilixxi l-istess struttura u l-istess deskrizzjonijiet tal-punti għall-balance sheets ta’ l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni Komunitarji kollha;

Billi, jekk il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati għandhom ikunu paragunabbli, numru ta’ mistoqsijiet bażiċi li jirrigwardaw l-iżvelar ta’ ċerti operazzjonijiet fil-balance sheet għandhom jiġu deċiżi;

Billi, fl-interessi ta’ paragunabbiltà akbar, huwa wkoll neċessarju li l-kontenut tal-punti varji tal-balance sheets jiġi ddeterminat b’mod preċiż;

Billi jista’ jkun utli li jkun hemm distinzjoni bejn l-impenni ta’ l-assiguratur u dawk tar-riassiguratur billi jintwera fl-assi s-sehem tad-dispożizzjonijiet tekniċi tar-riassiguratur bħala ass;

Billi l-istruttura tal-kont ta’ qligħ u telf għandha wkoll tiġi determinata u ċerti punti fiha għandhom jiġu definiti;

Billi, meqjusa in-natura speċifika ta’ l-industrija ta’ assigurazzjoni, jista’ jkun utili għal qligħ u telf mhux realizzat li jiġu trattati fil-kont tal-qligħ u t-telf;

Billi l-paragunabbiltà ta’ figuri fil-balance sheet u l-kont ta’ qligħ u telf tiddependi wkoll bażikament fuq il-valuri li bihom l-assi u r-responsabbiltajiet jintwerew fil-balance sheet; billi għal fehma tajba tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni, il-valur kurrenti ta’ investimenti kif ukoll il-valur tagħhom ibbażat fuq il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni m’għandhomx jiġu żvelati; billi, madanakollu, l-iżvelar obbligatorju tal-valur kurrenti ta’ investimenti, mill-anqas fin-noti fil-kontijiet, huwa preskritt biss għal skopijiet ta’ paragunabbiltà u trasparenza u mhuwiex intiż li jwassal għal bidliet fit-trattament tat-taxxa ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

Billi fil-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jistgħu jiġu użati metodi attwarjali normalment applikati fis-suq jew aċċettati mill-awtoritajiet li jagħmlu monitoraġġ fuq l-assigurazzjoni; billi dawk il-metodi jistgħu jiġu implimentati minn kull attwarju jew espert skond il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi nazzjonali u billi jittieħed kont tal-prinċipji attwarjali rikonoxxuti fil-qafas tal-koordinazzjoni preżenti u ġejjiena tar-regoli fondamentali għall-monitoraġġ prudenzjali u finanzjarju tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta tal-ħajja;

Billi, fil-kalkolu tad-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti, min-naħa waħda, kull skont jew tnaqqis impliċitu għandu jiġi pprojbit, u, min-naħa l-oħra, kondizzjonijiet preċiżi għal rikors għal skont jew tnaqqis espliċitu għandu jiġi definit, għall-iskop ta’ prudenza u trasparenza;

Billi, invista tan-natura speċjali ta’ intrapriżi ta’ kreditu, ċerti bidliet huma neċessarji fir-rigward tan-noti dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati;

Billi, inlinja ma’ l-intenzjoni li jkunu koperti l-intrapriżi kollha ta’ l-assigurazzjoni li jidħlu fl-iskop tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE kif ukoll ċerti oħrajn, derogi bħal dawk għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju fid-Direttiva 78/660/KEE m’hemmx provvediment għalihom, imma ċerti assoċjazzjonijiet żgħar eċiproċi li huma esklużi mill-iskop tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE m’għandhomx ikunu koperti;

Billi għall-istess raġunijiet il-qasam ta’ applikazzjoni permess lill-Stati Membri skond id-Direttiva 83/349/KEE li jiġu eżentati intrapriżi prinċipali ta’ gruppi minn konsolidazzjoni obbligatorja jekk l-intrapriżi li għandhom jiġu kkonsolidati flimkien ma jeċċedux ċertu daqs ma ġiex estiż għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

Billi invista tan-natura partikolari huma meħtieġa dispożizzjonijiet sepċjali għall-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw ukoll għal kontijiet konsolidati mfassla minn intrapriża prinċipali li tkun kumpannija ta’ proprjetà finanzjarja meta l-intrapriżi sussidjarji jkunu jew esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

Billi l-kontroll ta’ problemi li joriġinaw inkonnessjoni ma’ din id-Direttiva, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tagħha, jeħtieġ kooperazzjoni mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’kumitat ta’ kuntatt; billi, sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dawn il-kumitati, huwa mixtieq li din il-kooperazzjoni sseħħ fil-kumitat previst fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 78/660/KEE; billi, madanakollu, meta jiġu kkontrollati problemi li jikkonċernaw intrapriżi ta’ assigurazzjoni, il-kumitat għandhu jiġi kkostitwit kif approprjat;

Billi, invista tal-komplessità tal-materja, intrapriżi ta’ assigurazzjoni koperti b’din id-Direttiva għandhom jitħallew perjodu xieraq sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha; billi dak il-perjodu għandu jiġi estiż biex jiġu permessi l-aġġustamenti neċessarji li għandhom isiru li jikkonċernaw, min-naħa waħda, l-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s u, min-naħa l-oħra, dawk l-intrapriżi li, meta din id-Direttiva ssir applikabbli, juru l-investimenti tagħhom bil-prezz storiku;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għar-reviżjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva wara ħames snin esperjenza ta’ l-applikazzjoni tagħha, fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ aktar trasparenza u armonizzazzjoni.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TAQSIMA 1 Dispożizzjonijiet preliminari u l-kamp ta’ applikazzjoni IT-TAQSIMA 1 Dispożizzjonijiet preliminari u l-kamp ta’ applikazzjoni
IT-TAQSIMA 2 Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-balance sheetu l-kont tal-qligħ u t-telf IT-TAQSIMA 2 Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-balance sheetu l-kont tal-qligħ u t-telf
IT-TAQSIMA 3 L-istruttura tal-balance sheet IT-TAQSIMA 3 L-istruttura tal-balance sheet
IT-TAQSIMA 4 Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti fil-balance sheet IT-TAQSIMA 4 Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti fil-balance sheet
IT-TAQSIMA 5 Il-preżentazzjoni tal-kont ta’ qligħ u telf IT-TAQSIMA 5 Il-preżentazzjoni tal-kont ta’ qligħ u telf
IT-TAQSIMA 6 Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti tal-kont ta’ qligħ u telf IT-TAQSIMA 6 Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti tal-kont ta’ qligħ u telf
IT-TAQSIMA 7 Regoli ta’ valutazzjoni IT-TAQSIMA 7 Regoli ta’ valutazzjoni
IT-TAQSIMA 8 Kontenut tan-noti dwar il-kontijiet IT-TAQSIMA 8 Kontenut tan-noti dwar il-kontijiet
IT-TAQSIMA 9 Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw kontijiet konsolidati IT-TAQSIMA 9 Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw kontijiet konsolidati
IT-TAQSIMA 10 Pubblikazzjoni IT-TAQSIMA 10 Pubblikazzjoni
IT-TAQSIMA 11 DispoŻizzjonijiet finali IT-TAQSIMA 11 DispoŻizzjonijiet finali

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit