+DIRETTIVA 2006/93/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
---+Artikolu 3
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
---+Artikolu 4
---+Artikolu 5
---+Artikolu 6
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+ANNESS I
---+ANNESS II
English - European Union - Environment - Aviation -

DIRETTIVA 2006/93/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (test b'rilevanza għaż-ŻEE)

DIRETTIVA 2006/93/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Diċembru 2006

dwar ir-regolament ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

(verżjoni kodifikata)

(test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l- l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE tat-2 ta' Marzu 1992 dwar il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (3) ġiet emendata kemm-il darba b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-applikazzjoni ta' standards tal-ħoss għal ajruplani jet subsoniċi għandha konsegwenzi sinifikanti għall-provvista ta' servizzi tat-trasport bl-ajru, b'mod partikolari meta dawn l-istandards jillimitaw l-użu utli ta' l-ajruplani operati minn linji ta' l-ajru.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE ta' l-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi (5) tillimita ż-żieda mar-reġistri ċivili ta' l-arju ta' Stati Membri ta' ajruplani li jikkonformaw biss ma' l-istandards speċifikati fil-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988). Dik id-Direttiva tispeċifika li l-limitazzjoni dwar iż-żieda hija biss l-ewwel stadju.

(4)

Minħabba l-problema tal-konġestjoni li dejjem qed tikber fl-ajruporti Komunitarji, huwa essenzjali li jiġi assigurat li jsir l-aħjar użu mill-faċilitajiet eżistenti. Dan ikun possibbli biss jekk jintużaw ajruplani li huma aċċettabbli għall-ambjent.

(5)

Ix-xogħol magħmul mill-Komunità f'kooperazzjoni ma' korpi oħrajn internazzjonali jindika li l-miżuri biex tiġi llimitata l-operazzjoni ta' ajruplani li ma jikkonformawx ma' l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16 għandu jsegwi kull regola nonaddizzjonali sabiex dan ikun ta' benefiċċju ambjentali.

(6)

Għandhom jiġu introdotti regoli komuni għal dan l-iskop fuq skala ta' żmien raġonevoli sabiex jiġi assigurat approċċ armonizzat fil-Komunità kollha, li jissupplimenta regoli eżistenti. Dan huwa partikolarment importanti minħabba x-xejra riċenti lejn liberalizzazzjoni progressiva tat-traffiku ta' l-ajru Ewropew.

(7)

Il-ħoss ta' l-ajruplani għandu jitnaqqas, billi jittieħed kont ta' fatturi ambjentali, vjabbilità teknika u konsegwenzi ekonomiċi.

(8)

Huwa approprjat li l-operazzjoni ta' ajruplani jet subsoniċi ċivili li jidhru f'reġistri ta' Stati Membri u li jikkonformaw ma' l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16 tiġi regolata.

(9)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(10)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELL

Għall-Kunsill

Il-President

M. PEKKARINEN

Artikolu 1
Artikolu 2
Artikolu 3
Artikolu 4

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 5

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li dawk ir-regoli jiġu implementati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 6
Artikolu 7

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.


(1)   ĠU C 108, 30.4.2004, p. 55.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Frar 2004 (ĠU C 97 E, 22.4.2004, p. 67) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2006

(3)   ĠU L 76, 23.3.1992, p. 21. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2001 (ĠU L 138, 22.5.2001, p. 12).

(4)  Ara l-Anness I, Parti A.

(5)   ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27.

ANNESS I

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma' l-emendi suċċessivi tagħha

Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE

(ĠU L 76, 23.3.1992, p. 21)

Direttiva tal-Kunsill 98/20/KE

(ĠU L 107, 7.4.1998, p. 4)

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/28/KE

(ĠU L 118, 6.5.1999, p. 53)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2001

(ĠU L 138, 22.5.2001, p. 12)

Parti B

Lista ta' limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

92/14/KEE

L-1 ta' Lulju 1992

98/20/KE

L-1 ta' Marzu 1999

1999/28/KE

L-1 ta' Settembru 1999

ANNESS II

ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 92/14/KEE

Din id-Direttiva

Artikou 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3)

—

Artikolu 2(1)

—

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

—

Artikoli 3 u 4

—

Artikolu 5(1)

—

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(1)

Artikoli 6 u 7

—

Artikolu 8

Artikolu 3(4)

Artikolu 9(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 3(3)

Artikoli 9a u 9b

—

Artikolu 10(1)

—

Artikolu 10(2)

Artikolu 4

—

Artikolu 5 (1)

—

Artikolu 6

—

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Anness

—

—

Anness I

—

Anness II


(1)  Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/20/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0093
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.