+REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/699 tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar miżuri temporanji li jikkonċernaw il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs) u tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs)
---+Artikolu 2 Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs)
---+Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Corporate Law -
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/699 tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar miżuri temporanji li jikkonċernaw il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs) u tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/699
tal-25 ta’ Mejju 2020
dwar miżuri temporanji li jikkonċernaw il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs) u tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
|
(1)
|
Sabiex jitrażżan it-tifqigħa ta’ COVID-19, li ġie ddikjarat bħala pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-11 ta’ Marzu 2020, l-Istati Membri implimentaw serje ta’ miżuri bla preċedent, b’mod partikolari miżuri li jikkonċernaw il-konfinament u t-tbegħid soċjali ta’ persuni.
|
|
(2)
|
Tali miżuri jistgħu jipprevjenu lill-kumpaniji u lis-soċjetajiet kooperattivi milli jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom skont il-liġi tal-kumpaniji nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari, billi jagħmluha diffiċli ħafna għalihom li jorganizzaw laqgħat ġenerali.
|
|
(3)
|
Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri implimentaw miżuri ta’ emerġenza li jappoġġaw lill-kumpaniji u lis-soċjetajiet kooperattivi u li jipprovdulhom l-għodod u l-flessibbiltà meħtieġa fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali kkawżati mill-pandemija ta’ COVID-19. B’mod partikolari, ħafna Stati Membri ppermettew l-użu ta’ għodod u ta’ proċessi diġitali biex isejħu laqgħat ġenerali u estendew il-limiti ta’ żmien għas-sejħa ta’ laqgħat ġenerali fl-2020.
|
|
(4)
|
Fil-livell tal-Unjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 (1) jirregola l-kumpaniji Ewropej (‘SEs’) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 (2) jirregola s-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (‘SCEs’). Iż-żewġ Regolamenti jirrikjedu li ssir laqgħa ġenerali fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali kkawżati mill-pandemija ta’ COVID-19 jenħtieġ li tingħata deroga temporanja minn dak ir-rekwiżit. Peress li huwa essenzjali li jsiru laqgħat ġenerali biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet legalment jew ekonomikament meħtieġa jittieħdu fi żmien debitu, jenħtieġ li l-SEs u l-SCEs ikunu jistgħu jsejħu l-laqgħat ġenerali tagħhom fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja sakemm dawn ma jsirux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. Peress li din hija miżura temporanja minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkważati mill-pandemija ta’ Covid-19, jenħtieġ li dik id-deroga tapplika biss għal-laqgħat ġenerali li huma meħtieġa fl-2020.
|
|
(5)
|
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ma jikkonferixxi ebda setgħat għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għajr għal dawk skont l-Artikolu 352.
|
|
(6)
|
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprovdi soluzzjoni ta’ emerġenza temporanja għal SEs u SCEs li jippermettilhom li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1435/2003 fir-rigward taż-żmien meta jissejħu l-laqgħat ġenerali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
|
|
(7)
|
Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fir-Regolamenti (KE) Nru 2157/2001 u (KE) Nru 1435/2003 jiskadi f’Mejju jew Ġunju 2020 u minħabba li ser ikollhom jiġu kkunsidrati l-perjodi ta’ organizzazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.
|
|
(8)
|
Fid-dawl ta’ dik l-urġenza, kien ikkunsidrat xieraq li tiġi pprovduta eċċezzjoni mill-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-TFUE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
|
|
Artikolu 1 Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs)
|
Artikolu 1
Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs)
Meta, f’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001, trid issir laqgħa ġenerali ta’ SE fl-2020, l-SE tista’, b’deroga minn dik id-dispożizzjoni, issejjaħ il-laqgħa fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja, sakemm il-laqgħa ssir -sal-31 ta’ Diċembru 2020.
|
|
Artikolu 2 Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs)
|
Artikolu 2
Miżura temporanja rigward il-laqgħat ġenerali tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs)
Meta, f’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003, trid issir laqgħa ġenerali ta’ SCE fl-2020, l-SCE tista’, b’deroga minn dik id-dispożizzjoni, issejjaħ il-laqgħa fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja, sakemm il-laqgħa ssir -sal-31 ta’ Diċembru 2020.
|
|
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ kumpanija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.05.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0699
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|