+REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Obbligi tal-fornituri tat-tajers
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
------+Artikolu 4 8.
------+Artikolu 4 9.
------+Artikolu 4 10.
---+Artikolu 5 Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6 Obbligi tad-distributuri tat-tajers
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 6 6.
------+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 7 Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi
---+Artikolu 8 Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting
---+Artikolu 9 Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl
---+Artikolu 10 Proċedura ta’ verifika
---+Artikolu 11 Obbligi tal-Istati Membri
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 12 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 13 Atti delegati
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 14 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 15 Evalwazzjoni u rapport
---+Artikolu 16 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369
---+Artikolu 17 Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009
---+Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS
---+ANNESS II KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER
---+ANNESS III SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
---+ANNESS IV INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU
---+ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN
---+ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA
---+ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATATAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR
---+ANNESS VIII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
English -
European Union -
Energy -
REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, biex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers, sabiex jiżdiedu s-sikurezza, il-protezzjoni tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta’ tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, li jservu fit-tul u li jkunu sikuri b’livelli baxxi ta’ storbju.
|
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
|
Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“tajers C1”, “tajers C2” u “tajers C3” tfisser tajers li jappartjenu għall-klassijiet rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;
(2)
“tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat li jiġi rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;
(3)
“tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;
(4)
“tajers off-road professjonali” tfisser tajer ta’ użu speċjali, użat primarjament f’kondizzjonijiet severi ta’ off-road;
(5)
“tikketta ta’ tajer” tfisser dijagramma grafika, f’forma stampata jew elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex l-utenti aħħarija jkunu infurmati dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew ta’ lott ta’ tajers, relattivament għall-parametri stabbiliti fl-Anness I;
(6)
“post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u jkunu offruti għall-bejgħ, inklużi show rooms tal-karozzi fejn it-tajers li mhumiex armati fuq il-vetturi jkunu offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija;
(7)
“materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, li tkun prodotta minn fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ reklamar bl-informazzjoni li tinsab fl-Anness IV;
(8)
“skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument standard li fih l-informazzjoni li tinsab fl-Anness III u li jkun f’forma stampata jew elettronika;
(9)
“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni li tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni, inkluż l-informazzjoni li tinsab fil-punt (2) tal-Anness VII;
(10)
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369;
(11)
“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, fuq l-internet, bit-telemarketing jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara t-tajer espost;
(12)
“manifattur” tfisser manifattur kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(13)
“importatur” tfisser importatur kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(14)
“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’isem il-manifattur fir-rigward ta’ kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
(15)
“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;
(16)
“distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-fornitur, li tikkummerċjalizza prodott fis-suq;
(17)
“kummerċjalizzazzjoni fis-suq” tfisser kummerċjalizzazzjoni fis-suq kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(18)
“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(19)
“utent aħħari” tfisser konsumatur, diriġent ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq li jixtru jew li huma mistennija li jixtru tajer;
(20)
“parametru” tfisser karatteristika ta’ tajer li għandha impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza tat-triq jew is-saħħa matul l-użu tat-tajer, bħall-brix tat-tajer, il-kilometraġġ, ir-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-qabda fuq il-borra jew il-qabda fuq s-silġ;
(21)
“tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li għaliha l-karatteristiċi tekniċi fuq it-tikketta tat-tajer, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott u l-identifikatur tat-tip ta’ tajer ikunu l-istess għall-unitajiet kollha ta’ dik il-verżjoni;
(22)
“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli bejn ir-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta’ verifika mwettqa minn, jew f’isem, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, u l-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja;
(23)
“identifikatur tat-tip ta’ tajer” tfisser kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tipi oħra ta’ tajers li jkollhom l-istess isem kummerċjali jew l-istess trademark bħal dak tal-fornitur;
(24)
“tip ekwivalenti ta’ tajer” tfisser tip ta’ tajer li jitqiegħed fis-suq mill-istess fornitur bħala tip ieħor ta’ tajer b’identifikatur differenti tat-tip ta’ tajer u li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi li jkunu rilevanti għat-tikketta tat-tajer u l-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
|
|
Artikolu 4 Obbligi tal-fornituri tat-tajers
|
Obbligi tal-fornituri tat-tajers
|
|
Artikolu 5 Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
|
Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
|
|
Artikolu 6 Obbligi tad-distributuri tat-tajers
|
Obbligi tad-distributuri tat-tajers
|
|
Artikolu 7 Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi
|
Artikolu 7 Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jagħtu, qabel ma jsir il-bejgħ, lil dawk l-utenti aħħarija t-tikketta għat-tajers offruti jew immuntati mal-vettura u kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku rilevanti, u għandhom jiżguraw li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli.
|
|
Artikolu 8 Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting
|
Artikolu 8 Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting Fejn fornitur ta’ servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ tajers permezz tas-sit web tiegħu, dak il-fornitur tas-servizz għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti mill-fornitur qrib l-indikazzjoni tal-prezz u għandu jinforma lid-distributur dwar l-obbligu li jesponi t-tikketta tat-tajer u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
|
|
Artikolu 9 Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl
|
Artikolu 9 Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl L-informazzjoni li għandha tingħata taħt l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri indikati fuq it-tikketta tat-tajer għandha tinkiseb f’konformità mal-metodi ta’ ttestjar imsemmija fl-Anness I u mal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju msemmija fl-Anness V.
|
|
Artikolu 10 Proċedura ta’ verifika
|
Artikolu 10 Proċedura ta’ verifika Għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness VI meta jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 Obbligi tal-Istati Membri
|
Obbligi tal-Istati Membri
|
|
Artikolu 12 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
|
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
|
|
Artikolu 13 Atti delegati
|
Atti delegati
|
|
Artikolu 14 Eżerċizzju tad-delega
|
Eżerċizzju tad-delega
|
|
Artikolu 15 Evalwazzjoni u rapport
|
Artikolu 15 Evalwazzjoni u rapport Sal-1 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dak ir-rapport għandu jivvaluta kemm dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu kienu effettivi biex wasslu lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta’ prestazzjoni aħjar, b’kont meħud tal-impatt ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ verifika obbligatorja indipendenti minn parti terza tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta tat-tajer, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fir-rigward tal-qafas usa’ previst mir-Regolament (KE) Nru 661/2009.
|
|
Artikolu 16 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369
|
Artikolu 16 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369 Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“(a)
li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u taħt ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*1
).
|
|
Artikolu 17 Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009
|
Artikolu 17 Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Mejju 2021. Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 18 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
|
|
ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS
|
ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS Parti A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC f’N/kN), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u tiġi allinjata skont il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju deskritta fl-Anness V. Jekk tip ta’ tajer jappartjeni għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifikazzjoni użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dak it-tip ta’ tajer għandha tkun dik li hija applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1).
|
|
Tajers C1
|
Tajers C2
|
Tajers C3
|
|
Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil
|
RRC f’N/kN
|
RRC f’N/kN
|
RRC f’N/kN
|
|
A
|
RRC ≤ 6,5
|
RRC ≤ 5,5
|
RRC ≤ 4,0
|
|
B
|
6,6 ≤ RRC ≤ 7,7
|
5,6 ≤ RRC ≤ 6,7
|
4,1 ≤ RRC ≤ 5,0
|
|
C
|
7,8 ≤ RRC ≤ 9,0
|
6,8 ≤ RRC ≤ 8,0
|
5,1 ≤ RRC ≤ 6,0
|
|
D
|
9,1 ≤ RRC ≤ 10,5
|
8,1 ≤ RRC ≤ 9,0
|
6,1 ≤ RRC ≤ 7,0
|
|
E
|
RRC ≥ 10,6
|
RRC ≥ 9,1
|
RRC ≥ 7,1
|
Parti B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab
1. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt, ikkalkolata skont il-punt 2 u mkejla skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
2. Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G)
G = G(T) – 0,03 fejn:
G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed
|
|
Tajers C1
|
Tajers C2
|
Tajers C3
|
|
Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab
|
G
|
G
|
G
|
|
A
|
1,55 ≤ G
|
1,40 ≤ G
|
1,25 ≤ G
|
|
B
|
1,40 ≤ G ≤ 1,54
|
1,25 ≤ G ≤ 1,39
|
1,10 ≤ G ≤ 1,24
|
|
C
|
1,25 ≤ G ≤ 1,39
|
1,10 ≤ G ≤ 1,24
|
0,95 ≤ G ≤ 1,09
|
|
D
|
1,10 ≤ G ≤ 1,24
|
0,95 ≤ G ≤ 1,09
|
0,80 ≤ G ≤ 0,94
|
|
E
|
G ≤ 1,09
|
G ≤ 0,94
|
G ≤ 0,79
|
Parti C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N, f’dB(A)) għandu jiġi ddikjarat f’deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-valuri limitu (LV) stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej:
|
N ≤ LV – 3
|
LV – 3 < N ≤ LV
|
N > LV
|
|
|
|
|
Parti D: Qabda fuq il-borra Il-prestazzjoni tal-qabda tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra, u t-tikketta tat-tajer għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.
Parti E: Qabda fuq is-silġ Il-prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata skont metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, inklużi, fejn xieraq, standards internazzjonali, li jieħdu kont tal-metodi ġeneralment rikonoxxuti bħala l-aktar reċenti u avvanzati. It-tikketta tat-tajer li jissodisfa l-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.
|
|
ANNESS II KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER
|
ANNESS II KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER
1. Kontenut tat-tikketta tat-tajer
1.1. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-parti ta’ fuq tat-tikketta tat-tajer.
II. L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur;
III. Identifikatur tat-tip ta’ tajer;
IV. Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer, indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u simbolu tal-kategorija tal-veloċità, kif indikat fir-Regolament Nru 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) (
1
), fil-verżjoni tiegħu l-aktar aġġornata applikabbli fl-Unjoni (Regolament tan-NU/KEE Nru 30) u r-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) (
2
), fil-verżjoni tiegħu l-aktar aġġornata applikabbli fl-Unjoni (Regolament tan-NU/KEE Nru 54) għal tajers C1, tajers C2 u tajers C3, skont kif applikabbli;
V. Klassi tat-tajer: jiġifieri C1, C2 jew C3;
VI. Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, skala u klassi ta’ prestazzjoni;
VII. Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab, skala u klassi ta’ prestazzjoni.
1.2. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers kollha minbarra tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, jew il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ, jew it-tnejn li huma:
I Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
1.3. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
I Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II Pittogramma ta’ qabda fuq il-borra;
III In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
1.4. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
I. Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II. Pittogramma ta’ qabda fuq is-silġ;
III. In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
1.5. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw kemm il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 kif ukoll il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
I. Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB(A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II. Pittogramma ta’ qabda fuq il-borra;
III. Pittogramma ta’ qabda fuq is-silġ;
IV. In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
2. Format tat-tikketta tat-tajer
2.1. Il-format tal-parti ta’ fuq tat-tikketta tat-tajer:
▼B
2.1.1. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers kollha minbarra tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, jew il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ, jew it-tnejn li huma:
2.1.2. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117:
2.1.3. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għal tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
2.1.4. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw kemm il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 kif ukoll il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
▼B
2.2. Għall-finijiet tal-punt 2.1:
(a)
Id-daqs minimu tat-tikketta tat-tajer: wisa’ 75 mm u għoli 110 mm. F’każ li t-tikketta tat-tajer tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq;
(b)
Sfond tat-tikketta tat-tajer: 100 % abjad;
(d)
Qisien u speċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta tat-tajer: kif speċifikat hawn fuq;
(e)
Il-kodiċijiet tal-kuluri, billi jintuża CMYK – blu jagħti fl-aħdar ("cyan"), maġenta, isfar u iswed, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
—
il-kuluri tal-logo tal-UE kif ġej:
—
kulur tal-logo tal-enerġija: 100,80,0,0;
—
isem kummerċjali jew trademark tal-fornitur: 100 % iswed u
►C2
b’tipa grassa Verdana 8 pt; ◄
—
identifikatur tat-tip ta’ tajer: 100 % iswed u
►C2
b’tipa regolari Verdana 8 pt; ◄
—
deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer, indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u simbolu tal-kategorija tal-veloċità: 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 10 pt;
—
klassi tat-tajer: 100 % iswed u
►C2
b’tipa regolari Verdana, 8 pt ◄ allinjati fuq il-lemin;
—
►C2
ittri tal-iskala tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-iskala tal-qabda fuq l-imxarrab: 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 15 pt; b’kontorn iswed ta’ 0,15 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 3 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ; ◄
—
►C2
kodiċi tal-kuluri CMYK tal-vleġeġ għall-iskala tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil A sa E, b’kontorn iswed ta’ 0,15 pt, kif ġej: ◄
—
►C2
kodiċi tal-kuluri CMYK tal-vleġeġ għall-iskala tal-qabda fuq l-imxarrab minn A sa E, b’kontorn iswed ta’ 0,15 pt, kif ġej: ◄
—
diviżuri interni: ħxuna ta’ 0,5 pts, il-kulur għandu jkun 100 % iswed;
—
►C2
ittra tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab: 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 20 pt. ◄ Il-vleġeġ tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-qabda fuq l-imxarrab u l-vleġeġ korrispondenti fl-iskala A sa E għandhom ikunu pożizzjonati b’tali mod li l-ponot tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil- vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tkun pożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandha tkun 100 % sewda;
—
►C2
pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil: wisa’ 16 mm, għoli 13 mm, ħxuna 0,8 pts, ◄ kulur: 100 % iswed
—
►C2
pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab: wisa’ 20 mm, għoli 13 mm, ħxuna 0,8 pts, kulur: 100 % iswed; ◄
—
►C2
pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien: wisa’ 24 mm, għoli 18 mm, ħxuna 0,8 pts, kulur: 100 % iswed. In-numru ta’ deċibeli fil-loudspeaker b’tipa grassa Verdana, 10 pt, l-unità ‘dB’ b’dik regolari Verdana, 8 pt; il-firxa tal-klassijiet tal-istorbju estern tad-dawrien (minn A sa C) iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien applikabbli b’tipa grassa Verdana, 12 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju estern tad-dawrien b’tipa regolari Verdana, 8 pt; ◄
—
pittogramma tal-qabda fuq is-silġ: wisa’ 15 mm, għoli 14 mm,
►C2
ħxuna 0,8 pts, ◄ kulur: 100 % iswed;
—
►C2
pittogramma tal-qabda fuq is-silġ: wisa’ 15 mm, għoli 13 mm, ħxuna 0,8 pts, ħxuna tal-linji oblikwi 0,2 pts, kulur: 100 % iswed; ◄
—
in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u
►C2
b’tipa regolari Verdana 5 pt. ◄
|
|
ANNESS III SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
|
ANNESS III SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT L-informazzjoni fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mat-tajer, u għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
l-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur jew tal-manifattur jekk differenti minn dawk tal-fornitur;
(b)
l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;
(c)
id-deżinjazzjoni tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u s-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajer, kif indikat fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 30 jew fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 54 għal tajers C1, tajers C2 u tajers C3, skont kif applikabbli;
(d)
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;
(e)
il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;
(f)
il-klassi u l-valur f’deċibeli tal-istorbju estern tad-dawrien skont l-Anness I;
(g)
indikazzjoni jekk it-tajer huwiex tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra;
(h)
indikazzjoni jekk it-tajer huwiex tajer għal qabda fuq is-silġ;
(i)
id-data tal-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta’ tajer (żewġ ċifri għall-ġimgħa u żewġ ċifri għas-sena);
(j)
id-data tat-tmiem tal-produzzjoni tat-tip tat-tajer, ladarba tkun magħrufa (żewġ ċifri għall-ġimgħa u żewġ ċifri għas-sena).
|
|
ANNESS IV INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU
|
ANNESS IV INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU
1. L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża f’materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni kif ġej:
(a)
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “E”);
(b)
il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “E”);
(c)
il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien f’dB;
(d)
indikazzjoni dwar jekk it-tajer huwiex tajer għall-użu f’kundizzjonijiet severi ta’ borra;
(e)
indikazzjoni dwar jekk it-tajer huwiex tajer għal qabda fuq is-silġ.
2. L-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għandha tinqara faċilment;
(b)
għandha tinftiehem faċilment;
(c)
jekk fi ħdan familja ta’ tajers it-tipi ta’ tajers huma klassifikati b’mod differenti skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-medda bejn it-tipi ta’ tajers bil-prestazzjoni l-aktar baxxa u dawk bil- prestazzjoni l-aktar għolja.
3. Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fis-siti web tagħhom dan li ġej:
(a)
link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;
(b)
spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta tat-tajer;
(c)
stqarrija li tenfasizza l-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment minn dawn li ġejjin:
—
is-sewqan ekoloġiku jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil;
—
il-pressjoni tat-tajers jeħtieġ li tiġi vverifikata regolarment biex jiġu ottimizzati l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-qabda fuq l-imxarrab ;
—
id-distanzi tal-waqfien għandhom dejjem jiġu rispettati;
4. Il-fornituri u d-distributuri għandhom ukoll, fejn ikun rilevanti, jagħmlu disponibbli fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni li tenfasizza l-fatt li t-tajers għal qabda fuq is-silġ huma ddisinjati speċifikament għal uċuħ ta’ toroq koperti bis-silġ u l-borra kompatta, u li għandhom jintużaw biss f’kondizzjonijiet klimatiċi severi ħafna (eż. temperaturi kesħin) u li l-użu ta’ tajers għal qabda fuq is-silġ f’kondizzjonijiet klimatiċi inqas severi (eż. kondizzjonijiet ta’ xita jew temperaturi aktar sħan) jista’ jirriżulta f’rendiment subottimali, b’mod partikolari għall-qabda fuq l-imxarrab, il-manuvrabbiltà u t-tkagħbir bl-użu.
|
|
ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN
|
ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN 1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji, li l-ismijiet tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju, u li huwa kapaċi jikseb il-preċiżjoni tar-riżultati tat-testijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;
(2)
“laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;
(3)
“tajer ta’ allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;
(4)
“sett ta’ tajers ta’ allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers ta’ allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;
(5)
“valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer ta’ allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li huwa rappreżentattiv tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;
(6)
“magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl; pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.
2. Dispożizzjonijiet ġenerali
2.1. Prinċipju
Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm,l
), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub minn magna f’laboratorju kandidat (c), (RRCm,c
), għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu. 2.2. Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers
Is-settijiet ta’ tajers ta’ allinjament għandhom jintgħażlu għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju skont il-kriterji li ġejjin. Għandu jintgħażel sett wieħed ta’ tajers ta’ allinjament għat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3:
(a)
is-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, jew tat-tajers C3; fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm
tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, u l-inqas RRCm
tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:
(i)
3 N/kN għal tajers C1 u tajers C2; u
(b)
l-RRCm
fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm,c
jew RRCm,l
), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer ta’ allinjament tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jitqassam b’mod ugwali;
(c)
il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.
Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:
(a)
it-tajer ta’ allinjament juri kondizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; jew
(b)
ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm,c
jew RRCm,l
ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.
2.3. Metodu ta’ kejl
Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n huwa speċifikat fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, filwaqt li japplika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Kull darba li jitkejjel tajer ta’ allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu. Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:
(a)
il-valur imkejjel ta’ kull tajer ta’ allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);
(b)
il-valur medju tal-aħħar tliet valuri mkejla għal kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorju ta’ referenza) jew il-valur medju tal-aħħar n valuri mkejla ta’ kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorji kandidati); u
(c)
id-devjazzjoni standard (σm
), kif ġej:
fejn:
|
i
|
hija l-kuntatur minn 1 sa p għat-tajers ta’ allinjament;
|
|
j
|
hija l-kuntatur minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer ta’ allinjament partikulari;
|
|
n+1
|
huwa l-għadd ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl ta’ tajer (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza u n+1 ≥ 4 għal-laboratorji kandidati);
|
|
p
|
hija n-numru ta’ tajers ta’ allinjament (p ≥ 5).
|
2.4. Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati
Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Sussegwentement il-kalkoli għandhom isiru biċ-ċifri kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ulterjuri għajr fl-ekwazzjonijiet ta’ allinjament aħħari. Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa tliet pożizzjonijiet deċimali. Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Il-koeffiċjenti kollha ta’ allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa erba’ pożizzjonijiet deċimali. 3. Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji ta’ referenza u d-determinazzjoni tal-valuri assenjati
Il-valuri assenjati għal kull tajer ta’ allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u l-validità tal-valuri assenjati. Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u jkollu devjazzjoni standard (σm) kif ġej:
(a)
mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u
(b)
mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C3.
Is-settijiet ta tajers ta’ allinjament li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk. Il-valur assenjat ta’ kull tajer ta’ allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament. 4. Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju ta’ referenza mal-valuri assenjati
Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna. L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni A1
l
u B1
l
, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
RRC = A1
l
× RRCm,l
+ B1
l
fejn:
|
RRC
|
l
|
hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien;
|
|
RRCm,
|
l
|
hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza "l" (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur).
|
5. Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji kandidati
Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna. Sett komuni ta’ ħames tajers differenti li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u sussegwentement minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers ta’ allinjament. Il-laboratorju kandidat għandu jipprovdi s-sett ta’ tajers ta’ allinjament lil-laboratorju ta’ referenza magħżul. Il-laboratorju kandidat (c) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u preferibbilment ikollu devjazzjonijiet standard (σm) kif ġej:
(a)
mhux akbar minn 0,075 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u
(b)
mhux akbar minn 0,06 N/kN għat-tajers C3.
Jekk id-devjazzjoni standard (σm
) tal-laboratorju kandidat tkun ogħla minn dawk il-valuri wara erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u sussegwentement in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:
n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ fejn: γ = 0,043 N/kN għal tajers C1 u tajers C2; γ = 0,035 N/kN għal tajers C3. 6. Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju kandidat
Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
RRCm,l = A2
c × RRCm,c
+ B2
c
fejn:
|
RRCm,l
|
hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur);
|
|
RRCm,c
|
hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)
|
Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R2 huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat. L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
RRC = (A1
l × A2
c
) × RRCm,c
+ (A1
l
× B2
c
+ B1
l
)
|
|
ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA
|
ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni fuq it-tikketta tat-tajer, għandhom jiġu vvalutati għal kull tip ta’ tajer jew kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:
1.
L-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, it-tikketta tat-tajer għandha titqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.
Jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers addizzjonali jew tliet settijiet addizzjonali ta’ tajers; il-valur medju tal-kejl li jirriżulta mit-tliet tajers addizzjonali jew settijiet addizzjonali ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni ddikjarata, b’kont meħud tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.
2.
Fejn il-klassijiet jew il-valuri fuq it-tikketta tat-tajer ikunu derivati mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl miksuba minn testijiet tal-konformità tal-produzzjoni tat-tajers li saru taħt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/858.
Il-valutazzjonijiet tad-data tal-kejl derivata mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni għandhom jieħdu kont tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.
|
Parametru mkejjel
|
Tolleranzi tal-verifiki
|
|
RRC (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)
|
Il-valur imkejjel allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 N/kN.
|
|
Storbju estern tad-dawrien
|
Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB (A).
|
|
Prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab
|
Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun anqas mil-limitu l-baxx (l-aktar limitu baxx ta’ G) tal-klassi ddikjarata.
|
|
Prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra
|
Il-valur imkejjel ma għandux ikun anqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq il-borra.
|
|
Prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ
|
Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq is-silġ.
|
|
|
ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATATAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR
|
ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR
1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti:
(a)
l-isem kummerċjali jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta’ kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;
(b)
l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;
(c)
it-tikketta tat-tajer f’format elettroniku;
(d)
il-klassi(jiet) u parametri oħra tat-tikketta tat-tajer; u
(e)
il-parametri tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott f’format elettroniku.
2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti:
(a)
l-identifikatur tat-tip għat-tipi ekwivalenti kollha ta’ tajer li diġà tqiegħdu fis-suq;
(b)
deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta’ tajer, inklużi d-dimensjonijiet, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità, suffiċjenti biex dan jiġi identifikat faċilment u b’mod inekwivoku;
(c)
protokolli ta’ ttestjar, klassifikazzjoni u kejl tal-parametri tat-tajers stabbiliti fl-Anness I;
(d)
prekawzjonijiet speċifiċi, jekk ikun hemm, li għandhom jittieħdu meta t-tip ta’ tajer jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat;
(e)
il-parametri tekniċi mkejla tat-tip ta’ tajer, fejn rilevanti; u
(f)
il-kalkoli mwettqa bil-parametri tekniċi mkejla.
|
|
ANNESS VIII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
ANNESS VIII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KE) Nru 1222/2009
|
Dan ir-Regolament
|
|
Artikolu 1(1)
|
-
|
|
Artikolu 1(2)
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 2(1)
|
Artikolu 2(1)
|
|
Artikolu 2(2)
|
Artikolu 2(2)
|
|
Artikolu 3, punt (1)
|
Artikolu 3, punt (1)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (2)
|
|
Artikolu 3, punt (2)
|
Artikolu 3, punt (3)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (4)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (5)
|
|
Artikolu 3, punt (3)
|
Artikolu 3, punt (6)
|
|
Artikolu 3, punt (4)
|
Artikolu 3, punt (7)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (8)
|
|
Artikolu 3, punt (5)
|
Artikolu 3, punt (9)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (10)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (11)
|
|
Artikolu 3, punt (6)
|
Artikolu 3, punt (12)
|
|
Artikolu 3, punt (7)
|
Artikolu 3, punt (13)
|
|
Artikolu 3, punt (8)
|
Artikolu 3, punt (14)
|
|
Artikolu 3, punt (9)
|
Artikolu 3, punt (15)
|
|
Artikolu 3, punt (10)
|
Artikolu 3, punt (16)
|
|
Artikolu 3, punt (11)
|
Artikolu 3, punt (17)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (18)
|
|
Artikolu 3, punt (12)
|
Artikolu 3, punt (19)
|
|
Artikolu 3, punt (13)
|
Artikolu 3, punt (20)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (21)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (22)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (23)
|
|
-
|
Artikolu 3, punt (24)
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 4
|
|
Artikolu 4(1)
|
Artikolu 4(1)
|
|
Artikolu 4(1) punt (a)
|
Artikolu 4(1), punt (a)
|
|
Artikolu 4(1) punt (b)
|
Artikolu4 (1), punt (b)
|
|
Artikolu 4(2)
|
-
|
|
-
|
Artikolu 4(2)
|
|
-
|
Artikolu 4(3)
|
|
Artikolu 4(3)
|
Artikolu 4(4)
|
|
Artikolu 4(4)
|
Artikolu 4(5)
|
|
-
|
Artikolu 4(6)
|
|
-
|
Artikolu 4(7)
|
|
-
|
Artikolu 4(8)
|
|
-
|
Artikolu 4(9)
|
|
-
|
Artikolu 4(10)
|
|
-
|
Artikolu 5
|
|
Artikolu 5(1)
|
Artikolu 6(1)
|
|
Artikolu 5(1) punt (a)
|
Artikolu 6(1), punt (a)
|
|
Artikolu 5(1) punt (b)
|
Artikolu 6(1), punt (b)
|
|
-
|
Artikolu 6(2)
|
|
-
|
Artikolu 6(3)
|
|
Artikolu 5(2)
|
Artikolu 6(4)
|
|
Artikolu 5(3)
|
-
|
|
-
|
Artikolu 6(5)
|
|
-
|
Artikolu 6(6)
|
|
-
|
Artikolu 6(7)
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 7
|
|
-
|
Artikolu 8
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 9
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 10
|
|
Artikolu 9(1)
|
Artikolu 11(1)
|
|
Artikolu 9(2)
|
Artikolu 11(1)
|
|
Artikolu 9(2), it-tieni sentenza
|
Artikolu 4(5)
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 11(2)
|
|
-
|
Artikolu 11(3)
|
|
Artikolu 11, punt (a)
|
-
|
|
Artikolu 11, punt (b)
|
-
|
|
Artikolu 11, punt (c)
|
Artikolu 13(1), punt (b)
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 11(4)
|
|
-
|
Artikolu 11(5)
|
|
-
|
Artikolu 12
|
|
-
|
Artikolu 13
|
|
-
|
Artikolu 13(1)
|
|
-
|
Artikolu 13(2)
|
|
-
|
Artikolu 13(3)
|
|
-
|
Artikolu 13(4)
|
|
-
|
Artikolu 14
|
|
Artikolu 13
|
-
|
|
Artikolu 14
|
-
|
|
-
|
Artikolu 15
|
|
Artikolu 15
|
-
|
|
-
|
Artikolu 16
|
|
-
|
Artikolu 17
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 18
|
|
Anness I
|
Anness I
|
|
Anness II
|
Anness II
|
|
-
|
Anness III
|
|
Anness III
|
Anness IV
|
|
Anness IV
|
Anness VI
|
|
Anness IVa
|
Anness V
|
|
Anness V
|
-
|
|
-
|
Anness VII
|
|
-
|
Anness VIII
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|