+IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/100 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifikugħad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
------+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 3 Objettivi tal-Programm
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
---+Artikolu 4 Baġit tal-Programm
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
---+Artikolu 5 Disseminazzjoni tal-għarfien
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
---+Artikolu 6 Metodi ta’ implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Attivitajiet eliġibbli
---+Artikolu 8 Rati ta’ kofinanzjament
---+Artikolu 9 Programmi ta’ ħidma
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
------+Artikolu 9 4
---+Artikolu 10 Rapportar u monitoraġġ
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 3
---+Artikolu 11 Evalwazzjoni
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 11 4
---+Artikolu 12 Awditjar
---+Artikolu 13 Kumitat
------+Artikolu 13 1
------+Artikolu 13 2
---+Artikolu 14 Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
------+Artikolu 14 1
------+Artikolu 14 2
------+Artikolu 14 3
---+Artikolu 15 Tħassir
---+Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżitorji
------+Artikolu 16 1
------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 16 3
---+Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
------+1. L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa li jassisti lill-Bulgarija fil-ġestjoni …
------+2. L-objettiv ġenerali tal-programm Kozloduy huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur …
------+3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …
---+ANNESS II
------+1. L-objettiv ġenerali tal-programm Bohunice huwa li jassisti lis-Slovakkja fil-ġestjoni tal-isfidi …
------+2. L-objettiv ġenerali tal-programm Bohunice huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur …
------+3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …
---+ANNESS III
------+1. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa li …
------+2. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa …
------+3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond huwa inkluż …
---+ANNESS IV
|
English -
European Union -
Energy -
Environment -
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/100 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifikugħad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/100
tal-25 ta’ Jannar 2021
li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifikugħad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1)
|
F’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma mill-Mexxejja ta’ 27 Stat Membru u mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2017), jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jippermetti Ewropa li tkun sikura u sigura. Il-programmi ta’ dekummissjonar nukleari diġà kkontribwew f’dan ir-rigward u jistgħu jikkontribwixxu aktar. Wara l-għeluq ta’ faċilità nukleari, l-impatt pożittiv ewlieni li għandu jinkiseb huwa t-tnaqqis progressiv tar-riskju radjoloġiku għall-ħaddiema, il-pubbliku u l-ambjent fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll fl-Unjoni kollha kemm hi.
|
|
(2)
|
Programm finanzjarju speċifiku jista’ jġib valur miżjud tal-UE addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni b’mod sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja taħt tali programm finanzjarju jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta’ evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta’ faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv.
|
|
(3)
|
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tibqa’ eċċezzjonali, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji u l-objettivi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (2), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (3). F’konformità mal-Artikoli 4 (1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom, ir-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv iġġenerat tibqa’ f’idejn l-Istati Membri.
|
|
(4)
|
Skont il-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (4) anness għat-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (5) (“Trattat ta’ Adeżjoni”), il-Bulgarija impenjat ruħha li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 u l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u sal-31 ta’ Diċembru 2006 rispettivament, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. Id-dekummissjonar irriżulta f’piż finanzjarju sinifikanti ta’ spejjeż diretti u indiretti għall-Bulgarija. F’konformità mal-obbligi tagħha, il-Bulgarija għalqet l-unitajiet ikkonċernati kollha sal-iskadenzi rispettivi.
|
|
(5)
|
Skont il-Protokoll Nru 9 dwar l-unità 1 u l-unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja, li huwa mehmuż mal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (6) (“Att ta’ Adeżjoni”), is-Slovakkja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Bohunice V1 sal-31 ta’ Diċembru 2006 u sal-31 ta’ Diċembru 2008 rispettivament, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. Id-dekummissjonar irriżulta f’piż finanzjarju sinifikanti ta’ spejjeż diretti u indiretti għas-Slovakkja. F’konformità mal-obbligi tagħha, is-Slovakkja għalqet l-unitajiet ikkonċernati kollha sal-iskadenzi rispettivi.
|
|
(6)
|
F’konformità mal-obbligi tagħhom skont, rispettivament, it-Trattat ta’ Adeżjoni u l-Att ta’ Adeżjoni, il-Bulgarija u s-Slovakkja għamlu progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari ta’ Kozloduy u Bohunice V1. Tenħtieġ aktar ħidma sabiex jinkiseb b’mod sikur l-istat aħħari tad-dekummissjonar. Abbażi tal-pjanijiet attwali ta’ dekummissjonar, it-tlestija tal-ħidma ta’ dekummissjonar hija skedata sa tmiem l-2030 għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Kozloduy u sal-2025 għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Bohunice V1.
|
|
(7)
|
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (“JRC”) tal-Kummissjoni Ewropea ġie stabbilit bl-Artikolu 8 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Trattat Euratom”). Fl-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu, ġew iffirmati ftehimiet dwar is-sit matul il-perijodu 1960-1962 bejn il-Komunità, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Italja u n-Netherlands. Fil-każijiet tal-Italja u tan-Netherlands, l-installazzjonijiet nukleari nazzjonali ġew ittrasferiti lill-Komunità. Ġiet stabbilita infrastruttura mmirata lejn ir-riċerka nukleari u li tinkludi installazzjonijiet ġodda fl-erba’ siti. Xi wħud minn dawk l-installazzjonijiet għadhom jintużaw illum filwaqt li oħrajn ingħalqu, f’xi każijiet aktar minn 20 sena ilu, u fil-parti l-kbira tagħhom skadew.
|
|
(8)
|
Abbażi tal-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom, u skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal- 2011/70/Euratom, jenħtieġ li l-JRC bħala detentur tal-liċenzja, għandu jiġġestixxi r-responsabbiltajiet nukleari storiċi tiegħu u jiddekummissjona l-installazzjonijiet nukleari li għalqu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti. Għaldaqstant, il-Programm għad-Dekummissjonar u għall-Ġestjoni tal-Iskart Nukleari fil-JRC tnieda fl-1999 b’komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u minn dakinhar il-Kummissjoni pprovdiet aġġornamenti regolari dwar il-progress ta’ dak il-programm.
|
|
(9)
|
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aħjar opzjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin mill-punt (f) tal-Artikolu 5(1) u mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/70/Euratom hija li tiġi segwita strateġija li tikkombina l-attivitajiet ta’ dekummissjonar u ġestjoni tal-iskart filwaqt li jitniedu diskussjonijiet bejn il-JRC u l-Istati Membri ospitanti rigward trasferiment potenzjali tar-responsabbiltajiet tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’każ ta’ ftehimiet reċiproċi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ospitanti. Jenħtieġ li l-JRC jipprevedi u jsostni riżorsi adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tad-dekummissjonar u s-sikurezza tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv.
|
|
(10)
|
Dan ir-Regolament iwieġeb għall-ħtiġijiet identifikati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programmi ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Kozloduy fil-Bulgarija (il-“programm Kozloduy”) u l-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja (il-“programm Kozloduy”), u għad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti tal-JRC: jiġifieri JRC-Geel fil-Belġju, JRC-Karlsruhe fil-Ġermanja, JRC-Ispra fl-Italja u JRC-Petten fin-Netherlands (“programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC”). Dak il-pakkett finanzjarju ser jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (7), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
|
|
(11)
|
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-installazzjonjiiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv (il-“Programm”). Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.
|
|
(12)
|
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (10), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (UE, Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u biex tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
|
|
(13)
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura ta’ għajnuna mill-Istat futura f’konformità mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
|
|
(14)
|
L-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Programm, kif ukoll il-perijodu ta’ programmazzjoni u d-distribuzzjoni tal-fondi fost l-attivitajiet, jista’ jiġi rivedut abbażi tar-riżultati tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u dawk finali. Jenħtieġ li jkun possibbli li tinkiseb flessibbiltà baġitarja addizzjonali billi l-fondi jitqassmu mill-ġdid fost attivitajiet fejn u meta meħtieġ, filwaqt li tingħata prijorità lill-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-sikurezza fir-rigward tad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija u tal-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja, mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra mwettqa skont dan ir-Regolament u f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
|
|
(15)
|
Jenħtieġ li l-Programm jinvolvi wkoll il-ħolqien tal-għarfien u l-kondiviżjoni ta’ esperjenza. L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet meħuda taħt il-Programm fir-rigward tal-proċess ta’ dekummissjonar jenħtieġ li jixxerrdu fl-Unjoni, f’koordinazzjoni u sinerġija mal-programm tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ dekummissjonar fil-Litwanja, billi tali miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-UE u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-kamp ta’ applikazzjoni, il-proċedura u l-aspetti ekonomiċi tal-kooperazzjoni jenħtieġ li jkunu ddettaljati fil-programm ta’ ħidma pluriennali u jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal ftehimiet bejn l-Istati Membri u/jew mal-Kummissjoni.
|
|
(16)
|
Jenħtieġ li l-JRC jiffaċilita d-disseminazzjoni tal-għarfien fost il-partijiet ikkonċernati differenti tal-Unjoni b’mod ikkoordinat, per eżempju billi jwettaq analiżi tas-suq, rieżamijiet u valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tal-għarfien fl-Unjoni, jidentifika direzzjonijiet potenzjali għall-kooperazzjoni, partijiet ikkonċernati interessati u sferi li fihom l-għarfien maħluq fl-implimentazzjoni tal-Programm iġib l-akbar valur miżjud, u jiżviluppa formati għall-kondiviżjoni tal-għarfien. Id-disseminazzjoni tal-għarfien maħluq jenħtieġ li jiġi ffinanzjat mill-JRC. Kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jibda l-iżvilupp ta’ rabtiet u skambji għad-disseminazzjoni tal-għarfien.
|
|
(17)
|
Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettqu b’rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, u b’kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b’hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li jiġi żgurat monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta’ dekummissjonar mill-Bulgarija, mis-Slovakkja u mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-UE tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija taż-żewġ Stati Membri kkonċernati. Dan jinkludi kejl effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni, u l-promulgazzjoni ta’ miżuri korrettivi fejn meħtieġ. Għal dak il-għan, kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u informazzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit u kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru kkonċernat. Bl-istess mod, grupp ta’ esperti indipendenti mill-Istati Membri maħtura mill-Kummissjoni jassistu l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC.
|
|
(19)
|
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Inter-istituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (14), il-Programm jenħtieġ li jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ filwaqt li jiġu evitati piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u regolamentazzjoni żejda. Fejn xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ jinkludu indikaturi li jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.
|
|
(20)
|
L-attivitajiet taħt il-programm Kozloduy u l-programm Bohunice jenħtieġ li jiġu identifikati fil-limiti definiti mill-pjanijiet ta’ dekummissjonar sottomessi mill-Bulgarija u mis-Slovakkja skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (15). Dawk il-pjanijiet iddefinixxew il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-programmi, kif ukoll l-istat aħħari, id-dati ta’ mira u d-data tal-għeluq tad-dekummissjonar. Dawn ikopru wkoll l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata tagħhom, l-ispejjeż u r-riżorsi umani meħtieġa.
|
|
(21)
|
L-attivitajiet taħt il-programm Kozloduy u l-programm Bohunice jenħtieġ li jitwettqu bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja rispettivament, skont il-prattika ta’ kofinanzjament stabbilita skont il-programmi predeċessuri.
|
|
(22)
|
Għalhekk ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013 jenħtieġ li jitħassar.
|
|
(23)
|
Ittieħed kont b’mod xieraq tar-Rapport Speċjali Nru 22/2016 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Programmi ta’ għajnuna tal-UE għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Litwanja, fil-Bulgarija u s-Slovakkja: seħħ xi progress mill-2011 ’il hawn, iżda sfidi kruċjali huma mistennija fil-ġejjieni”.
|
|
(24)
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
|
|
(25)
|
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà ta’ atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll ir-reġim ġenerali għall-kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
|
|
(26)
|
Il-metodi tal-implimentazzjoni u l-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-attivitajiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari, tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
|
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 3 Objettivi tal-Programm
|
|
|
Artikolu 4 Baġit tal-Programm
|
|
|
Artikolu 5 Disseminazzjoni tal-għarfien
|
|
|
Artikolu 6 Metodi ta’ implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
|
|
|
Artikolu 7 Attivitajiet eliġibbli
|
Artikolu 7
Huma biss l-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 8 Rati ta’ kofinanzjament
|
Artikolu 8
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 190(1) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata ta’ kofinanzjament massima tal-Unjoni applikabbli matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tkun ogħla minn 50 % għall-programm Kozloduy u mhux ogħla minn 50 % għall-programm Bohunice. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament. L-attivitajiet meħtieġa għad-disseminazzjoni tal-għarfien kif imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ffinanzjati mill-Unjoni bir-rata ta’ 100 %.
|
|
Artikolu 9 Programmi ta’ ħidma
|
|
|
Artikolu 10 Rapportar u monitoraġġ
|
|
|
Artikolu 11 Evalwazzjoni
|
|
|
Artikolu 12 Awditjar
|
Artikolu 12
L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni nazzjonali u tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inklużi persuni u entitajiet oħrajn minbarra dawk inkarigati mill-Istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
|
|
Artikolu 13 Kumitat
|
|
|
Artikolu 14 Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
|
|
|
Artikolu 15 Tħassir
|
Artikolu 15
Ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013 huwa mħassar.
|
|
Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżitorji
|
|
|
Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
(1) Opinjoni tas-16 ta’ Jannar 2019 (ĠU C 411, 27.11.2020, p. 494).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
(4)
ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29.
(5)
ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(6)
ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(7)
ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(13) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(14)
ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u li jirrevoka r-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (ĠU L 107, 30.4.1996 p. 12).
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
|
|
ANNESS IV
|
ANNESS IV
Indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3
|
(1)
|
Ġestjoni tal-iskart radjuattiv:
|
—
|
il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur, b’objettivi annwali skont it-tip, li jissodisfaw l-istadji importanti tal-Programm;
|
|
|
(2)
|
Żarmar u dekontaminazzjoni:
|
—
|
il-kwantità u t-tip ta’ materjali mneħħija, b’objettivi annwali skont it-tip, li jissodisfaw l-istadji importanti tal-Programm.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|