+REGOLAMENT (UE) 2017/1539 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-25 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1538 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2017/25) għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li huma soġġetti għal oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali (BĊE/2017/26)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT (UE) 2017/1539 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-25 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1538 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2017/25) għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li huma soġġetti għal oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali (BĊE/2017/26)

REGOLAMENT (UE) 2017/1539 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Awwissu 2017

li jistabbilixxi d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1538 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2017/25) għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li huma soġġetti għal oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali (BĊE/2017/26)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(5)(d) u l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 140 u l-Artikolu 141(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1538 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2017/25) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/13) (4) jistabbilixxi rekwiżiti ta’ rapportar li jikkonċernaw l-informazzjoni finanzjarja superviżorja li għandha tiġi ppreżentata minn entitajiet taħt superviżjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK).

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/1538 jippermetti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex jiddeċiedi, fuq talba ta’ ANK, li japplika dak ir-Regolament għal entitajiet taħt superviżjoni inqas sinifikanti li huma soġġetti għal qafas ta’ kontabilità nazzjonali bbażat fuq id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (5) u li huma stabbiliti fl-Istat Membru ta’ dik l-ANK mill-1 ta’ Jannar 2019 jekk il-qafas ta’ kontabilità nazzjonali ma jkunx kumpatibbli ma’ Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

(3)

Wara t-talbiet li ġew sottomessi mill-ANK lill-BĊE sas-27 ta’ Lulju 2017 u l-valutazzjoni mwettqa mill-BĊE ta’ oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali, il-BĊE ddeċieda li japplika r-Regolament (UE) 2017/1538 għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti f’ċerti Stati Membri mill-1 ta’ Jannar 2019.

(4)

Għalhekk, regolament li jissupplimenta ir-Regolament (UE) 2017/1538] għandu jiġi adottat għal dan il-għan, skont il-proċedura tal-Artikoli 26(7) u (8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Awwissu 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI

Artikolu 1

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2017/1538 għandu japplika għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li huma soġġetti għal oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE u stabbiliti fil-Ġermanja jew Franza mill-1 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 2

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)   ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.

(3)  Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2015 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13) (ĠU L 86, 31.3.2015, p. 13).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 157-173).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.09.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1539
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.