+REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2025/1304 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026-2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 Objettivi tal-programm
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 4 Baġit
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
---------+Artikolu 4 4
---------+Artikolu 4 5
---------+Artikolu 4 6
---------+Artikolu 4 7
------+Artikolu 5 Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm Euratom 2026-2027
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 6 Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
---------+Artikolu 6 4
------+Artikolu 7 Sħubiji Ewropej
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 8 Xjenza miftuħa
------+Artikolu 9 Azzjonijiet eliġibbli u regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
---------+Artikolu 9 5
------+Artikolu 10 Finanzjament kumulattiv, alternattiv u kkombinat
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
---------+Artikolu 10 4
---+KAPITOLU II PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
------+Artikolu 11 Programmi ta’ ħidma
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 12 Monitoraġġ u rappurtar
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 13 Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u sfruttament
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---------+Artikolu 13 3
---------+Artikolu 13 4
------+Artikolu 14 Evalwazzjoni
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
------+Artikolu 15 Awditjar
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
---------+Artikolu 15 5
---------+Artikolu 15 6
------+Artikolu 16 Proċedura ta’ kumitat
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---------+Artikolu 16 4
---------+Artikolu 16 5
---------+Artikolu 16 6
------+Artikolu 17 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
---+KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
------+Artikolu 18 Tħassir
------+Artikolu 19 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---------+Artikolu 19 3
------+Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I ATTIVITAJIET
---+ANNESS II
|
English -
European Union -
Energy -
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2025/1304 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026-2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2025/1304
tat-23 ta’ Ġunju 2025
li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026-2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,
Billi:
|
(1)
|
Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Komunità”) għandha l-għan li ttejjeb l-istandard tal-għajxien fl-Istati Membri billi tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkomplementaha billi twettaq Programm tar-riċerka u t-taħriġ tal-Komunità.
|
|
(2)
|
Ir-riċerka nukleari tista’ tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali, il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw ħafna ċittadini, u dik ir-riċerka tista’ twassal għal titjib f’setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà.
|
|
(3)
|
B’rispett sħiħ għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita enerġetika tagħhom, ir-riżultati tar-riċerka tal-programm stabbilit b’dan ir-Regolament jistgħu potenzjalment jikkontribwixxu għal sistema tal-enerġija newtrali għall-klima b’mod sikur, effiċjenti u sigur.
|
|
(4)
|
Biex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġi stabbilit il-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2027 (il-“Programm Euratom 2026-2027”) biex il-perjodu tiegħu jkun allinjat ma’ dak tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (1). Il-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkompli għaddej bl-attivitajiet ewlenin tar-riċerka tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ preċedent tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għas-snin 2021-2025 stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 (2) (il-“Programm Euratom 2021-2025”), bl-istess objettivi u bl-istess mod ta’ implimentazzjoni.
|
|
(5)
|
Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm tal-Euratom 2021-2025 enfasizza r-rilevanza tal-karatteristiċi differenti ta’ dak il-Programm. Skont ir-rapport, dawk il-karatteristiċi jinkludu: (a) il-portafoll wiesa’ tar-riċerka li jappoġġa s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; (b) il-valur miżjud tal-UE għar-riċerka fil-fissjoni; (c) l-appoġġ għall-partijiet ikkonċernati b’sikurezza aħjar u l-bażi tal-għarfien marbut ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza tat-tħaddim fit-tul tal-impjanti tal-enerġija nukleari attwali; (d) tħejjijiet għas-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji għal sistemi nukleari avvanzati; (e) l-iżvilupp ulterjuri tar-riċerka fil-fużjoni b’titjib fil-governanza; u (f) id-definizzjoni tal-prijoritajiet tal-programm u l-identifikazzjoni ta’ perkorsi aktar kredibbli u realistiċi. Ir-rapport ikkonkluda li dawk il-karatteristiċi jenħtieġ li jinżammu fl-estensjoni tal-Programm Euratom 2026-2027.
|
|
(6)
|
Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa maħsub u mfassal minħabba l-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika ta’ attivitajiet appoġġati. Dan irid jinkiseb billi jiġi stabbilit għadd limitat ta’ objettivi speċifiċi ffukati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert meħtieġ, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u l-appoġġ għall-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.
|
|
(7)
|
Il-Programm Euratom 2026-2027 hu parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex tkompli tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika u tippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni nukleari biex tiżgura l-aqwa standards tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-salvagwardji, ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni, fjuwil użat sikur, ġestjoni tal-iskart radjuattiv u dekummissjonar fil-qasam nukleari, f’konformità mal-objettivi tal-programm stipulati f’dan ir-Regolament.
|
|
(8)
|
Billi l-Istati Membri kollha jużaw xi materjali radjuattivi, hu importanti li tkun żgurata l-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, kif teħtieġ id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (3), ħalli jkun evitat li jiġu imposti piżijiet żejda fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. Jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 ikompli jtejjeb u jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp relatati mat-teknoloġiji u l-kompetenzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
|
|
(9)
|
Fi ħdan il-Programm Euratom 2026-2027, ir-riċerka fl-enerġija mill-fużjoni jenħtieġ li tiġi implimentata f’konformità mal-Pjan Direzzjonali Ewropew dwar il-Fużjoni, li jiddeskrivi r-riċerka u l-iżviluppi meħtieġa biex jipprovdu l-bażi għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni li jiġġenera l-elettriku, u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (4). Fuq perjodu qasir sa medju, il-pass ewlieni jenħtieġ li jkun li titlesta l-kostruzzjoni u jibda jitħaddem l-ITER, filwaqt li l-attivitajiet Ewropej dwar l-ITER jenħtieġ li jiġu kkomplementati bi programm vigoruż tar-riċerka fil-fużjoni sabiex dan jappoġġa l-operazzjonijiet futuri tal-ITER u t-tħejjija għall-ewwel impjant tal-enerġija mill-fużjoni.
|
|
(10)
|
Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u jenħtieġ li dan jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-żona Ewropea tar-riċerka.
|
|
(11)
|
Jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jfittex sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni, mit-tfassil u l-ippjanar strateġiku tagħhom, tul il-proċess tal-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti, sal-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza.
|
|
(12)
|
L-azzjonijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat, u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan ser jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 u r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
|
|
(13)
|
Filwaqt li hija l-għażla individwali ta’ kull Stat Membru jekk għandux juża l-enerġija nukleari, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti. Permezz tal-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu, il-Programm Euratom 2026-2027 ser jikkontribwixxi wkoll biex titrawwem diskussjoni wiesgħa fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet u r-riskji tal-enerġija nukleari.
|
|
(14)
|
Biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 joffri appoġġ b’kontribuzzjonijiet finanzjarji ħalli r-riċerkaturi fil-qasam nukleari jsiru eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie fl-istess livell tar-riċerkaturi f’oqsma oħra.
|
|
(15)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu kollu tal-Programm Euratom 2026-2027 li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (6), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
|
|
(16)
|
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Programm Euratom 2026-2027. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja u r-rimborż għal esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jinkludu wkoll reġim ġenerali tal-kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
|
|
(17)
|
It-tipi tal-finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont l-adegwatezza tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u jinkisbu r-riżultati, filwaqt li, b’mod partikolari, jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, jenħtieġ li dan ikun jikkunsidra l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata parteċipazzjoni adegwata tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tas-settur privat b’mod ġenerali. Jenħtieġ li jsiru valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.
|
|
(19)
|
L-attivitajiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkollhom l-għan li jxejnu l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 TFUE. Jenħtieġ li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata fir-riċerka u l-innovazzjoni u tingħata segwitu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka.
|
|
(20)
|
Bl-għan li japprofondixxi r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u li jżid il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’materji ta’ riċerka u innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni xjentifika, jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, jiżviluppa aġendi responsabbli ta’ riċerka u innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u jissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili, u jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tal-Programm Euratom 2026-2027.
|
|
(21)
|
Jenħtieġ li l-azzjonijiet li jidħlu fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
(22)
|
Huwa importanti li dan jibqa’ jiffaċilita l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata mill-parteċipanti, filwaqt li jipproteġi l-interessi leġittimi ta’ parteċipanti oħra u tal-Komunità f’konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 2, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-“Trattat Euratom”).
|
|
(23)
|
Biex tiżgura l-akbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Euratom, meta jkun xieraq, il-Komunità tista’ tikkunsidra Sħubiji Ewropej ma’ sħab mis-settur pubbliku jew privat, dment li l-impatt mixtieq ikun jista’ jinkiseb b’mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Komunità waħedha, u meta mqabbel ma’ forom oħra ta’ appoġġ tal-Programm Euratom 2026-2027. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li sħubiji bħal dawn ikunu jħaddmu approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja ċar u jimxu bi proċess trasparenti tal-għażla u tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695.
|
|
(24)
|
Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-objettivi tal-Programm Euratom 2026-2027 jiġu indirizzati bi strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji fl-ambitu ta’ programmi bbażati fuq it-TFUE, dment li l-azzjonijiet ikunu konformi mal-objettivi u r-regoli ta’ dawk il-programmi.
|
|
(25)
|
Biex tkun żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli u jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-benefiċjarji, il-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom 2026-2027 u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/695, b’ċerti adattamenti jew eċċezzjonijiet. Jenħtieġ li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet rilevanti u t-tipi ewlenin ta’ azzjoni stipulati f’dak ir-Regolament.
|
|
(26)
|
Il-fond ta’ garanzija għall-parteċipanti mwaqqaf fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati mill-parteċipanti inadempjenti. Dak il-mekkaniżmu ta’ salvagwardja jenħtieġ għalhekk li jitkompla. Barra minn hekk, azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu koperti mill-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695.
|
|
(27)
|
Jenħtieġ li ċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (il-“JRC”) jkompli jipprovdi lill-Unjoni u l-Istati Membri, kif xieraq, b’evidenza xjentifika u appoġġ tekniku indipendenti mmexxija mill-klijenti tul iċ-ċiklu tal-politika kollu. Jenħtieġ li l-azzjonijiet diretti tal-JRC jiġu implimentati b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jkunu jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, u li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ April 1994 dwar ir-rwol tal-JRC, jenħtieġ li l-JRC ikompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi ta’ appoġġ għall-politiki tal-Unjoni jew f’isem partijiet terzi. Jenħtieġ li l-JRC jkun jista’ jipparteċipa f’azzjonijiet indiretti, meta l-programm ta’ ħidma rilevanti jipprevedi dan.
|
|
(28)
|
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (10), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti b’miżuri proporzjonati, fosthom miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru tal-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, meta xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk hemmx frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-“UPPE”) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jipproċessa reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mingħand l-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
|
|
(29)
|
Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fil-Programm Euratom 2026-2027 abbażi tal-istrumenti legali rispettivi tagħhom. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika li teħtieġ li l-pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.
|
|
(30)
|
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 u fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).
|
|
(31)
|
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15), jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jkunu evitati l-piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u regolamentazzjoni żejda. Meta xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm Euratom 2026-2027 fil-prattika.
|
|
(32)
|
Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom (16), ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC.
|
|
(33)
|
Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat b’mod volontarju u ta opinjoni (17). Anke l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ġie kkonsultat b’mod volontarju u ta opinjoni (18).
|
|
(34)
|
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament (Euratom) 2021/765 jitħassar,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
|
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
|
KAPITOLU II PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
|
|
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
|
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
|
|
ANNESS I ATTIVITAJIET
|
ANNESS I
ATTIVITAJIET
L-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jitwettqu fil-Programm Euratom 2026-2027 kollu, skont il-linji ġenerali tal-attività deskritti f’dan l-Anness. Bit-twettiq ta’ dawk l-objettivi speċifiċi, il-Programm Euratom 2026-2027 jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Euratom (1) u jsaħħaħ l-isforzi ta’ riċerka tagħhom u tas-settur privat. Jenħtieġ li dawk l-objettivi speċifiċi jikkontribwixxu biex tinżamm u tkompli tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika fil-qasam nukleari.
Biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-Programm Euratom 2026-2027 ser jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw is-sinerġija ta’ sforzi ta’ riċerka biex jingħelbu l-isfidi komuni. Ser ikunu żgurati rabtiet u interfaċċi xierqa, bħal sejħiet konġunti ma’ Orizzont Ewropa. L-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-appoġġ finanzjarju tal-fondi skont ir-Regolament (UE) 2021/1060, dment li dan ikun konformi mal-objettivi u r-regolamenti ta’ dawk il-fondi.
Fost l-attivitajiet elenkati f’dan l-Anness hemm il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka nukleari u l-innovazzjoni għal użi paċifiċi, abbażi tal-għanijiet komuni u l-fiduċja reċiproka biex jinkisbu benefiċċji ċari u sinifikanti għall-Unjoni, u għaċ-ċittadini u l-ambjent tagħha. Dan jinkludi l-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta’ oqfsa multilaterali. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), bħala l-Aġent Implimentattiv tal-Euratom rikonoxxut formalment għall-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV (GIF) (2) ser ikompli jiffaċilita u jikkoordina l-kontribut u l-parteċipazzjoni tal-Komunità tal-Euratom fl-attivitajiet tar-riċerka u t-taħriġ tal-GIF. Il-kontribut għall-attivitajiet tal-GIF fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 huwa ffukat fuq ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ taħriġ dwar is-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni li huma speċifiċi għas-sistemi tal-Ġenerazzjoni IV.
Kwalunkwe attività ġdida assenjata lill-JRC għandha tiġi analizzata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC biex tkun ivverifikata l-konsistenza tagħha mal-attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz tal-programm ta’ ħidma rilevanti tal-Programm Euratom 2026-2027, li tkompli tiffinanzja l-għotjiet mogħtija permezz tar-Regolament (Euratom) 2021/765.
Il-prijoritajiet tal-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi ta’ kontributi mingħand awtoritajiet pubbliċi, partijiet ikkonċernati fil-qasam tar-riċerka nukleari u kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta’ partijiet ikkonċernati fil-qasam nukleari.
Ir-riċerka u t-taħriġ fl-oqsma li ġejjin huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm Euratom 2026-2027:
|
(a)
|
it-titjib u l-appoġġ għas-sikurezza, is-sigurtà, u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar, inkluż l-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u ta’ applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-radjazzjoni jonizzanti (3):
|
(i)
|
sikurezza nukleari: is-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u taċ-ċikli tal-fjuwil, li jintużaw fil-Komunità jew, sa kemm ikun meħtieġ, biex jinżamm għarfien espert wiesgħa dwar is-sikurezza nukleari fil-Komunità, dawk it-tipi ta’ reatturi u ċ-ċikli kollha tal-fjuwil tagħhom, bħal segregazzjoni u trażmutazzjoni, li jistgħu jintużaw fil-futur;
|
|
(ii)
|
ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv: il-ġestjoni u b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ qabel ir-rimi u tar-rimi tal-iskart radjuattiv intermedju, ta’ livell għoli u b’ħajja twila u l-fjuwil nukleari użat, u ta’ flussi u tipi oħra ta’ skart radjuattiv li għalihom proċessi maturi industrijalment bħalissa għadhom ma jeżistux jew jistgħu jittejbu; it-tnaqqis għall-minimu tal-iskart radjuattiv u t-tnaqqis tar-radjutossiċità ta’ dan l-iskart; il-ġestjoni u t-trasferiment tal-għarfien u l-kompetenzi bejn il-ġenerazzjonijiet u bejn il-programmi tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat;
|
|
(iii)
|
dekummissjonar: ir-riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; l-appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki u għarfien dwar id-dekummissjonar;
|
|
(iv)
|
applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari u tar-radjazzjoni jonizzanti, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, it-tħejjija f’każ ta’ emerġenza:
|
—
|
applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari u teknoloġiji tar-radjazzjoni jonizzanti f’oqsma mediċi, industrijali u ta’ riċerka oħra;
|
|
—
|
l-effetti u r-riskji ta’ dożi baxxi minn esponiment industrijali, mediku jew ambjentali;
|
|
—
|
it-tħejjija f’każ ta’ emerġenza għal inċidenti li jinvolvu r-radjazzjoni, u riċerka dwar ir-radjuekoloġija;
|
|
—
|
il-provvista u l-użu siguri u sikuri ta’ isotopi radjuattivi;
|
|
—
|
il-mudelli għat-tixrid tar-radjazzjoni fl-ambjent, u l-appoġġ għall-iskambju tad-data, is-sistemi tat-twissija u kooperazzjoni dwar tekniki tal-kejl (4) (jiġu implimentati b’azzjonijiet diretti);
|
|
|
(v)
|
is-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari (jiġu implimentati b’azzjonijiet diretti):
|
—
|
metodi u teknoloġija għall-appoġġ u t-tisħiħ tas-salvagwardji tal-Komunità u internazzjonali;
|
|
—
|
appoġġ u taħriġ operazzjonali għas-sistema tas-salvagwardji tal-Euratom;
|
|
—
|
appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni fil-qasam tas-salvagwardji nukleari inkluż appoġġ għat-tisħiħ tar-reġim tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-Unjoni;
|
|
—
|
riċerka u appoġġ għat-tisħiħ tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari u radjoloġika fil-kuntest tal-qafas globali CBRN (Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku, Nukleari) u strateġiji relatati tal-Unjoni;
|
|
—
|
metodi u teknoloġija għad-detezzjoni ta’ materjali nukleari u radjuattivi barra mill-kontroll regolatorju u l-prevenzjoni tal-inċidenti li jinvolvu materjali bħal dawn, inkluż il-forensika nukleari, u r-risponsi għalihom;
|
|
—
|
appoġġ għall-bini tal-kapaċità dwar is-sigurtà nukleari bl-użu taċ-Ċentru Ewropew tat-Taħriġ dwar is-Sigurtà Nukleari;
|
|
|
|
(b)
|
jinżamm u jitkompla l-iżvilupp ta’ għarfien espert u kompetenza fil-qasam nukleari fil-Komunità:
|
(i)
|
edukazzjoni, taħriġ u mobbiltà, inkluż l-iskemi ta’ edukazzjoni u taħriġ bħall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;
|
|
(ii)
|
il-promozzjoni tal-innovazzjoni, il-ġestjoni tal-għarfien, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tax-xjenza u t-teknoloġija nukleari, b’mod partikolari għas-sikurezza, is-sigurtà, u s-salvagwardji nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni;
|
|
(iii)
|
appoġġ għat-trasferiment tat-teknoloġija mir-riċerka għall-industrija;
|
|
(iv)
|
appoġġ għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ kapaċità industrijali tal-fużjoni Ewropea kompetittiva;
|
|
(v)
|
appoġġ għall-forniment, id-disponibbiltà u l-aċċess xieraq għal infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u internazzjonali, inkluż infrastrutturi tal-JRC (5);
|
|
(vi)
|
għat-trawwim tax-xjenza nukleari bħala bażi biex tiġi appoġġata l-istandardizzazzjoni, l-azzjonijiet diretti ser jipprovdu data ta’ referenza, materjali u kejl tal-aqwa żvilupp tekniku relatati mas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, kif ukoll applikazzjonijiet oħra bħall-mediċina nukleari;
|
|
|
(c)
|
trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni u kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali Ewropew:
dwar il-fużjoni Sħubija Ewropea kofinanzjata fir-riċerka fil-fużjoni ser timplimenta l-pjan direzzjonali għall-mira tal-produzzjoni tal-elettriku mill-fużjoni sat-tieni nofs ta’ dan is-seklu. Dan jista’ jinkludi, fost l-oħrajn:
|
(i)
|
sfruttament tal-faċilitajiet tal-fużjoni eżistenti u futuri, inkluż l-allokazzjoni ta’ għotjiet operattivi għal infrastrutturi tar-riċerka dwar il-fużjoni meta jkun xieraq;
|
|
(ii)
|
it-tħejjija għal impjanti tal-enerġija mill-fużjoni futuri permezz tar-riċerka u l-iżvilupp tal-aspetti kollha rilevanti inkluż il-materjali, it-teknoloġiji u d-disinji;
|
|
(iii)
|
l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ edukazzjoni u taħriġ iffokat flimkien mal-attivitajiet taħt il-punt (b)(i);
|
|
(iv)
|
koordinazzjoni tal-attivitajiet komuni mal-Impriża Konġunta Fużjoni għall-Enerġija;
|
|
(v)
|
kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni ITER;
|
|
(vi)
|
kollaborazzjoni xjentifika fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali tal-Euratom.
|
Is-Sħubija Ewropea Kofinanzjata fil-fużjoni ser tiġi implimentata b’għotja li ser tingħata lill-entitajiet legali stabbiliti jew magħżula mill-Istati Membri u kwalunkwe pajjiż terz assoċjat mal-Programm Euratom 2026-2027. L-għotja tista’ tinkludi riżorsi in natura mill-Komunità, jew l-issekondar ta’ persunal tal-Kummissjoni.
Finanzjament addizzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-fużjoni jista’ jingħata permezz ta’ sejħiet għall-proposti;
|
|
(d)
|
appoġġ għall-politika tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari;
|
l-azzjonijiet diretti ser jappoġġaw il-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti billi jipprovdu evidenza u għarfien espert xjentifiċi u tekniċi indipendenti.
(1) B’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/117/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/71/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom; id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/51/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/59/oj) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/52/oj).
(2) F’konformità mal-Artikolu III.2 tal-Ftehim Qafas għall-Kollaborazzjoni Internazzjonali fir-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ Sistemi tal-Enerġija Nukleari tal-Ġenerazzjoni IV.
(3) Minbarra s-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari, dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu implimentati b’azzjonijiet diretti u indiretti.
(4) L-Artikoli 35, 36, 38 tat-Trattat Euratom; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/600/oj).
(5) Abbażi tal-pjan ta’ investiment kontinwu għall-infrastrutturi tal-JRC.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
Id-direzzjonijiet tal-impatt, u l-indikaturi ewlenin relatati tad-direzzjoni tal-impatt, għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027 favur l-objettivi speċifiċi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(2). Id-direzzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu sensittivi għaż-żmien: dawn għandhom jiddistingwu bejn perjodu qasir, medju u twil. L-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt għandhom iservu ta’ indikaturi li jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar favur l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi. Il-mikrodata li tinforma l-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt, li tiġi kondiviża ma’ Orizzont Ewropa, għandha tinġabar b’mod li hu ġestit u armonizzat ċentralment, b’piż minimu ta’ rappurtar fuq il-benefiċjarji.
Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt xjentifiku
Il-Programm Euratom 2026-2027 mistenni jagħmel progress fejn jidħol l-għarfien biex jissaħħu s-sikurezza u s-sigurtà nukleari, l-applikazzjonijiet sikuri tar-radjazzjoni jonizzanti, il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni. Il-progress f’dawk l-oqsma għandhom jitkejlu bl-indikaturi li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni, l-iżvilupp ta’ għarfien espert u ħiliet, u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka.
|
Lejn impatti xjentifiċi
|
Fuq perjodu qasir
|
Fuq perjodu medju
|
Aktar fit-tul
|
|
It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar
|
Pubblikazzjonijiet –
Għadd ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari
|
Kwotazzjonijiet –
Field-Weighted Citation Index tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari
|
Xjenza ta’ livell dinji – Għadd u sehem ta’ pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari mill-Programm Euratom 2026-2027 li huma kontribut ewlieni għall-oqsma xjentifiċi
|
|
Għarfien kondiviż –
Sehem tal-outputs tar-riċerka (data/pubblikazzjoni/software, eċċ miftuħa) kondiviżi permezz ta’ infrastruttura tal-għarfien miftuħa
|
Tixrid tal-għarfien – Sehem tal-outputs tar-riċerka tal-aċċess miftuħ użati jew ikkwotati b’mod attiv
|
Kollaborazzjonijiet ġodda – Sehem tal-benefiċjarji tal-Euratom li jkunu żviluppaw kollaborazzjonijiet transdixxiplinari/transsettorjali ġodda mal-utenti tal-outputs tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) miftuħa tal-Euratom tagħhom
|
|
It-trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni
|
Progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni –
Perċentwal tal-istadji importanti tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni stabbiliti għall-perjodu 2021-2027 milħuqa mill-Programm Euratom 2026-2027
|
|
Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni
|
Ħiliet –
Għadd ta’ riċerkaturi li bbenefikaw minn attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet tal-Programm Euratom 2026-2027 (permezz ta’ taħriġ, mobbiltà u aċċess għall-infrastruttura)
|
Karrieri –
Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom influwenza akbar fil-qasam tar-R&I tagħhom
|
Kundizzjonijiet tax-xogħol –
Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba
|
|
L-għadd ta’ riċerkaturi b’aċċess għal infrastruttura tar-riċerka bis-saħħa tal-appoġġ tal-Programm Euratom 2026-2027
|
|
Il-materjali ta’ referenza mwassla u l-miżuri ta’ referenza inkorporati f’librerija
|
Għadd ta’ standards internazzjonali modifikati
|
Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq is-soċjetà
Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa mistenni li jgħin biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet tal-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif juru l-portafolli tal-proġetti li jiġġeneraw outputs li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi f’dawn l-oqsma. L-impatt fuq is-soċjetà għandu jitkejjel ukoll f’termini ta’ żvilupp speċifiku fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari.
|
Lejn impatti fuq is-soċjetà
|
Fuq perjodu qasir
|
Fuq perjodu medju
|
Aktar fit-tul
|
|
It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar
|
Outputs –
Għadd u sehem tal-outputs bl-għan li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta’ politika
|
Soluzzjonijiet –
Għadd u sehem ta’ innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta’ politika
|
Benefiċċji –
Effetti stmati aggregati mill-użu ta’ riżultati ffinanzjati minn Euratom, dwar l-indirizzar ta’ prijoritajiet speċifiċi ta’ politika, inkluż kontribuzzjoni għaċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet
|
|
Għadd ta’ servizzi mogħtija b’appoġġ għas-salvagwardji
|
Għadd ta’ sistemi tekniċi fornuti u użati bħalissa
|
|
|
Għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ mogħtija lill-uffiċjali tal-ewwel linja
|
|
Ħolqien konġunt –
Għadd u sehem ta’ proġetti tal-Euratom fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-utenti aħħarin jikkontribwixxu għall-ħolqien flimkien tal-kontenut tar-R&I
|
Involviment –
Għadd u sehem ta’ entitajiet benefiċjarji ta’ Euratom li għandhom mekkaniżmi ta’ involviment taċ-ċittadini u l-utenti aħħarin wara proġett tal-Euratom
|
Użu tar-R&I mis-soċjetà
Użu u tixrid ta’ riżultati xjentifiċi u soluzzjonijiet innovattivi ta’ Euratom li nħolqu flimkien
|
Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq l-innovazzjoni
Il-Programm Euratom 2026-2027 mistenni jikseb impatti fuq l-innovazzjoni li jappoġġaw il-progress favur l-objettivi speċifiċi tiegħu. Il-progress f’dan il-qasam għandu jitkejjel b’indikaturi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI), il-prodotti, il-metodi u l-proċessi innovattivi u l-użu tagħhom, flimkien mal-ħolqien tal-impjiegi.
|
Lejn impatt ekonomiku/fuq l-innovazzjoni
|
Fuq perjodu qasir
|
Fuq perjodu medju
|
Aktar fit-tul
|
|
It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar
It-trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni
Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni
|
Outputs innovattivi –
Għadd ta’ prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-Programm Euratom 2026-2027 (skont it-tip ta’ innovazzjoni) u applikazzjonijiet tal-IPR
|
Innovazzjonijiet –
Għadd ta’ innovazzjonijiet mill-proġetti tal-Euratom (skont it-tip ta’ innovazzjoni) inkluż mill-IPR mogħtija
|
Tkabbir ekonomiku –
Ħolqien, tkabbir u ishma mis-suq ta’ kumpaniji li żviluppaw innovazzjonijiet iffinanzjati minn Euratom
|
|
Impjieg appoġġat –
Għadd ta’ impjiegi ekwivalenti għall-full time (FTE) maħluqa u impjiegi miżmuma fl-entitajiet tal-benefiċjarji għall-proġett tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)
|
Impjieg sostnut –
Żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet tal-benefiċjarji wara proġett tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)
|
Impjiegi totali – Għadd ta’ impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma bis-saħħa tat-tixrid tar-riżultati tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)
|
|
Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat bl-investiment inizjali tal-Euratom
|
Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat biex jiġu sfruttati jew estiżi r-riżultati tal-Euratom
|
Progress tal-Unjoni lejn 3 % tal-PDG bis-saħħa tal-Programm Euratom 2026-2027
|
Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq il-politika
Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa mistenni li jipprovdi evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-appoġġ xjentifiku għal servizzi oħra tal-Kummissjoni, bħall-appoġġ għas-salvagwardji tal-Euratom, jew għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ atti legali relatati mar-radjazzjoni nukleari u jonizzanti (1).
|
Lejn impatt fuq il-politika
|
Fuq perjodu qasir
|
Fuq perjodu medju
|
Aktar fit-tul
|
|
Appoġġ lill-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari
|
Għadd u sehem ta’ proġetti tal-Euratom li jipproduċu sejbiet rilevanti għall-politika
|
Għadd ta’ outputs b’impatt dimostrabbli fuq il-politika
|
Għadd u sehem ta’ sejbiet tal-proġetti tal-Euratom ikkwotati f’dokumenti ta’ politika/programmatiċi
|
Ser jiġu stabbiliti miri kemm għall-azzjonijiet indiretti kif ukoll diretti biex jiġu riflessi r-riżultati mistennija għal kull parti mill-Programm Euratom 2026-2027.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ salvagwardji tal-Euratom (ĠU L 54, 28.2.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/302/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom u d-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/87/oj).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|