+Ir-regolament tal-kunsill (EURATOM) Nru 1493/93 tat-8 ta' Ġinju 1993 dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri
---+Preamble: 1
---+Article 1
---+Article 2
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
------+Article 2 —
---+Article 3
---+Article 4
---+Article 5
------+Article 5 —
------+Article 5 —
------+Article 5 —
---+Article 6
------+Article 6 —
------+Article 6 —
------+Article 6 —
------+Article 6 —
---+Article 7
---+Article 8
---+Article 9
---+Article 10
---+Article 11
English - European Union - Energy - Environment -

Ir-regolament tal-kunsill (EURATOM) Nru 1493/93 tat-8 ta' Ġinju 1993 dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri

Ir-regolament tal-kunsill (EURATOM) Nru 1493/93 tat-8 ta' Ġinju 1993 dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri

Ir-regolament tal-kunsill (EURATOM) Nru 1493/93

tat-8 ta' Ġinju 1993

dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikoli 31 u 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], imħejjija wara li kisbet l-opinjoni ta' grupp ta' esperti maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi fit-2 ta' Frar 1959 il-Kunsill adotta direttivi li jesiġu n-normi bażiċi għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li joriġinaw minn radjazzjoni jonizzanti [4], li ġew emendati b'mod partikolari mid-Direttiva 80/836/Euratom [5];

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/836/Euratom, kull Stat Membru għandu jagħmel rappurtaġġ obbligatorju dwar attivitajiet li jinvolvu perikolu li joriġina minn radjazzjoni jonizzanti; billi, fid-dawl tal-perikoli possibli u tal-konsiderazzjonijiet l-oħra relevanti, dawn l-attivitajiet huma suġġetti għal awtorizzazzjoni bil-quddiem fil-każi li jkun hemm deċiżjoni dwarhom minn kull Stat Membru;

Billi l-Istati Membri kienu sussegwentament stabbilew sistemi fit-territorji tagħhom sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/836/Euratom; billi, għalhekk, permezz ta' kontrolli interni li dak l-Istat Membru japplika fuq il-bażi ta' regoli nazzjonali konsistenti mal-ħtiġijiet eżistenti tal-Komunità u ta' xi ħtiġijiet internazzjonali oħra relevanti, l-Istati Membri għandhom ikomplu jassiguraw livell kumparabbli ta' protezzjoni fit-territorji tagħhom;

Billi kunsinni ta' skart radjoattiv bejn l-Istati Membri u lejn u l-barra mill-Komunità huma suġġetti għall-miżuri speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva 92/3/Euratom [6]; billi l-Istati Membri huma meħtieġa li jdaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1994 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 92/3/Euratom; billi kull Stat Membru għandu jkun responsabbli sabiex jagħmel ċert li l-iskart radjoattiv tiegħu ikunu amministrat kif xieraq;

Billi t-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri fil-Komunità mill-1 ta' Jannar 1993 kellha l-effett li ċċaħħad lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri minn informazzjoni li qabel kienet titwassal permezz ta' dawn il-kontrolli dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi; billi hemm ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jirċievu l-istess livell ta' informazzjoni bħal qabel sabiex ikomplu jimplementaw il-kontrolli tagħhom għal skopijiet ta' ħarsien kontra r-radjazzjoni; billi kieku jkun hemm sistema Komunitarja ta' dikjarazzjoni u provvista ta' informazzjoni din tiffaċilita ż-żamma tal-kontroll għal protezzjoni kontra r-radjazzjoni; billi sistima Komunitarja ta' dikjarazzjoni minn qabel hija meħtieġa għall-kunsinni ta' sorsi li jkunu issiġillati jew ta' skart rajoattiv;

Billi materjali fissili speċjali kif definiti mill-Artikolu 197 tat-Trattat EAEC huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II il-Kapitolu VII - Salvagwardi ta' dak it-Trattat; billi t-trasport ta' dawk il-materjali huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni bis-saħħa tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Fiżika ta' Materjali Nukleari (IAEA 1980);

Billi dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-provvista ta' informazzjoni u ta' kontrolli imposti għal raġunijiet oħra apparti minn protezzjoni kontra r-radjazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kunsinni, bejn l-Istati Membri, ta' sorsi ssiġġillati u sorsi relevanti oħra, kull meta l-kwantitajiet u l-konċentrazzjoni jkunu jeċċedu l-livelli stabbiliti mill-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 80/836/Euratom. Għandu japplika għall-kunsinni ta' skart radjoattiv, bejn l-Istati Membri, kif kopert mid-Direttiva 92/3/Euratom.

2. Fil-każ ta' materjali nukleari, kull Stat Membru għandu jwettaq il-kontrolli kollha meħtieġa, fit-territorju tiegħu stess, sabiex jassigura li kull kunsinna ta' dawn il-materjali, li huma s-suġġett ta' kunsinna minn Stat Membru ieħor, ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/836/Euratom.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

- kunsinna tfisser operazzjonijiet ta' trasport mill-post ta' l-oriġini lejn il-post tad-destinazzjoni, inklużi t-tagħbija u l-ħatt tas-sustanzi radjoattivi,

- id-detentur ta' sustanti radjoattivi jfisser kull persuna naturali jew ġuridika li, qabel ma ssir kunsinna, jkollu r-responsabbiltà legali taħt il-liġi nazzjonali għal dawk il-materjali u jkollu l-intenzjoni li jagħmel il-kunsinna lil destinatarju,

- id-destinatarju ta' sustanzi radoattivi jfisser kull persuna naturali jew ġuridika li lilha jiġi kunsinnjat dan il-materjal,

- sorsi ssiġġillati għandha t-tifsira mogħtija fid-Direttiva 80/836/Euratom,

- sorsi oħra relevanti jfissru kull sustanza radjoattiva li ma tkunx sors issiġillat intenzjonat għal użu dirett jew indirett tar-radjazzjoni jonizzanti li temetti għal applikazzjonijiet mediċi, veterinarji, industrijali, kummerċjali, ta'riċerka jew agrikoli,

- skart radjoattiv għandu t-tifsira mogħtija fid-Direttiva 92/3/Euratom,

- materjali nukleari jfissru materjali speċjali fissili, il-materjali li jintużaw bħala sors u l-minerali mhux proċessati kif definiti fl-Artikolu 197 tat-Trattat EAEC,

- l-awtoritajiet kompetenti jfissru kull awtorità responsabbli fl-Istat Membru għall-applikar u l-amministrazzjoni ta' dan ir-Regolament jew għal xi awtorità oħra innominata mill-Istat Membru,

- attività għandha t-tifsira mogħtija fid-Direttiva 80/836/Euratom.

L-Artikolu 3

Kontrolli ta' kunsinni ta' sorsi ssiġġillati, sorsi oħra relevanti u skart radjoattiv bejn l-Istati Membri, skond il-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali, għall-iskop tal-ħarsien kontra r-radjazzjoni għandhom isiru bħala parti mill-proċeduri ta' kontroll applikati b'mod mhux diskriminatorju matul it-territorju kollu ta' l-Istat Membru.

L-Artikolu 4

1. Id-detentur ta' sorsi ssiġġillati jew ta' skart radjoattiv li jkun bi ħsiebu jwettaq kunsinna ta' dawn is-sorsi jew skart, jew li jagħmel arranġamenti sabiex titwettaq din il-kunsinna, għandu jikseb minn qabel dikjarazzjoni bil-miktub mingħand id-destinatarju tas-sustanzi radjoattivi li tistqarr li d-destinatarju ikkonforma, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha li jimplimentaw l-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/836/Euratom u mar-rekwiżiti nazzjonali relevanti dwar ħżin, użu jew rimi b'mod mhux perikoluż ta' dik il-klassi ta' sors jew skart.

Id-dikjarazzjoni għandha ssir permezz tad-dokumenti standard stabbiliti fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

2. Id-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat mid-destinatarju lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li lilu tkun sejra ssir il-kunsinna. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bit-timbru tagħha fuq id-dokument li hi tkun ħadet nota tad-dikjarazzjoni u d-dikjarazzjoni għandha mbagħad tintbgħat mid-destinatarju lid-detentur.

L-Artikolu 5

1. Id-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 tista' tirreferi għal aktar minn kunsinna waħda, sakemm:

- is-sorsi ssiġillati jew l-iskart radjoattiv li għandhom x'jaqsmu magħha jkollhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi,

- is-sorsi ssiġġillati jew l-iskart radjoattiv li għandhom x'jaqsmu magħha ma jeċċedux il-livelli ta' attività stabbiliti fid-dikjarazzjoni, u

- il-kunsinni għandhom isiru mill-istess detentur lill-istess destinatarju jinvolvu l-istess awtoritajiet kompetenti.

2. Id-dikjarazzjoni għandha tkun valida għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin mid-data tat-timbru ta' l-awtorità kompetenti li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 4(2).

L-Artikolu 6

Id-detentur ta' sorsi ssiġġillati, sorsi oħra relevanti u skart radjoattiv li jkun għamel kunsinna ta' sorsi jew skart ta' din ix-xorta, jew li jkun għamel arranġamenti sabiex issir kunsinna ta' din ix-xorta, għandu, fi żmien 21 jum mit-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni b'din l-informazzjoni li ġejja f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsinni matul dawk it-tliet xhur:

- l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji,

- l-attività totali għal kull radjonuklidi kunsinnjata lil destinatarju u n-numru tal-kunsinni magħmula,

- l-ogħla kwantità singola ta' kull radjonuklidi ikkunnsinnjati lil kull destinatarju,

- it-tip ta' sustanza: is-sors issiġġillati, sorsi oħra relevanti jew skart radjoattiv.

L-ewwel fost dawn ir-rapporti għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 1993.

L-Artikolu 7

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jassiguraw l-applikar u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1993 l-isem (ismijiet) u l-indirizz(i) ta' l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 2 u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-komunikazzjoni rapida ma' dawk l-awtoritajiet.

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kull bidliet dwar dik l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni, u l-bidliet fiha, lill-awtoritajiet kollha kompetenti fil-Komunità u għandha tippubblikaha, flimkien mal-bidliet li jkunu sarulha, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 9

Xejn f'dan ir-Regolament m'għandu jaffetwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali jesistenti u l-ftehim internazzjonali dwar it-trasport, inkluż it-transitu, ta' materjal radjoattiv.

L-Artikolu 10

Xejn f'dan ir-Regolament m'għandu jaffetwa l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 92/3/Euratom.

L-Artikolu 11

1. Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Dan ir-Regolament għandu jieqaf milli jkun applikabbli għall-iskart radjoattiv mill-1 ta' Jannar 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Helveg Petersen

[1] ĠU C 347, tal-31.12.1992, p. 17.

[2] ĠU 150, tal-31.5.1993.

[3] ĠU C 19, tal-25.1.1993, p. 13.

[4] ĠU L 11, ta' l-20.2.1959, p. 221/59.

[5] ĠU L 246, tas-17.9.1980, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 84/467/Euratom (ĠU L. 265, tal-5.10.1984, p. 4).

[6] ĠU L 35, tat-12.2.1992, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

THE COUNCIL OF THE EUROPEAN COMMUNITIES,

Having regard to the Treaty establishing the European Atomic Energy Community, and in particular Articles 31 and 32 thereof,

Having regard to the proposal from the Commission (1), drawn up after obtaining the opinion of a group of persons appointed by the Scientific and Technical Committee from among scientific experts in the Member States,

Having regard to the opinion of the European Parliament (2),

Having regard to the opinion of the Economic and Social Committee (3),

Whereas on 2 February 1959 the Council adopted directives laying down the basic standards for the protection of the health of workers and the general public against the dangers arising from ionizing radiation (4), amended in particular by Directive 80/836/Euratom (5);

Whereas, pursuant to Article 3 of Directive 80/836/Euratom, each Member State must make compulsory the reporting of activities which involve a hazard arising from ionizing radiation; whereas, in the light of possible dangers and other relevant considerations, these activities are subject to prior authorization in cases decided upon by each Member State;

Whereas Member States have consequently set up systems within their territories in order to meet the requirements of Article 3 of Directive 80/836/Euratom; whereas, therefore, by means of the internal controls that Member States apply on the basis of national rules consistent with existing Community and any relevant international requirements, Member States continue to ensure a comparable level of protection within their territories;

Whereas shipments of radioactive waste between Member States and into and out of the Community are subject to the specific measures laid down by Directive 92/3/Euratom (6); whereas Member States are required to bring into force not later than 1 January 1994 the laws, regulations and administrative provisions necessary to comply with Directive 92/3/Euratom; whereas each Member State should be responsible for ensuring that its own radioactive waste is properly managed;

Whereas the removal of frontier controls in the Community as from 1 January 1993 has deprived the competent authorities of Member States of information previously received through those controls on shipments of radioactive substances; whereas there is a need for the competent authorities concerned to receive the same level of information as before to continue implementing their controls for radiation protection purposes; whereas a Community system of declaration and provision of information would facilitate the maintenance of radiation protection control; whereas a system of prior declaration is needed for shipments of sealed sources and radioactive waste;

Whereas special fissile materials as defined by Article 197 of the EAEC Treaty are subject to the provisions of Title II, Chapter VII — Safeguards of that Treaty; whereas the transport of such materials is subject to the obligations of the Member States and the Commission pursuant to the International Convention on the Physical Protection of Nuclear Materials (IAEA.1980);

Whereas this Regulation is without prejudice to provision of information and to controls imposed for reasons other than radiation protection,

HAS ADOPTED THIS REGULATION:

Article 1

Article 1

1.   This Regulation shall apply to shipments, between Member States, of sealed sources and other relevant sources, whenever the quantities and concentrations exceed the levels laid down in Article 4 (a) and (b) of Directive 80/836/Euratom. It shall also apply to shipments of radioactive waste, between Member States, as covered by Directive 92/3/Euratom.

2.   In the case of nuclear materials, each Member State carries out all necessary controls, within its own territory, in order to ensure that each consignee of such materials, which are the subject of a shipment from another Member State, complies with the national provisions implementing Article 3 of Directive 80/836/Euratom.

Article 2

For the purposes of this Regulation:

Article 3

Article 3

Controls of shipments of sealed sources, other relevant sources and radioactive waste between Member States, pursuant to Community or national law, for the purpose of radiation protection shall be performed as part of the control procedures applied in a non-discriminatory manner throughout the territory of the Member State.

Article 4

Article 4

1.   A holder of sealed sources or radioactive waste who intends to carry out a shipment of such sources or waste, or to arrange for such a shipment to be carried out, shall obtain a prior written declaration by the consignee of the radioactive substances to the effect that the consignee has complied, in the Member State of destination, with all applicable provisions implementing Article 3 of Directive 80/836/Euratom and with relevant national requirements for safe storage, use or disposal of that class of source or waste.

The declaration shall be made by means of the standard documents set out in Annexes I and II to this Regulation.

2.   The declaration referred to in paragraph 1 shall be sent by the consignee to the competent authority of the Member State to which the shipment is to be made. The competent authority shall confirm with its stamp on the document that it has taken note of the declaration and the declaration shall then be sent by the consignee to the holder.

Article 5

1.   The declaration referred to in Article 4 may refer to more than one shipment, provided that:

Article 6

A holder of sealed sources, other relevant sources and radioactive waste who has carried out a shipment of such sources or waste, or arranged for such a shipment to be carried out, shall, within 21 days of the end of each calendar quarter, provide the competent authorities in the Member State of destination with the following information in respect of deliveries during the quarter:

Article 7

Article 7

The competent authorities of Member States shall cooperate in ensuring the application and enforcement of this Regulation.

Article 8

Article 8

Member States shall forward to the Commission not later than 1 July 1993 the name(s) and the address(es) of the competent authorities as defined in Article 2 and all necessary information for rapidly communicating with such authorities.

Member States shall forward to the Commission any changes to such data.

The Commission shall communicate this information, and any changes thereto, to all competent authorities in the Community and shall publish it, and any changes thereto, in the Official Journal of the European Communities.

Article 9

Article 9

Nothing in this Regulation shall effect existing national provisions and international agreements on the transport, including transit, of radioactive material.

Article 10

Article 10

Nothing in this Regulation shall affect the obligations and rights resulting from Directive 92/3/Euratom.

Article 11

Article 11

1.   The Regulation shall enter into force on the 20th day following its publication in the Official Journal of the European Communities.

2.   This Regulation shall cease to apply to radioactive waste on 1 January 1994.

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.

Done at Luxembourg, 8 June 1993.

For the Council

The President

N. HELVEG PETERSEN


(1)  OJ No C 347, 31. 12. 1992, p. 17.

(2)  OJ No 150, 31. 5. 1993,

(3)  OJ No C 19, 25. 1. 1993, p. 13.

(4)  OJ No L 11, 20. 2. 1959, p. 221/59.

(5)  OJ No L 246, 17. 9. 1980, p. 1. Directive as amended by Directive 84/467/Euratom (OJ No L 265, 5. 10. 1984, p. 4).

(6)  OJ No L 35, 12. 2. 1992, p. 24.


ANNEX I

SHIPMENT OF SEALED SOURCES BETWEEN THE MEMBER STATES OF THE EUROPEAN COMMUNITY

Image

Image


ANNEX II

SHIPMENT OF RADIOACTIVE WASTE BETWEEN THE MEMBER STATES OF THE EUROPEAN COMMUNITY

Image

Image


1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit