+DIRETTIVA 2009/125/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Tqegħid fis-suq u/jew tħaddim
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 4 Responsabbiltajiet tal-importatur
---+Artikolu 5 Immarkar u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6 Moviment ħieles
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7 Klawżola ta’ salvagwardja
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.
------+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 8 Valutazzjoni tal-konformità
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 9 Preżunzjoni tal-konformità
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 10 Standards armonizzati
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 11 Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar
---+Artikolu 12 Koperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ informazzjoni
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13 Impriżi żgħar u ta’ daqs medju
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 14 Informazzjoni għall-konsumatur
---+Artikolu 15 Miżuri implimentattivi
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
------+Artikolu 15 5.
------+Artikolu 15 6.
------+Artikolu 15 7.
------+Artikolu 15 8.
------+Artikolu 15 9.
------+Artikolu 15 10.
---+Artikolu 16 Pjan ta’ ħidma
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 17 Awto-regolamentazzjoni
---+Artikolu 18 Forum Konsultattiv
---+Artikolu 19 Proċedura ta’ Kumitat
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 20 Penali
---+Artikolu 21 Reviżjoni
---+Artikolu 22 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 23 Traspożizzjoni
------+Artikolu 23 1.
------+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 24 Tħassir
---+Artikolu 25 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 26 Indirizzati
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
---+ANNESS VII
---+ANNESS VIII
---+ANNESS IX
---+ANNESS X
|
English -
European Union -
Energy -
DIRETTIVA 2009/125/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA 2009/125/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ottubru 2009
li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija
(tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“prodott relatat mal-enerġija”, minn hawn ‘il quddiem “prodott”, ifisser kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jiġi mqiegħed fis-suq u/jew jibda jiġi mħaddem, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati f’ prodotti relatati mal-enerġija koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista’ tiġi stmata b’mod indipendenti;
2.
“komponenti u partijiet oħra għall-immuntar” tfisser partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti, u li mhumiex preżenti fis-suq u/jew ma jiġux imħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali jew li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom ma tistax tiġi stmata b’mod indipendenti;
3.
“miżuri implimentattivi” tfisser miżuri adottati skont din id-Direttiva li jistabbilixxu r-rekwiżiti meħtieġa tal-ekodisinn għal prodotti definiti jew għall-aspetti ambjentali tagħhom;
4.
“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità bil-ħsieb li jkun hemm distribuzzjoni jew użu tiegħu fi ħdan il-Komunità kemm jekk dan isir bi ħlas jew b’xejn u irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ;
5.
“tħaddim” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott skont l-użu maħsub tiegħu minn utent aħħari fil-Komunità;
6.
“fabbrikant” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-prodotti koperti f’din id-Direttiva u li tkun responsabbli għall-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva in vista tat-tqegħid tagħhom fis-suq/jew it-tħaddim taħt l-isem tal-fabbrikant stess jew it-trademark jew inkella għall-użu personali tal-fabbrikant. Fin-nuqqas ta’ fabbrikant, hekk kif definit fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt jew ta’ importatur kif imfisser fil-punt 8, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq u/jew tħaddem prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandha titqies bħala fabbrikant;
7.
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-fabbrikant sabiex twettaq f’ismu l-obbligi u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li jkollhom x’jaqsmu ma’ din id-Direttiva;
8.
“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju waqt il-ħidma kummerċjali tagħha;
9.
“materjali” tfisser il-materjali kollha wżati waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott;
10.
“disinn tal-prodott” tfisser l-għadd ta’ proċessi li jittrasformaw ir-rekwiżiti legali, tekniċi, tas-sigurtà, funzjonali, tas-suq jew oħrajn li jridu jiġu sodisfatti minn prodott fl-ispeċifikazzjoni teknika għal dak il-prodotti;
11.
“aspett ambjentali” tfisser element jew funzjoni ta’ prodott li jista’ jkollu interazzjoni mal-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
12.
“impatt ambjentali” tfisser kull bidla fl-ambjent li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
13.
“ċiklu tal-ħajja” tfisser il-fażijiet konsekuttivi u interkonnessi ta’ prodott mill-użu tal-materja prima sar-rimi finali, l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ;
14.
“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha prodott jew il-komponenti tiegħu, wara li jkunu laħqu t-tmiem tal-ewwel użu tagħhom, jintużaw għall-istess skop li għaliha kienu ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu ta’ prodott, li jintbagħat lura lill-post għall-ġbir, fornitur, riċiklatur jew fabbrikant, kif ukoll użu mill-ġdid ta’ prodott wara li ġie arranġat mill-ġdid;
15.
“riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta’ produzzjoni ta’ materjal ta’ skart sabiex għall-fini oriġinali tiegħu jew għal finijiet oħra iżda eskluż l-irkupru tal-enerġija;
16.
“irkupru tal-enerġija” tfisser l-użu ta’ skart kombustibbli bħala mezz biex jiġġenera l-enerġija permezz ta’ inċinerazzjoni diretta ma’ skart ieħor jew mingħajru iżda bl-irkupru tas-sħana;
17.
“irkupru” tfisser kull operazzjoni applikabbli li jipprovdi għalihom l-Anness II B tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (
21
);
18.
“skart” tfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2006/12/KE li d-detentur jarmi jew li jkolli l-intenzjoni jew ikun meħtieġ li jarmi;
19.
“skart perikoluż” ifisser kull skart li kopert mill-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (
22
);
20.
“profil ekoloġiku” tfisser deskrizzjoni, skont il-miżuri implimentattivi applikabbli għall-prodott, tal-inputs u l-outputs (bħalma huma l-materjal, l-emissjonijiet u l-iskart) assoċjati mal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jkunu sinifikanti għal dak li għandu x’jaqsam mal-impatt ambjentali u huma espressi fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jiġu mkejla;
21.
“prestazzjoni ambjentali” ta’ prodott tfisser ir-riżultati tal-immaniġġar tal-aspetti ambjentali tal-prodott mill-fabbrikant, hekk kif riflessi fid-dokumentazzjoni teknika tiegħu;
22.
“titjib fil-prestazzjoni ambjentali” tfisser il-proċess li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott matul ħafna ġenerazzjonijiet, għalkemm mhux neċessarjament fir-rispett tal-aspetti ambjentali kollha tal-prodott simultanjament;
23.
“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni tal-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu;
24.
“rekwiżit għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit relatat ma’ prodott, jew id-disinn ta’ prodott, li jkun maħsub biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu, jew kull rekwiżit ieħor għat-tqassim tal-informazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-aspett ambjentali ta’ prodott;
25.
“rekwiżit ġeneriku għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit għall-ekodisinn ibbażat fuq il-profil ekoloġiku sħiħ ta’ prodott mingħajr valuri ta’ limitu fissi għal aspetti ambjentali partikolari;
26.
“rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn” tfisser rekwiżit kwantifikat u li jista’ jitkejjel għall-ekodisinn li jkollu x’jaqsam ma’ aspett ambjentali partikolari ta’ prodott, bħalma huwa l-konsum tal-enerġija waqt l-użu, u kkalkulat għal ċerta unità ta’ prestazzjoni tal-output;
27.
“standard armonizzat” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn entità rikonoxxuta tal-istandards taħt mandat mill-Kummissjoni, konformement mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (
23
), bl-għan li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew, li l-konformità magħha ma tkunx mandatorja.
|
|
Artikolu 3 Tqegħid fis-suq u/jew tħaddim
|
|
|
Artikolu 4 Responsabbiltajiet tal-importatur
|
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-importatur
Fejn il-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità u fin-nuqqas ta’ rappreżentant awtorizzat, l-importatur għandu jkollu dawn l-obbligi:
(a)
li jiżgura li prodott imqiegħed fis-suq u/jew mħaddem jikkonforma ma’ din id-Direttiva u l-miżura implimentattiva applikabbli; u
(b)
li jżomm u jkollu disponibbli d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika.
|
|
Artikolu 5 Immarkar u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
|
|
|
Artikolu 6 Moviment ħieles
|
|
|
Artikolu 7 Klawżola ta’ salvagwardja
|
|
|
Artikolu 8 Valutazzjoni tal-konformità
|
|
|
Artikolu 9 Preżunzjoni tal-konformità
|
|
|
Artikolu 10 Standards armonizzati
|
|
|
Artikolu 11 Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar
|
Artikolu 11
Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar
Il-miżuri implimentattivi jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikanti jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom li jqiegħdu komponenti u partijiet oħra għall-immuntar fis-suq u/jew li jħaddmuhom li dawn jipprovdu lill-fabbrikant ta’ prodott kopert mill-miżuri implimentattivi b’informazzjoni relevanti dwar il-kompożizzjoni tal-materjal u l-konsum tal-enerġija, tal-materjali u/jew ta’ riżorsi tal-komponenti jew partijiet oħra għall-immuntar.
|
|
Artikolu 12 Koperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ informazzjoni
|
|
|
Artikolu 13 Impriżi żgħar u ta’ daqs medju
|
|
|
Artikolu 14 Informazzjoni għall-konsumatur
|
Artikolu 14
Informazzjoni għall-konsumatur
Konformement mal-miżura implimentattiva applikabbli, il-fabbrikanti għandhom jiżguraw, fil-forma li jqisu xierqa, li l-konsumaturi ta’ prodotti jkollhom:
(a)
l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rwol li huma jista’ jkollhom fl-użu sostenibbli tal-prodott; u
(b)
meta dan ikun meħtieġ mill-miżuri implimentattivi, il-profil ekoloġiku tal-prodott u l-benefiċċji tal-ekodisinn.
|
|
Artikolu 15 Miżuri implimentattivi
|
|
|
Artikolu 16 Pjan ta’ ħidma
|
|
|
Artikolu 17 Awto-regolamentazzjoni
|
Artikolu 17
Il-ftehimiet voluntarji jew miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni ppreżentati bħala alternattiva għall-miżuri implimentattivi fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu evalwati mill-inqas fuq il-bażi tal-Anness VIII.
|
|
Artikolu 18 Forum Konsultattiv
|
Artikolu 18
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fil-mod kif jitmexxew l-attivitajiet tagħha hi tosserva, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull miżura implimentattiva, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet kollha interessati li huma kkonċernati bil- prodott jew grupp ta’ prodotti in kwistjoni, bħall-industrija, inklużi SMEs u l-industrija tas-snajja, it-trade unions, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-partijiet għandhom jikkontribwixxu, b’mod partikolari, biex jiġu definiti u riveduti miżuri implimentattivi, biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti li jissorveljaw is-suq u biex jiġu valutati ftehim voluntarji u miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni. Dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu fil-Forum Konsultattiv. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Forum għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 19 Proċedura ta’ Kumitat
|
|
|
Artikolu 20 Penali
|
Artikolu 20
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ir-regoli li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom iqisu l-grad ta’ nuqqas ta’ konformità u n-numru ta’ unitajiet ta’ prodotti li mhumiex konformi mqiegħda fis-suq tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Novembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 21 Reviżjoni
|
Artikolu 21
Sa mhux aktar tard mill-2012, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid l-effikaċja ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, inter alia:
(a)
il-metodoloġija għall-identifikar u l-kopertura ta’ parametri ambjentali sinjifikanti, bħall-effiċjenza tar-riżorsi, meta wieħed iqis iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;
(b)
il-limitu tal-miżuri implimentattivi;
(c)
il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq; u
(d)
kwalunkwe awto-regolazzjoni stimulata relevanti.
Wara din ir-reviżjoni, u b’mod partikolari meta wieħed iqis l-esperjenza relatata mal-kamp ta’ applikazzjoni estiż ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tevalwa partikolarment jekk hux xieraq tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati mal-enerġija, sabiex jinkiseb tnaqqis sinjifikanti tal-impatti ambjentali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 18, u kif ikun xieraq, għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 22 Kunfidenzjalità
|
Artikolu 22
Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11 u fil-Parti 2 tal-Anness I, mill-fabbrikant u/jew rappreżentant awtorizzat għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw il-kunfidenzjalità leġittima tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
|
|
Artikolu 23 Traspożizzjoni
|
|
|
Artikolu 24 Tħassir
|
Artikolu 24
Id-Direttiva 2005/32/KE, kif emendata mid-Direttiva msemmija fil-Parti A tal-Anness IX, hija b’dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IX.
Ir-riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.
|
|
Artikolu 25 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 25
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 26 Indirizzati
|
Artikolu 26
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn
(imsemmija fl-artikolu 15)
Ir-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn jimmiraw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, li jiffukaw fuq aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom mingħajr ma jistabbilixxu valuri ta’ limitu. Il-metodu msemmi f’dan l-Anness għandu jiġi applikat meta ma jkunx xieraq li jiġi stabbiliti valuri ta’ limitu għall-grupp tal-prodotti li jkunu qed jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti matul il-preparazzjoni tal-abbozz tal-miżura implimentattiva li għandha tkun preżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) li għandha tkun speċifikata fil-miżura implimentattiva.
Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15 il-Kummissjoni għandha tidentifika, kif inhu xieraq għall- prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-paramentri relevanti għall-ekodisinn fost dawk elenkati fil-Parti 1, ir-rekwiżiti għall-provvista ta’ informazzjoni fost dawk li huma stabbiliti fil-Parti 2 u r-rekwiżiti għall-fabbrikant elenkati fil-Parti 3.
Parti 1.
Parametri tal-ekodisinn għall-prodotti
1.1. Safejn għandhom x’jaqsmu mad-disinn tal-prodott, l-aspetti ambjentali sinifikanti huma identifikati b’referenza għall-fażijiet li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott:
(a)
l-għażla u l-użu tal-materja prima;
(c)
l-imballaġġ, it-trasport u d-distribuzzjoni;
(d)
l-installazzjoni u l-manutenzjoni;
(f)
it-tmiem tal-ħajja, jiġifieri l-istat tal-prodott meta jkun wasal fit-tmiem tal-ewwel użu tiegħu sakemm jintrema għall-aħħar darba.
1.2. Għal kull fażi, għandha ssir stima ta’ dawn l-aspetti ambjentali li ġejjin fejn ikun relevanti:
(a)
il-konsum mistenni ta’ materjali, enerġija u riżorsi oħra bħall-ilma frisk;
(b)
l-emissjonijiet antiċipati fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija;
(c)
it-tniġġis antiċipat minħabba effetti fiżiċi bħal storbju, vibrazzjoni, radjazzjoni u oqsma elettromanjetiċi;
(d)
il-produzzjoni mistennija ta’ materjal ta’ skart; u
(e)
il-possibiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta’ materjali u/jew ta’ enerġija, fid-dawl tad-Direttiva 2002/96/KE.
1.3. B’mod partikolari, għandhom jintużaw dawn il-parametri li ġejjin, u jkunu miżjuda ma’ oħrajn, fejn hu meħtieġ, biex ikun valutat il-potenzjal għal titjib fl-aspetti ambjentali msemmija fil-punt 1.2:
(a)
il-piż u l-volum tal-prodott;
(b)
l-użu ta’ materjal li jirriżulta minn attivitajiet ta’ riċiklaġġ;
(c)
il-konsum ta’ enerġija, ilma u riżorsi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja;
(d)
l-użu ta’ sustanzi klassifikati bħala perikolużi għas-saħħa u/jew għall-ambjent skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikketjar ta’ sustanzi perikolużi (
25
), u tenut kont tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi speċifiċi, bħad-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (
26
) jew id-Direttiva 2002/95/KE;
(e)
il-kwantità u n-natura ta’ oġġetti tal-konsum li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni kif suppost;
(f)
faċilità ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ kif espress minn: in-numru ta’ materjali u komponenti wżati, l-użu ta’ komponenti standard, iż-żmien meħtieġ għaż-żarmar, il-komplessità ta’ għodod meħtieġa għaż-żarmar, l-użu ta’ standards, kodiċi ta’ komponenti u materjal għall-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali tajbin għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (li jinkludu mmarkar ta’ partijiet tal-plastik skont l-istandards tal-ISO), l-użu ta’ materjali li jistgħu jkunu riċiklati faċilment, aċċess faċli għall-komponenti jew materjali ta’ valur jew oħrajn li jistgħu jkunu riċiklati; aċċess faċli għall-komponenti u materjali li jkun fihom sustanzi perikolużi;
(g)
inkorporazzjoni ta’ komponenti wżati;
(h)
evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ ħsara għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ komponenti jew appliances sħaħ;
(i)
estensjoni tat-tul tal-ħajja kif espress minn: l-inqas tul ta’ ħajja ggarantita, l-inqas żmien għad-disponibiltà ta’ spare parts, modularità, tibdil għall-aħjar, possibbiltà ta’ tiswija;
(j)
ammonti ta’ skart iġġenerat u ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
(k)
emissjonijiet fl-arja (gassijiet serra, aġenti aċidifikanti, komposti organiċii li jevaporaw, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, metalli tqal) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fuq il-miżuri kontra l-emissjoni ta’ tniġġis fil-forma gassuża u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f’makkinarju ambulanti li mhux tat-triq (
27
);
(l)
emissjonijiet fl-ilma (metalli tqal, sustanzi b’effett ħażin fuq il-bilanċ ta’ ossiġnu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu); u
(m)
emissjonijiet fil-ħamrija (speċjalment ħruġ aċċidentali u tixrid ta’ sustanzi perikolużi waqt il-fażi ta’ użu tal-prodotti, u l-potenzjal li jgħaddi minn ġol-ħamrija meta jintrema bħala skart).
Parti 2.
Rekwiżiti relatati mal-għoti ta’ informazzjoni
Il-miżuri implimentattivi jistgħu jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni mill-fabbrikant li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat, użat u riċiklat minn partijiet minbarra l-fabbrikant. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi, fejn applikabbli:
(a)
informazzjoni mid-disinnjatur f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura;
(b)
informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ambjentali sinifikanti u l-prestazzjoni ta’ prodott, li takkompanja l-prodott meta jitqiegħed fis-suq biex tħalli lill-konsumatur iqabbel dawn l-aspetti tal-prodotti;
(c)
informazzjoni għall-konsumaturi dwar kif jinstallaw, jużaw u jagħmlu manutenzjoni tal-prodott sabiex inaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jassiguraw li jibqa’ tajjeb għal użu itwal, kif ukoll dwar kif jirritornaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu, u fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ spare parts u l-possibiltajiet li prodott jinbidel għall-aħjar; u
(d)
informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ trattament li jikkonċernaw iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.
L-informazzjoni għandha tingħata fuq il-prodott innifsu fejn ikun possibbli.
Din l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-obbligazzjonijiet skont leġiżlazzjoni Komunitarji oħra, bħad-Direttiva 2002/96/KE.
Parti 3.
Rekwiżiti għall-fabbrikant
1. Meta jindirizzaw l-aspetti ambjentali identifikati fil-miżura implimentattiva bħala li huma kapaċi li jiġu influwenzati b’mod sostanzjali mid-disinn tal-prodott, il-fabbrikanti tal-prodotti għandhom jagħmlu stima tal-mudell tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, abbażi ta’ ipoteżi realistika dwar il-kondizzjonijiet normali u l-finijiet tal-użu. Aspetti ambjentali oħra jistgħu jiġu valutati fuq bażi volontarja.
Fuq il-bażi ta’ din l-istima, il-fabbrikanti għandhom jistabbilixxu l-profil ekoloġiku tal-prodott. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-prodott li huma relevanti għall-ambjent u l-inputs/outputs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott espressa fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jitkejlu.
2. Il-fabbrikant għandu jagħmel użu minn din l-istima biex jevalwa s-soluzzjonijiet ta’ disinni alternattivi u l-prestazzjoni ambjentali miksuba tal-prodott mal-punti ta’ referenza.
Il-punti ta’ referenza għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fil-miżura implimentattiva abbażi l-informazzjoni li tkun inġabret fil-preparazzjoni tal-miżura.
L-għażla ta’ soluzzjoni speċifika ta’ disinn għandha tikseb bilanċ raġonevoli bejn id-diversi aspetti ambjentali u bejn aspetti ambjentali u konsiderazzjonijiet relevanti oħra, bħas-sigurtà u s-saħħa, rekwiżiti tekniċi għall-funzjonalità, il-kwalità, u l-prestazzjoni, u aspetti ekonomiċi, li jinkudu l-ispejjeż tal-manifattura u tal-possibiltà li l-prodott jitqiegħed fis-suq, filwaqt li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni relevanti kollha.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn
(imsemmija fl-artikolu 15(6))
Rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn għandhom l-għan li jtejbu aspett ambjentali speċifiku tal-prodott. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ rekwiżiti għall-konsum imnaqqas ta’ ċertu riżors, bħal-limitu fuq l-użu ta’ dan ir-riżors fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ikun xieraq (bħal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ ċertu materjal inkorporat fil-prodott jew rekwiżit ta’ kwantitajiet minimi ta’ materjal riċiklat).
Meta jkunu qed jiġu preparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni tidentifika, kif inhu xieraq għall-prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-parametri relevanti għall-ekodisinn fost dawk li huma msemmija fil-Parti I tal-Anness I, u tistabbilixxi l-livelli ta’ dawk ir-rekwiżiti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2) kif ġej:
1.
Analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott in kwistjoni fis-suq u tidentifika l-possibbiltajiet tekniċi biex tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, filwaqt li l-vijabbiltà ekonomika tal-possibbiltajiet tkompli tkun ikkunsidrata u kwalunkwe telf sinifikanti fil-prestazzjoni jew fl-utilità għall-konsumaturi jkun evitat.
L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-aspetti ambjentali li qed jiġu kkunsidrati, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġija disponibbli fis-suq.
Il-prestazzjoni ta’ prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u “benchmarks” stabbiliti taħt leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.
Abbażi ta’ din l-analiżi u meta titqies il-fattibilità ekonomika u teknika kif ukoll il-potenzjal għal titjib, għandhom jittieħdu miżuri konkreti b’attenzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodott.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija fl-użu, il-livell ta’ effiċjenza fl-enerġija jew konsum għandu jiġi stabbilit billi jiġi mmirat il-prezz minimu taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawk li jużawh l-aħħar għall-mudelli rappreżentattivi tal-prodott, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi fuq aspetti ambjentali oħra. Il-metodu tal-analiżi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja juża rata ta’ skont reali abbażi tad-data mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew u tul ta’ ħajja realistiku għall-prodott; huwa bbażat fuq is-somma tal-varjazzjonijiet fil-prezz tax-xiri (li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-ispejjeż industrijali) u fl-ispejjeż tal-operat, li jirriżultaw mil-livelli differenti ta’ possibbiltajiet ta’ titjib tekniku, imnaqqsa matul it-tul ta’ żmien tal-mudelli rappreżentattivi tal-prodott li qed jiġu kkunsidrati. L-ispejjeż tal-operat ikopru primarjament il-konsum tal-enerġija u spejjeż addizzjonali f’riżorsi oħra, bħall-ilma jew prodotti tal-ħasil.
Għandha ssir analiżi ta’ sensittività li tkopri l-fatturi relevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżors ieħor, il-prezz tal-materja prima jew tal-produzzjoni, rati ta’ skont, u, fejn hu xieraq, spejjeż ambjentali esterni, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jkunu ġew evitati, biex jiġi kkontrollat jekk ikunx hemm tibdil sinifikanti u jekk il-konklużjonijiet totali humiex affidabbli. Ir-rekwiżit jiġi adattat skont kif meħtieġ.
Tista’ tiġi applikata metodoloġija simili għal riżorsi oħra bħall-ilma.
2.
Għall-iżvilupp ta’ analiżi teknika, ambjentali u ekonomika, tista’ tintuża informazzjoni disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħra tal-Kommunità.
L-istess japplika għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħra tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn tal-prodotti ikkumerċjat mal-imsieħba ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.
3.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit għandha tikkunsidra ċ-ċiklu ta’ disinn mill-ġdid tal-prodott.
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
Il-Marka CE
(imsemmija fl-artikolu 5(2))
Il-marka CE għandha tkun għolja mill-inqas 5 mm. Jekk il-marka CE tkun imċekkna jew imkabbra l-proporzjonijiet li ngħataw fid-disinn iggradat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.
Il-marka CE għandha titwaħħal mal-prodott. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jkunu miegħu.
|
|
ANNESS IV
|
ANNESS IV
Kontroll intern tad-disinn
(imsemmi fl-artikolu 8(2))
1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jwettaq l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.
2. Il-fabbrikant għandu jagħmel fajl ta’ dokumentazzjoni teknika li jagħmel possibli stima ta’ konformità tal-prodott bir-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli.
Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:
(a)
id-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;
(b)
ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;
(c)
il-profil ekoloġiku, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva;
(d)
elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandhom x’jaqsmu mal-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott;
(e)
lista ta’ standards adattati msemmija fl-Artikolu 10, li jkunu ġew applikati kollha jew parzjalment, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 ma kienux applikati jew fejn dawk l-istandards ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;
(f)
kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fil- Parti 2 tal-Anness I; u
(g)
ir-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli.
3. Il-fabbrikant għandu jieħu l-qisien kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodott ikun manifatturat konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn imsemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-miżura li japplikaw għalih.
|
|
ANNESS V
|
ANNESS V
Sistema ta’ ġestjoni tal-istima ta’ konformità
(imsemmi fl-artikolu 8(2))
|
1.
|
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi tal-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.
|
|
2.
|
Sistema ta’ ġestjoni tista’ tintuża għall-istima ta’ konformità ta’ prodott bil-kondizzjoni li l-fabbrikant jimplimenta l-elementi ambjentali speċifikati fil-punt 3.
|
|
3.
|
Elementi ambjentali tas-sistema ta’ ġestjoni Dan il-punt jispeċifika l-elementi u l-proċeduri li bihom il-fabbrikant ikun jista’ juri li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli.
3.1. Il-Politika tal-Prestazzjoni Ambjentali tal-Prodott
Il-fabbrikant għandu jkun jista’ juri l-konformità mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Għandu wkoll ikun jista’ jipprovdi qafas biex ikunu jistgħu jsiru jew jiġu riveduti oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott sabiex il-prestazzjoni ambjentali totali tal-prodott tkun tista’ titjieb.
Il-miżuri kollha li jkunu adottati mill-fabbrikant biex itejbu l-wirja ambjentali ġenerali u jwaqqfu profil ekoloġiku ta’ prodott, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva, mid-disinn u l-manifattura, iridu jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub.
Dawn il-proċeduri u struzzjonijiet jrid ikollhom, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:
(a)
il-lista tad-dokumenti li għandha tkun ippreparata biex turi l-konformità tal-prodott, u jekk ikun relevanti, li għandhom ikunu disponibbli;
(b)
l-oġġettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott u l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet, is-setgħat tal-amministraturi u l-allokazzjoni tar-riżorsi f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom;
(c)
il-kontrolli u t-testijiet li għandhom isiru wara l-manifattura biex jivverifikaw il-prestazzjoni tal-prodott kontra l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali;
(d)
proċeduri biex jikkontrollaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u biex jiżguraw li din tinżamm aġġornata; u
(e)
il-metodu biex jivverifika l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tal-elementi ambjentali tas-sistema ta’ ġestjoni.
3.2. Ippjanar
Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jżomm:
(a)
il-proċeduri għall-istabbiliment tal-profil ekoloġiku tal-prodott;
(b)
oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, li jikkunsidraw il-possibiltajiet teknoloġiċi u jqisu r-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi;
(c)
programm biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
3.3. Implimentazzjoni u Dokumentazzjoni
3.3.1. Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ ġestjoni għandha, b’mod partikolari, tikkonforma ma’ dawn li ġejjin:
(a)
ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti u dokumentati sabiex jiżguraw prestazzjoni ambjentali tal-prodott effettiva u jsir rapport dwar l-operat tiegħu għall-analiżi u t-titjib;
(b)
id-dokumenti għandhom ikunu stabbiliti u jindikaw il-kontroll tad-disinn u l-mezzi tekniċi għall-verifika implimentati u l-proċessi u l-miżuri sistematiċi li ġew użati meta l-prodott kien qed jiġi ddisinjat; u
(c)
il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata informazzjoni li tiddeskrivi l-elementi ambjentali ċentrali tas-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri għall-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa.
3.3.2. Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna l-prodott għandha tinkludi, b’mod partikolari:
(a)
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;
(b)
ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;
(c)
il-profil ekoloġiku, jekk hu meħtieġ mill-miżura implimentattiva;
(d)
dokumenti li jiddeskrivu r-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli;
(e)
il-fabbrikant għandhu jistabbilixxi speċifikazzjonijiet li jindikaw, b’mod partikolari, liema standards ikunu ġew applikati; fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 mhumiex applikati jew fejn ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva relevanti, il-metodi li ġew użati biex il-konformità tkun żgurata; u
(f)
kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tal-prodott li hija provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness I, Parti 2.
3.4. Kontrolli u azzjoni korrettiva
3.4.1. Il-fabbrikant għandu:
(a)
jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura li l- prodott jkun manifatturat b’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva li japplikaw għalih;
(b)
jistabbilixxi u jżomm aġġornati l-proċeduri biex in-nuqqas ta’ konformità tkun investigata u tingħata risposta, u jimplimenta tibdil fil-proċeduri dokumentati li jirriżultaw minn azzjoni korrettiva; u
(c)
iwettaq, mill-inqas kull tliet snin, verifika interna sħiħa tas-sistema ta’ ġestjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi ambjentali tagħha.
|
|
|
ANNESS VI
|
ANNESS VI
Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-KE
(Imsemmija fl-artikolu 5(3))
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:
1.
L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
2.
Deskrizzjoni tal-mudell biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa;
3.
Fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;
4.
Fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra użati,
5.
Fejn ikun xieraq, referenza għal-leġiżlazzjoni oħra tal-Kommunità li tipprovdi għat-twaħħil tal-marka CE applikata; u
6.
Identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
|
|
ANNESS VII
|
ANNESS VII
Kontenut tal-miżuri implimentattivi
(imsemmija fl-artikolu 15(8))
Il-miżura implimentattiva għandha tispeċifika, b’mod partikolari:
1.
It-tifsira eżatta tat-tip(i) ta’ prodott(i) kopert(i);
2.
Ir-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodott(i) kopert(i), id-data/i ta’ implimentazzjoni u l-miżuri jew perjodi tranżitorji jew proviżorji;
(a)
fil-każ ta’ rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn, il-fażijiet u l-aspetti relevanti magħżula fost dawk imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I, akkompanjati minn eżempji ta’ parametri magħżula minn dawk imsemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, bħala gwida waqt il-valutazzjoni tat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspetti ambjentali identifikati;
(b)
fil-każ ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn, il-livell(i) tiegħu (tagħhom);
3.
Il-parametri għall-ekodisinn msemmija fil-Parti 1 tal-Anness I li fir-rigward tagħhom ebda rekwiżit għall-ekodisinn ma hu meħtieġa;
4.
Ir-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni tal-prodott fejn għandu relevanza diretta mal-prestazzjoni ambjentali kkunsidrata tal-prodott;
5.
L-istandards ta’ kejl u/jew metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw; meta jkunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6.
Id-dettalji tal-istima ta’ konformità skont id-Deċiżjoni 93/465/KEE
(a)
fejn il-modulu(i) li għandu (għandhom) jiġu applikati huwa (huma) differenti mill-Modulu A; il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ dik il-proċedura speċifika;
(b)
fejn hu relevanti l-kriterji għall-approvazzjoni u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi;
fejn moduli differenti jkunu stabbiliti f’rekwiżiti oħra CE għall-istess prodott, il-modulu definit fil-miżura implimentattiva għandhom jipprevalixxu fuq ir-rekwiżit in kwistjoni;
7.
Rekwiżiti dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikanti l-iżjed dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-miżura implimentattiva;
8.
It-tul tal-perjodu transitorju li matulu l-Istati Membri għandhom iħallu li jitqiegħdu fis-suq u/jew li jitħaddmu l- prodotti li jikkonformaw mar-regolamenti fis-seħħ fit-teritorju tagħhom fid-data tal-adozzjoni tal-miżura implimentattiva;
9.
Id-data għall-valutazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-miżura implimentattiva, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku.
|
|
ANNESS VIII
|
ANNESS VIII
Awto-regolament
(imsemmija fl-artikolu 17)
Flimkien mar-rekwiżit legali bażiku li inizjattivi awto-regolatorji għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat (b’mod partikolari s-suq intern u r-regoli ta’ kompetizzjoni), kif ukoll ma’ impenji internazzjonali tal-Komunità, inklużi regoli multilaterali ta’ kummerċ, il-lista li ġejja li mhix eżawrenti ta’ kriterji indikattivi tista’ tintuża biex tiġi valutata l-ammissibbiltà ta’ inizjattivi awto-regolatorji bħala alternattiva għall-miżura implimentattiva fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.
1.
Il-grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni
Għandom jkunu miftuħin inizjattivi awto-regolatorji għall-parteċipazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi, kemm fil-fażi preparatorja kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni.
2.
Valur miżjud
L-inizjattivi awto-regolatorji għandom jagħtu valur miżjud (iżjed minn “negozju tas-soltu”) fis-sens tal-prestazzjoni ambjentali totali mtejba tal-prodott kopert.
3.
Rappreżentattività
L-industrija u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkunu qed jieħdu sehem f’azzjoni awto-regolatorja għandom jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tas-settur ekonomiku relevanti, bl-inqas eċċezzjonijiet possibbli. Għanda tingħata attenzjoni sabiex tkun żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni.
4.
Għanijiet kwantifikati u mqassma fi stadji
L-għanijiet definiti mill-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti b’termini ċari u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk l-inizjattiva awto-regolatorja tkopri firxa twila ta’ żmien, għandhom jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-għanijiet u mal-miri (temporanji) b’mod li jkun jiflaħ l-ispiża u kredibbli bl-użu ta’ indikaturi ċari u ta’ min joqgħod fuqhom. Informazzjoni ta’ riċerka u dejta xjentifika u teknoloġika għandhom iħaffu l-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi.
5.
Involviment tas-soċjetà ċivili
Bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, inizjattivi awto-regolatorji għandhom jiġu ppubblikati, anke bl-użu tal-Internet u mezzi elettroniċi oħra sabiex tinxtered l-informazzjoni.
L-istess għandu japplika għar-rapporti temporanji u finali ta’ monitoraġġ. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-industrija, l-għaqdiet ambjentali mhux governattivi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar inizjattivi awto-regolatorji.
6.
Monitoraġġ u rapportar
Inizjattivi awto-regolatorji għandu jkollhom sistema tajba ta’ monitoraġġ b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni, fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati fl-inizjattiva awto-regolatorja, għandhom jiġu mistiedna biex jimmonitorjaw is-suċċess tal-objettivi.
Il-pjan ta’ monitoraġġ u r-rappurtar għandu jkun dettaljat, trasparenti u oġġettiv. Għandu jibqa’ f’id is-servizzi tal-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1), li għandhom iqisu jekk intlaħqux l-objettivi tal-ftehim volontarju jew ta’ miżuri awto-regolatorji oħra.
7.
Effettività tan-nefqa fl-amministrazzjoni ta’ inizjattiva awto-regolatorja
L-ispiża li tamministra inizjattiva awto-regolatorja, b’mod partikolari rigward il-monitoraġġ, ma għandhiex twassal għal piż amministrattiv disproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħhom u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn.
8.
Sostenibbiltà
Inizjattivi awto-regolatorji għandhom iwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ din id-Direttiva, inkluż l-approċċ integrat u għandhom ikunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (jiġifieri saħħa, kwalità tal-ħajja u interessi ekonomiċi) għandha tiġi integrata.
9.
Kompatibbiltà tal-inċentivi
Inizjattivi awto-regolatorji x’aktarx ma jagħtux ir-riżultati mistennija jekk fatturi u inċentivi oħra - pressjoni tas-suq, taxxi u leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali - jibagħtu sinjali kontradittorji lill-parteċipanti fl-inizjattiva awto-regolatorja. Il-konsistenza fil-politika hija essenzjali f’dan ir-rigward u għandha titqies fl-istima tal-effikaċja tal-inizjattiva.
|
|
ANNESS IX
|
ANNESS IX
PARTI A
Id-Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 24)
|
Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29).
|
|
|
Id-Direttiva 2008/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48).
|
L-Artikolu 1 biss
|
PARTI B
Lista ta’ limiti tal-ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 24)
|
Id-Direttiva
|
L-iskadenza għat-traspożizzjoni
|
|
2005/32/KE
|
fil-11 ta’ Awwissu 2007.
|
|
2008/28/KE
|
—
|
|
|
ANNESS X
|
ANNESS X
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2005/32/KE
|
Din id-Direttiva
|
|
L-Artikoli 1 sa 20
|
L-Artikoli 1 sa 20
|
|
Artikolu 21
|
—
|
|
Artikolu 22
|
—
|
|
Artikolu 23
|
Artikolu 21
|
|
Artikolu 24
|
Artikolu 22
|
|
Artikolu 25
|
—
|
|
—
|
Artikolu 23
|
|
—
|
Artikolu 24
|
|
Artikolu 26
|
Artikolu 25
|
|
Artikolu 27
|
Artikolu 26
|
|
L-Annessi I sa VIII
|
L-Annessi I sa VIII
|
|
—
|
L-Anness IX
|
|
—
|
L-Anness X
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|