+IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/101 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 3 Objettivi tal-Programm
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 4 Baġit tal-Programm
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 5 Disseminazzjoni tal-għarfien
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 6 Metodi ta’ implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---+KAPITOLU II ELIĠIBBILTÀ
------+Artikolu 7 Attivitajiet eliġibbli
------+Artikolu 8 Rati ta’ kofinanzjament
---+KAPITOLU III PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
------+Artikolu 9 Programm ta’ ħidma
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
------+Artikolu 10 Rappurtar u monitoraġġ
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
------+Artikolu 11 Evalwazzjoni
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---------+Artikolu 11 3
---------+Artikolu 11 4
------+Artikolu 12 Awditi
------+Artikolu 13 Kumitat
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---+KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
------+Artikolu 14 Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
------+Artikolu 15 Tħassir
------+Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
------+Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
------+1. L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni …
------+2. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi …
------+3. Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa …
------+4. L-isfidi ta’ sikurezza ewlenin għall-perijodu ta’ finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ …
------+5. Għaldaqstant, meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma pluriennali, il-Kummissjoni …
------+6. L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet li ttieħdu fir-rigward tal-proċess ta’ …
------+7. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …
---+ANNESS II
|
English -
European Union -
Energy -
Environment -
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/101 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/101
tal-25 ta’ Jannar 2021
li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu u tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 mehmuż miegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1)
|
Skont il-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (1) (“il-Protokoll Nru 4”) mehmuż mal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea (2) (“l-Att tal-Adeżjoni”), il-Litwanja ħadet l-impenn li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2009 rispettivament, u li wara tiddekommissjona dawn l-unitajiet.
|
|
(2)
|
B’konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Hija neċessarja ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta’ periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli, jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali għal dan l-għan wara l-2020.
|
|
(3)
|
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Id-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jenħtieġ li jsir b’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (3), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (4). Skont l-Artikoli 4 (1) u 7 (1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom, ir-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv iġġenerat għadha f’idejn l-Istati Membri.
|
|
(4)
|
L-għeluq prematur u d-dekummissjonar sussegwenti tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina, b’żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta’ 1 500 MW, li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta’ natura mingħajr preċedent u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż. Il-Protokoll Nru 4 jiddikjara li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni b’appoġġ tal-isforzi tal-Litwanja biex tiddekkommissjona u tindirizza l-konsegwenzi tal-għeluq u tad-dekommissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina għandha titkompla bla xkiel u tiġi estiża lil hinn mill-2006 għall-perijodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss.
|
|
(5)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-“Programm”), li ser jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5) għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
|
|
(6)
|
Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal perijodu ta’ seba’ snin biex id-durata tiegħu tiġi allinjata ma’ dik tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (6).
|
|
(7)
|
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Programm. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.
|
|
(8)
|
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (9), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (10) u (UE) 2017/1939 (11), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett,u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
|
|
(9)
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
|
|
(10)
|
Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li jimplimentaw l-għanijiet ta’ sikurezza tad-dekummissjonar.
|
|
(11)
|
Il-Programm jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-ħolqien tal-għarfien u l-qsim tal-esperjenza. L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet mittieħda taħt il-Programm fir-rigward tal-proċess ta’ dekummissjonar nukleari jenħtieġ li jinxterdu fl-Unjoni, b’koordinazzjoni u sinerġija mal-programmi rilevanti l-oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fl-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), peress li tali miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-UE u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-kamp ta’ applikazzjoni, il-proċedura u l-aspetti ekonomiċi tal-kooperazzjoni jenħtieġ li jkunu ddettaljati fil-programm ta’ ħidma pluriennali u jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal ftehimiet reċiproċi bejn l-Istati Membri u/jew mal-Kummissjoni.
|
|
(12)
|
Jenħtieġ li l-JRC jiffaċilita d-disseminazzjoni tal-għarfien fost il-partijiet ikkonċernati differenti tal-Unjoni b’mod koordinat (pereżempju billi jwettaq analiżi tas-suq, rieżamijiet u valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tal-għarfien fl-Unjoni, jidentifika direzzjonijiet potenzjali għall-kooperazzjoni, partijiet ikkonċernati interessati u sferi li fihom l-għarfien maħluq fl-implimentazzjoni tal-Programm iġib l-akbar valur miżjud, u jiżviluppa formati għall-qsim tal-għarfien. Id-disseminazzjoni tal-għarfien maħluq jenħtieġ li jiġi ffinanzjat mill-JRC. Kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jibda l-iżvilupp ta’ rabtiet u skambji għad-disseminazzjoni tal-għarfien.
|
|
(13)
|
Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, u b’hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali.
|
|
(14)
|
Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta’ dekummissjonar mil-Litwanja u mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-UE tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija tal-Litwanja. Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni, kif ukoll il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi, meta jkunu meħtieġa. Għal dan il-għan, kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u informazzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit u kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u tal-Litwanja.
|
|
(15)
|
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13), jenħtieġ li l-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.
|
|
(16)
|
Jenħtieġ li jkun possibbli ssir reviżjoni tal-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Programm, kif ukoll tal-perijodu ta’ programmazzjoni abbażi tar-riżultati tar-rapport tal-evalwazzjoni interim.
|
|
(17)
|
L-attivitajiet kofinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu identifikati fi ħdan il-konfini definiti mill-pjan ta’ dekummissjonar ippreżentat mil-Litwanja skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 (14). Dak il-pjan jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm, kif ukoll l-istat aħħari tad-dekummissjonar u d-data tal-għeluq. Ikopri wkoll l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata magħhom, il-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-Litwanja tissottometti l-verżjonijiet aġġornati tal-pjan ta’ dekummissjonar lill-Kummissjoni biex din tqishom waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li l-attivitajiet taħt il-Programm jitwettqu bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta’ kofinanzjament tal-Unjoni b’konformità mal-prattika ta’ kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu l-prattika ta’ programmi kumparabbli tal-Unjoni u l-ekonomija msaħħa tal-Litwanja, mill-bidu tal-Programm sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni tkun 86 % tal-kostijiet eliġibbli. Il-finanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni, bħal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.
|
|
(19)
|
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1369/2013 jitħassar.
|
|
(20)
|
Tqies kif xieraq ir-rapport Speċjali Nru 22/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Programmi ta’ għajnuna tal-UE għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Litwanja, fil-Bulgarija u s-Slovakkja: seħħ xi progress mill-2011 ’il hawn, iżda sfidi kruċjali huma mistennija fil-ġejjieni”, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u t-tweġiba mill-Kummissjoni.
|
|
(21)
|
Ittieħdet nota tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2019 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013.
|
|
(22)
|
Il-Programm jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm nazzjonali Litwan għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv stabbilita skont id-Direttiva 2011/70/Euratom.
|
|
(23)
|
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).
|
|
(24)
|
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE ser japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll ir-reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
|
|
(25)
|
Il-metodi ta’ implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-attivitajiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari, tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
|
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II ELIĠIBBILTÀ
|
KAPITOLU II ELIĠIBBILTÀ
|
|
KAPITOLU III PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
|
KAPITOLU III PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
|
|
KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
|
KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
Indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
|
(1)
|
Ġestjoni tal-iskart radjuattiv:
|
—
|
il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur b’objettivi annwali skont it-tip, li jissodisfaw l-istadji importanti tal-Programm;
|
|
|
(2)
|
Żarmar u dekontaminazzjoni:
|
—
|
il-kwantità ta’ materjali mneħħija b’objettivi annwali skont it-tip, li jissodisfaw l-istadji importanti tal-Programm.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|