+ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (87/372/KEE)
---+Artikolu 1
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
---+Artikolu 5
English - European Union - ICT -

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (87/372/KEE)

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ġunju 1987

dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

(87/372/KEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1

Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-firxiet tal-frekwenzi 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-firxa tad-900 MHz) disponibbli għas-sistemi tal-GSM u tal-UMTS, kif ukoll għal sistemi oħra terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM, skont l-implimentazzjoni teknika tal-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) ( 6 ).

2.  L-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva, jeżaminaw jekk l-assenjazzjoni tal-ispettru tal-firxa tad-900 MHz lill-operaturi tat-telefonija mobbli li jikkompetu fit-territorju tagħhom għandhiex it-tendenza li xxekkel il-kompetizzjoni fis-swieq konċernati tat-telefonija mobbli u fejn ikun ġustifikat u proporzjonat, għandhom jindirizzaw dan ix-xkiel skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) ( 7 ).

Artikolu 2

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “sistema GSM” tfisser network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma konformi, mal-istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 502 u l-EN 301 511;

(b) “sistema UMTS” tfisser network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma konformi, mal-istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u l-EN 301 908-11.

Artikolu 3

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sad-9 ta’ Mejju 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 5

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.


( 1 ) ĠU C 69, tas-17.3.1987, p. 9.

( 2 ) ĠU C 125, tal-11.5.1987, p. 159.

( 3 ) ĠU L 298, tas-16.11.1984, p. 49.

( 4 ) Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 5 ) ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 21.

( 6 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol 29, p. 317).

( 7 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol 29, p. 337).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit