ID-DIRETTIVA 2000/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)
ID-DIRETTIVA 2000/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2000
dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)
Bħal ma hemm disposizzjoni fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 3(1) u (2) mhuwiex applikabbli għal:
—
dritt ta’ l-awtur, drittijiet assoċjati, drittijiet li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 87/54/KEE (5) u d-Direttiva 96/9/KE (6) kif ukoll drittijiet ta’ proprjetà industrijali,
—
il-ħruġ ta’ flus elettroniċi minn istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom Stati Membri jkunu applikaw waħda mid-derogi li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/46/KE (7),
l-Artikolu 30 u t-Titolu IV tad-Direttiva 92/49/KEE (9), it-Titolu IV tad-Direttiva 92/96/KEE (10), l-Artikoli 7 u 8 tad- Direttiva 88/357/KEE (11) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/619/KEE (12),
—
il-libertà tal-partijiet li jagħżlu l-liġi applikabbli għall-kuntratt tagħhom,
—
obbligazzjonijiet kontrattwali li jikkonċernaw kuntratti tal-konsumatur,
—
il-validità formali ta’ kuntratti li joħolqu u jittrasferixxu d-drittijiet fi proprjetà immobbli meta kuntratti bħal dawk ikunu soġġetti għal ħtiġijiet formali mandatorji tal-liġi tal-Istat Membru fejn il-proprjetà immobbli tkun tinstab,
—
il-permissibilità ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitluba bil-posta elettronika.