+REGOLAMENT (UE) Nru 1227/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett, ambitu u relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 1 4.
------+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Il-projbizzjoni tan-negozju permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 4 L-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni privileġġata
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 4a.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 5 Projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq
---+Artikolu 5a In-negozjar algoritmiku
------+Artikolu 5a 1.
------+Artikolu 5a 2.
------+Artikolu 5a 3.
------+Artikolu 5a 4.
---+Artikolu 6 Aġġornar tekniku tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Il-monitoraġġ tas-swieq
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7a Il-kompiti u s-setgħat tal-Aġenzija fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-prezzijiet tal-LNGu l-parametri referenzjarji tal-LNG
------+Artikolu 7a 1.
------+Artikolu 7a 2.
---+Artikolu 7b Pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-prezz u tal-parametri referenzjarji tal-LNG
------+Artikolu 7b 1.
------+Artikolu 7b 2.
---+Artikolu 7c Forniment ta’datatas-suq tal-LNG lill-Aġenzija
------+Artikolu 7c 1.
------+Artikolu 7c 2.
------+Artikolu 7c 3.
---+Artikolu 7d Kwalità tad-datatas-suq tal-LNG
------+Artikolu 7d 1.
------+Artikolu 7d 2.
------+Artikolu 7d 3.
---+Artikolu 7e Kontinwità tal-operat
---+Artikolu 8 Ġbir tad-dejta
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 1a.
------+Artikolu 8 1b.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 9 Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ mekkaniżmi tar-rappurtar reġistrati
---+Artikolu 10 Kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u awtoritajiet oħrajn
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 11 Protezzjoni tad-dejta
---+Artikolu 12 Affidabbiltà operattiva
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 13 Implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
------+Artikolu 13 5.
------+Artikolu 13 6.
------+Artikolu 13 7.
------+Artikolu 13 8.
------+Artikolu 13 9.
------+Artikolu 13 10.
------+Artikolu 13 11.
------+Artikolu 13 12.
---+Artikolu 13a Spezzjonijiet fuq il-post mill-Aġenzija
------+Artikolu 13a 1.
------+Artikolu 13a 2.
------+Artikolu 13a 3.
------+Artikolu 13a 4.
------+Artikolu 13a 5.
------+Artikolu 13a 6.
------+Artikolu 13a 7.
------+Artikolu 13a 8.
------+Artikolu 13a 9.
------+Artikolu 13a 10.
---+Artikolu 13b Talba għal informazzjoni
------+Artikolu 13b 1.
------+Artikolu 13b 2.
------+Artikolu 13b 3.
------+Artikolu 13b 4.
------+Artikolu 13b 5.
------+Artikolu 13b 6.
---+Artikolu 13c Setgħa li tieħu dikjarazzjonijiet
------+Artikolu 13c 1.
------+Artikolu 13c 2.
---+Artikolu 13d Salvagwardji proċedurali
------+Artikolu 13d 1.
------+Artikolu 13d 2.
------+Artikolu 13d 3.
------+Artikolu 13d 4.
---+Artikolu 13e Assistenza reċiproka
---+Artikolu 13f Uffiċjal tal-investigazzjoni
------+Artikolu 13f 1.
------+Artikolu 13f 2.
---+Artikolu 13g Pagamenti perjodiċi ta’ penali
------+Artikolu 13g 1.
------+Artikolu 13g 2.
------+Artikolu 13g 3.
------+Artikolu 13g 4.
------+Artikolu 13g 5.
---+Artikolu 13h Salvagwardji proċedurali rigward id-deċiżjonijiet dwar il-pagament perjodiku ta’ penali
------+Artikolu 13h 1.
------+Artikolu 13h 2.
---+Artikolu 13i In-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali
------+Artikolu 13i 1.
------+Artikolu 13i 2.
------+Artikolu 13i 3.
---+Artikolu 13j Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
---+Artikolu 14 Dritt ta’ appell
---+Artikolu 15 Obbligi tal-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
------+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 16 Il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
------+Artikolu 16 4.
------+Artikolu 16 5.
------+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16a Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
------+Artikolu 16a 1.
------+Artikolu 16a 2.
------+Artikolu 16a 3.
------+Artikolu 16a 4.
------+Artikolu 16a 5.
---+Artikolu 16b Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
------+Artikolu 16b 1.
------+Artikolu 16b 2.
------+Artikolu 16b 3.
------+Artikolu 16b 4.
------+Artikolu 16b 5.
------+Artikolu 16b 6.
------+Artikolu 16b 7.
---+Artikolu 17 Is-segretezza professjonali
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
------+Artikolu 17 4.
------+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 18 Penali
------+Artikolu 18 1.
------+Artikolu 18 2.
------+Artikolu 18 3.
------+Artikolu 18 4.
------+Artikolu 18 5.
------+Artikolu 18 6.
------+Artikolu 18 7.
------+Artikolu 18 8.
------+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 19 Relazzjonijiet internazzjonali
---+Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
------+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21a Rapport u rieżami
------+Artikolu 21a 1.
------+Artikolu 21a 2.
---+Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
---+DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
---+DIKJARAZZJONI MILL-KUNSILL
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT (UE) Nru 1227/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) Nru 1227/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett, ambitu u relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“informazzjoni privileġġata” tfisser informazzjoni ta’ natura preċiża li ma saritx pubblika, li tirrelata, direttament jew indirettament, ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew iktar u, li kieku ssir pubblika, x'aktarx li taffettwa b'mod sinifikanti dawk il-prezzijiet ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

Għall-finijietdin id-definizzjoni, “informazzjoni” tfisser:

(a) 

informazzjoni li għandha ssir pubblika skont ir- ►M1  Regolament (UE) 2019/943 ◄ u (KE) Nru 715/2009, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk ir-Regolamenti;

(b) 

informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni ►M2  tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ jew relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċiliatjiet LNG, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat jew mhux ippjanat ta’ dawn il-faċilitajiet;

▼M1

(c) 

informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, ir-regoli tas-suq, u l-kuntratti jew l-użanzi fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa rilevanti; sakemm din l-informazzjoni x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;

▼M1

(ca) 

informazzjoni li hija mogħtija minn parteċipant fis-suq, jew minn persuni oħra li jaġixxu f’isem il-parteċipant fis-suq, lil provdituri ta’ servizzi li jinnegozja f’isem il-parteċipant fis-suq u li tirrelata mal-ordnijiet pendenti tal-parteċipant fis-suq ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, li jkollha natura preċiża, u tirrelata direttament jew indirettament ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar; u

▼B

(d) 

informazzjoni oħra li parteċipant raġonevoli fis-suq x'aktarx juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjoni tiegħu li jidħol fi tranżizzjoni relatata ma', jew li joħroġ ordni biex jinnegozja fi, prodott tal-enerġija bl-ingrossa.

▼M1

L-informazzjoni għandha titqies li għandha natura preċiża jekk turi sett ta’ ċirkostanzi li jeżisti jew li b’mod raġonevoli jista’ jkun mistenni li jibda jeżisti, jew avveniment li jkun sar jew li b’mod raġonevoli jista’ jkun mistenni li jiġri, u jekk tkun speċifika biżżejjed biex wieħed ikun jista’ jasal għal konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew ta’ dak l-avveniment fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. L-informazzjoni tista’ titqies li għandha natura preċiża jekk tkun relatata ma’ proċess fit-tul li jkun maħsub biex iwassal, jew li jirriżulta f’ċirkostanzi partikolari jew f’avveniment partikolari, inkluż ċirkostanzi futuri jew avvenimenti futuri, u wkoll jekk dan ikun relatat mal-passi intermedji ta’ dak il-proċess li huma konnessi mal-ħolqien jew li jirriżultaw fil-ħolqien ta’ dawk iċ-ċirkostanzi futuri jew ta’ dak l-avveniment futur.

Pass intermedju fi proċess fit-tul għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, fih innifsu, ikun jissodisfa l-kriterji tal-informazzjoni privileġġata kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala relatata direttament jew indirettament mal-prodott tal-enerġija bl-ingrossa jekk ikollha effett possibbli fuq id-domanda, il-provvista jew il-prezzijiet ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa, jew fuq l-aspettattivi tad-domanda, tal-provvista jew tal-prezzijiet ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, l-informazzjoni li, jekk issir pubblika, x’aktarx taffettwa b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa tfisser informazzjoni li parteċipant fis-suq raġonevoli x’aktarx juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjoni tiegħu dwar negozjar bi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;

(2) 

“manipulazzjoni tas-suq” tfisser:

(a) 

il-parteċipazzjoni fi tranżazzjoni jew il-ħruġ, il-modifika jew l-irtirar ta’ kwalunkwe ordni għan-negozjar jew l-involviment fi mġiba oħra relatata ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li:

(i) 

tagħti, jew li aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa b’rabta mal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, mad-domanda għalihom, jew mal-prezz tagħhom;

(ii) 

tiżgura, jew li aktarx tiżgura, minn persuna/i li jaġixxu b’kollaborazzjoni, il-prezz ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar f’livell artifiċjali, sakemm il-persuna li tkun daħlet fit-tranżazzjoni jew li tkun ħarġet l-ordni għan-negozjar ma tistabbilixxix li r-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan huma leġittimi u li tali tranżazzjoni jew ordni għan-negozjar huma konformi mal-prattiċi aċċettati tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa kkonċernat; jew

(iii) 

tħaddem apparat fittizju jew xi forma oħra ta’ qerq jew ta’ strataġemma li jagħtu, jew li aktarx jagħtu, sinjali foloz jew qarrieqa b’rabta mal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, mad-domanda għalihom, jew mal-prezz tagħhom;

(b) 

tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż l-internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li jagħti jew huwa probabbli li jagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta’, id-domanda għal jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, inkluż it-tixrid ta’ għajdut u ta’ aħbarijiet foloz jew qarrieqa, fejn il-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew missha kienet taf, li din kienet falza jew qarrieqa.

Meta informazzjoni tinxtered għall-iskopijiet tal-ġurnaliżmu jew l-espressjoni artistika, tixrid ta’ informazzjoni ta’ din ix-xorta għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’midja oħra, sakemm;

(i) 

dawk il-persuni jieħdu, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni in kwistjoni; jew

(ii) 

l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li s-suq jiġi mqarraq dwar il-provvista, id-domanda jew il-prezz tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

jew

(c) 

it-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew l-għoti ta’ kontribut falz jew qarrieq rigward parametru referenzjarju, meta l-persuna li għamlet it-trażmissjoni jew li tat il-kontribut kienet taf jew messha kienet taf li kien falz jew qarrieq, jew involviet ruħha fi mġiba oħra li tikkaġuna l-manipulazzjoni tal-kalkolu ta’ parametru referenzjarju.

Il-manipulazzjoni tas-suq tista’ tindika l-imġiba ta’ persuna ġuridika, jew, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, ta’ persuna fiżika li tipparteċipa fid-deċiżjoni li jitwettqu attivitajiet akkont tal-persuna ġuridika kkonċernata;

▼B

(3) 

“tentattiv sabiex ikun immanipulat is-suq” tfisser:

(a) 

il-parteċipazzjoni fi kwalunkwe tranżazzjoni, il-ħruġ ta’ kwalunkwe ordni sabiex isir negozju jew it-teħid ta’ kwalunkwe azzjoni oħra relatata ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa bil-ħsieb li:

(i) 

jingħataw sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta', id-domanda għal jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;

(ii) 

il-prezz ta’ prodott jew diversi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa jkun żgurat f'livell artifiċjali, sakemm il-persuna li tkun ipparteċipat fit-tranżazzjoni jew ħarġet l-ordni sabiex isir in-negozju ma tistabbilixxix li r-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan huma leġittimi u li dikn it-tranżazzjoni jew ordni biex isir negozju hija konformi mal-prattiċi aċċettati tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa konċernat; jew

(iii) 

isir użu minn mezzi fittizji jew minn kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew ta’ strataġemma li tagħti jew li tista' tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;

jew

(b) 

it-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż l-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor bil-ħsieb li jingħataw sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

(4) 

“prodotti tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser il-kuntratti u d-derivati li ġejjin, irrispettivament minn fejn jew kif jiġu nnegozjati:

▼M1

(a) 

kuntratti għall-provvista ►M2  tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ , inkluż l-LNG, fejn it-twassil ikun fl-Unjoni, jew kuntratti għall-provvista tal-elettriku li jistgħu jirriżultaw fi twassil fl-Unjoni bħala riżultat tal-akkoppjament singolu ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata;

(b) 

derivattivi relatati ►M2  mal-elettriku, idroġenu jew gass naturali prodotti ◄ , innegozjati jew mwassla fl-Unjoni, jew derivattivi relatati mal-elettriku, li jistgħu jirriżultaw fi twassil fl-Unjoni, bħala riżultat tal-akkoppjament singolu ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata;

▼B

(c) 

kuntratti relatati mat-trasport ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ fl-Unjoni;

(d) 

derivati relatati mat-trasport ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ fl-Unjoni;

▼M1

(e) 

kuntratti relatati mal-ħżin ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ fl-Unjoni;

(f) 

derivattivi relatati mal-ħżin ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ fl-Unjoni;

▼B

Il-kuntratti għall-provvista u d-distribuzzjoni ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ għall-użu tal-klijenti finali mhumiex prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Madankollu, il-kuntratti għall-provvista u d-distribuzzjoni ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ lill-klijenti finali b'kapaċità ta’ konsum akbar mil-limitu stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt (5) għandhom jitqiesu bħala prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;

(5) 

“kapaċità ta’ konsum” tfisser il-konsum ta’ klijent finali ta’ ►M2  elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ b'użu sħiħ tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dak il-klijent. Hija tinkludi l-konsum kollu minn dak il-klijent bħala entità ekonomika unika, safejn il-konsum isir fi swieq bi prezzijiet bl-ingrossa interkonnessi.

Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, il-konsum f'impjanti individwali, li għandhom kapaċità ta’ konsum ta’ anqas minn 600 GWh u li huma taħt il-kontroll ta’ entità ekonomika unika fis-sena, ma għandux jitqies safejn dawk l-impjanti ma jeżerċitawx influwenza konġunta fuq prezzijiet tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa minħabba li jkunu jinsabu fi swieq ġeografiċi rilevanti differenti;

(6) 

“suq tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser kwalunkwe suq fl-Unjoni fejn jiġu nnegozjati prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;

▼M1

(7) 

“parteċipant fis-suq” tfisser kwalunkwe persuna, inkluż operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, operaturi tas-sistema tal-ħżin u operaturi tas-sistema LNG, li jidħlu fi tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid ta’ ordnijiet għan-negozjar, f’suq tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar;

▼B

(8) 

“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

▼M1

(8a) 

“persuna li professjonalment tagħmel arranġamenti għat-tranżazzjonijiet jew twettaqhom” tfisser persuna li tkun involuta b’mod professjonali fil-wasla u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, jew fit-twettiq tat-tranżazzjonijiet tagħhom;

▼B

(9) 

“awtorità finanzjarja kompetenti” tfisser awtorità kompetenti nnominata skont il-proċedura stipulata fl- ►M1  Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ◄ ;

(10) 

“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ( 6 ) jew skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali ( 7 );

(11) 

“operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni” għandha t-tifsira stabbilita fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE u fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

▼M1

(11a) 

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni tfisser operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2009/73/KE u fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(11b) 

“operatur tas-sistema tal-ħżin” tfisser operatur tas-sistema tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/73/KE jew operatur ta’ “faċilità ta’ ħżin ta’ enerġija” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (60), tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(11c) 

“Operatur tas-sistema LNG” tfisser operatur tas-sistema LNG kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva 2009/73/KE;”

▼B

(12) 

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati ( 8 );

(13) 

“impriża relatata” tfisser jew sussidjarja jew impriża oħra li fiha tinżamm parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma’ impriża oħra b'relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(14) 

“distribuzzjoni tal-gass naturali” għandha t-tifsira stabbilita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(15) 

“distribuzzjoni tal-elettriku” għandha t-tifsira stabbilita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE;

▼M1

(16) 

“mekkaniżmu tar-rappurtar reġistrat” jew “RRM” tfisser persuna ġuridika awtorizzata skont dan ir-Regolament biex tirrappurta jew tipprovdi s-servizz ta’ dettalji tar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet, inkluż ordnijiet għan-negozjar, u data fundamentali lill-Aġenzija f’isimha stess jew f’isem il-parteċipanti fis-suq;

(17) 

“pjattaforma tal-informazzjoni privileġġata” jew “IIP” tfisser persuna awtorizzata skont dan ir-Regolament biex tipprovdi s-servizz ta’ operat ta’ pjattaforma għall-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata u r-rappurtar ta’ informazzjoni privileġġata żvelata lill-Aġenzija f’isem il-parteċipanti fis-suq;

(18) 

“negozjar algoritmiku” tfisser negozjar, inkluż negozjar ta’ frekwenza għolja, ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa meta algoritmu tal-kompjuter jiddetermina awtomatikament parametri individwali ta’ ordnijiet għan-negozjar, bħal jekk tinbediex l-ordni, il-ħin opportun, il-prezz jew il-kwantità tal-ordni jew kif tiġi mmaniġġata l-ordni wara s-sottomissjoni tagħha, b’intervent uman limitat jew bla intervent uman, ħlief is-sistemi li jintużaw biss biex l-ordnijiet jiġu direzzjonati lejn suq organizzat wieħed jew aktar jew għall-ipproċessar ta’ ordnijiet li ma jinvolvu l-ebda determinazzjoni ta’ xi parametru tan-negozjar jew għall-konferma ta’ ordnijiet jew l-ipproċessar ta’ wara n-negozjar ta’ tranżazzjonijiet imwettqa;

(19) 

“aċċess elettroniku dirett” tfisser arranġament biex membru, parteċipant jew klijent ta’ suq organizzat jippermetti lil persuna oħra tuża l-kodiċi tan-negozjar tagħha ħalli l-persuna tkun tista’ tittrażmetti elettronikament ordnijiet għan-negozjar relatati ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa direttament lis-suq organizzat, inkluż arranġamenti li jinvolvu l-użu minn persuna tal-infrastruttura tal-informazzjoni teknoloġika tal-membru, tal-parteċipant jew tal-klijent, jew xi sistema tal-konnessjoni pprovduta mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent, għat-trażmissjoni tal-ordnijiet għan-negozjar (aċċess dirett għas-suq) u arranġamenti biex infrastruttura bħal din ma tintużax minn persuna (aċċess sponsorjat);

(20) 

“suq organizzat” jew “OMP” tfisser skambju tal-enerġija, sensar tal-enerġija, pjattaforma tal-kapaċità tal-enerġija jew kwalunkwe sistema jew faċilità oħra fejn interessi multipli ta’ xiri jew bejgħ ta’ partijiet terzi fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa jinteraġixxu b’mod li jista’ jirriżulta fi tranżazzjoni;

(21) 

“reġistru tal-ordnijiet” tfisser id-dettalji kollha tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa eżegwiti f’OMP, inkluż ordnijiet imqabbla u mhux imqabbla kif ukoll ordnijiet iġġenerati mis-sistema u avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajja;

(22) 

“parametru referenzjarju” tfisser indiċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt 3, tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), li b’referenza għalih jiġi ddeterminat l-ammont pagabbli taħt prodott tal-enerġija bl-ingrossa, jew kuntratt relatat ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa, jew il-valur ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa;

(23) 

“negozjar tal-LNG” tfisser offerti tax-xiri, offerti tal-bejgħ jew tranżazzjonijiet, inkluż iżda mhux limitat għal dawk li jseħħu barra l-borża jew f’OMP, għax-xiri jew il-bejgħ ta’ LNG:

(a) 

li jispeċifikaw it-twassil fl-Unjoni;

(b) 

li jirriżultaw fi twassil fl-Unjoni; jew

(c) 

meta kontroparti minnhom terġa’ taqleb l-LNG f’gass ġo terminal fl-Unjoni;

(24) 

“data tas-suq tal-LNG” tfisser rekords ta’ offerti tax-xiri, offerti tal-bejgħ jew tranżazzjonijiet għan-negozjar tal-LNG b’informazzjoni korrispondenti;

(25) 

“parteċipant fis-suq tal-LNG” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-inkorporazzjoni jew tad-domiċilju ta’ dik il-persuna, li tinvolvi ruħha fin-negozjar tal-LNG;

(26) 

“valutazzjoni tal-prezz tal-LNG” tfisser id-determinazzjoni ta’ prezz ta’ referenza ta’ kuljum għan-negozjar tal-LNG f’konformità ma’ metodoloġija stabbilita mill-Aġenzija;

(27) 

“parametru referenzjarju tal-LNG” tfisser id-determinazzjoni ta’ firxa bejn il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u l-prezz tas-saldu għall-kuntratt ta’ xahar bil-quddiem ta’ TTF Gas Futures stabbilit kuljum minn ICE Endex Markets B.V.

▼B

Artikolu 3 Il-projbizzjoni tan-negozju permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata
Artikolu 4 L-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni privileġġata
Artikolu 4a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata

Artikolu 4a

L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata

8.  

Sat-8 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:

(a) 

il-mezzi li bihom l-IIP għandha tissodisfa l-obbligu li tagħmel pubblika l-informazzjoni privileġġata stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

il-kontenut u kwalunkwe dettal ulterjuri rilevanti tal-informazzjoni privileġġata ppubblikata skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu b’tali mod li tkun tista’ tiġi ppubblikata l-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu;

(c) 

ir-rekwiżiti organizzattivi speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(d) 

id-dettalji dwar il-proċess tal-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ IIP imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(e) 

is-salvagwardji proċedurali msemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu;

(f) 

id-dettalji dwar il-proċess ta’ sostituzzjoni ordnata msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(g) 

l-arranġamenti dettaljati biex il-parteċipanti fis-suq jiġu infurmati b’deċiżjoni li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni ta’ IIP;

Artikolu 5 Projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq

Artikolu 5

Projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq

Kull attività jew tentattiv ta’ attività f'manipulazzjoni tas-suq fir-rigward tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa huma pprojbiti.

Artikolu 5a In-negozjar algoritmiku
Artikolu 6 Aġġornar tekniku tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq
Artikolu 7 Il-monitoraġġ tas-swieq
Artikolu 7a Il-kompiti u s-setgħat tal-Aġenzija fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-prezzijiet tal-LNGu l-parametri referenzjarji tal-LNG
Artikolu 7b Pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-prezz u tal-parametri referenzjarji tal-LNG
Artikolu 7c Forniment ta’datatas-suq tal-LNG lill-Aġenzija
Artikolu 7d Kwalità tad-datatas-suq tal-LNG
Artikolu 7e Kontinwità tal-operat

Artikolu 7e

Kontinwità tal-operat

L-Aġenzija għandha tirrieżamina, taġġorna u tippubblika regolarment il-valutazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza tal-LNG u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tal-LNG tagħha kif ukoll il-metodoloġija użata għar-rappurtar tad-data tas-suq tal-LNG u l-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-prezz tal-LNG u tal-parametri referenzjarji tal-LNG tagħha, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-kontributuri tad-data tas-suq tal-LNG.

Artikolu 8 Ġbir tad-dejta
Artikolu 9 Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq
Artikolu 9a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ mekkaniżmi tar-rappurtar reġistrati

Artikolu 9a

L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ mekkaniżmi tar-rappurtar reġistrati

6.  

Sat-8 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:

(a) 

il-mezzi li bihom RRM għandu jwettaq l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

ir-rekwiżiti organizzattivi speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

id-dettalji dwar il-proċess ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ RRM imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(d) 

is-salvagwardji proċedurali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(e) 

id-dettalji dwar il-proċess ta’ sostituzzjoni ordnata msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(f) 

l-arranġamenti dettaljati biex il-parteċipanti fis-suq jiġu infurmati b’deċiżjoni li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni ta’ RRM.

Artikolu 10 Kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u awtoritajiet oħrajn
Artikolu 11 Protezzjoni tad-dejta

Artikolu 11

Protezzjoni tad-dejta

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward l-ipproċessar tagħhom ta’ dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 12 ) jew għall-obbligi tal-Aġenzija, meta twettaq dmirijietha, relatati mal-ipproċessar tagħha ta’ dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data ( 13 ) fil-qadi ta’ dmirijietha.

Artikolu 12 Affidabbiltà operattiva
Artikolu 13 Implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq
Artikolu 13a Spezzjonijiet fuq il-post mill-Aġenzija
Artikolu 13b Talba għal informazzjoni
Artikolu 13c Setgħa li tieħu dikjarazzjonijiet
Artikolu 13d Salvagwardji proċedurali
Artikolu 13e Assistenza reċiproka

Artikolu 13e

Assistenza reċiproka

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Artikoli 13 sa 13c, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija għandhom jassistu lil xulxin matul investigazzjoni.

Artikolu 13f Uffiċjal tal-investigazzjoni
Artikolu 13g Pagamenti perjodiċi ta’ penali
Artikolu 13h Salvagwardji proċedurali rigward id-deċiżjonijiet dwar il-pagament perjodiku ta’ penali
Artikolu 13i In-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali
Artikolu 13j Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Artikolu 13j

Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti li tirrieżamina d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija li timpona pagamenti perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-pagament perjodiku ta’ penali impost.

Artikolu 14 Dritt ta’ appell

Artikolu 14

Dritt ta’ appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi xierqa fil-livell nazzjonali skont liema parti affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja jkollha dritt ta’ appell lil korp indipendenti mill-partijiet involuti u minn kwalunkwe gvern.

Artikolu 15 Obbligi tal-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet
Artikolu 16 Il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali
Artikolu 16a Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
Artikolu 16b Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
Artikolu 17 Is-segretezza professjonali
Artikolu 18 Penali
Artikolu 19 Relazzjonijiet internazzjonali

Artikolu 19

Relazzjonijiet internazzjonali

Sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stipulati f’dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi b’mod partikolari ma’ dawk li jkollhom impatt fuq is-suq tal-enerġija bl-ingrossa tal-Unjoni biex tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u lanqas ma għandhom iwaqqfu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk l-awtoritajiet superviżorji, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-akkordji jistgħu jikkonċernaw aspetti ta’ interess komuni, bħal metodoloġiji tal-ġbir tad-data, l-analiżi u l-valutazzjoni tad-data jew informazzjoni oħra u oqsma oħra ta’ għarfien espert.

Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 21a Rapport u rieżami
Artikolu 22 Dħul fis-seħħ

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw b'effett mid-data li tiġi sitt xhur wara d-data li fiha l-Kummissjoni tadotta l-atti rilevanti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 6 ta’ dak l-Artikolu.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tqis li l-limiti ta’ rappurtaġġ tat-transazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2)(a) u ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 8(6)(a) ma jistgħux jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni ser tressaq proposta leġislattiva li tistabbilixxi dawn il-limiti.


DIKJARAZZJONI MILL-KUNSILL


DIKJARAZZJONI MILL-KUNSILL

Il-leġislatur tal-UE ta setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 TFUE b’rabta mal-miżuri previsti fl-Artikolu 8. Dak huwa legalment vinkolanti għall-Kummissjoni minkejja d-dikjarazzjoni li għamlet fir-rigward tal-Art. 8(2)(a) u 8(6)(a).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit