+▼M2 REGOLAMENT (UE) 2015/2120 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 ▼B (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Salvagwardja ta’ aċċess għal Internet miftuħ
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 4 Miżuri ta’ trasparenza biex jiġi żgurat aċċess għal Internet miftuħ
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 5 Sorveljanza u infurzar
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5a Tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati
------+Artikolu 5a 1.
------+Artikolu 5a 2.
------+Artikolu 5a 3.
------+Artikolu 5a 4.
------+Artikolu 5a 5.
------+Artikolu 5a 6.
------+Artikolu 5a 7.
------+Artikolu 5a 8.
------+Artikolu 5a 9.
------+Artikolu 5a 10.
------+Artikolu 5a 11.
---+Artikolu 5b
------+Artikolu 5b 1.
------+Artikolu 5b 2.
---+Artikolu 6 Penali
---+Artikolu 7 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 531/2012
---+Artikolu 9 Klawżola ta’ rieżami
---+Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
English - European Union - ICT -

▼M2 REGOLAMENT (UE) 2015/2120 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 ▼B (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

▼M2

REGOLAMENT (UE) 2015/2120 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2015

li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE.

Japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1) 

“fornitur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku” tfisser impriża li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku;

(2) 

“servizz ta’ aċċess għall-Internet” tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi aċċess għall-Internet, u b’hekk konnettività ma’ virtwalment kull punt aħħari tal-Internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk u t-tagħmir terminali użati;

▼M2

(3) 

“komunikazzjonijiet intra-UE regolati” tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġinaw fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u jitterminaw f’kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan ta’ numerazzjoni tat-telefon nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, u li l-ħlas li jintalab ikun ibbażat b’mod intier jew parzjali fuq il-konsum attwali;

(4) 

“servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri” tfisser servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼M3

(5) 

“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(6) 

“komunikazzjonijiet domestiċi” tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni, tal-istess Stat Membru;

(7) 

“komunikazzjonijiet intra-UE” tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

▼B

Artikolu 3 Salvagwardja ta’ aċċess għal Internet miftuħ
Artikolu 4 Miżuri ta’ trasparenza biex jiġi żgurat aċċess għal Internet miftuħ
Artikolu 5 Sorveljanza u infurzar
Artikolu 5a Tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati
Artikolu 5b
Artikolu 6 Penali

Artikolu 6

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri sat-30 ta’ April 2016 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 5a u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli u l-miżuri stabbiliti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5a sal-15 ta’ Mejju 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

▼B

Artikolu 7 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 531/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jitħassru l-punti (i), (l) u (n);

(b) 

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(r) 

“prezz domestiku bl-imnut” ifisser il-ħlas domestiku bl-imnut għal kull unità tal-fornitur tar-roaming applikabbli għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta (li t-tnejn joriġinaw u jaslu fuq netwerks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru), u għad-data kkunsmata minn klijent; fil-każ li ma jkun hemm ebda ħlas domestiku bl-imnut speċifiku għal kull unità, il-prezz domestiku bl-imnut għandu jitqies li huwa l-istess mekkaniżmu ta’ ħlas bħal dak applikat lill-konsumatur għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta (li t-tnejn joriġinaw u jaslu fuq netwerks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru), u għad-data kkunsmata fl-Istat Membru ta’ dak il-klijent;

(s) 

“bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut” ifisser il-forniment ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data fornuti lill-konsumaturi tar-roaming direttament fuq netwerk miżjura minn fornitur alternattiv tar-roaming.”.

(2) 

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.  
L-offerta ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun dettaljata biżżejjed u għandha tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 3, filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati. Dik l-offerta ta’ referenza tista’ tinkludi kundizzjonijiet biex jiġi pprevenut roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming filwaqt li dawn tal-aħħar jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni. Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet fl-offerti ta’ referenza biex jingħata effett lill-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu.”.
(3) 

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) 

it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut”;

(b) 

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jitħassar;

(c) 

il-paragrafi 4 u 5 jitħassru.

(4) 

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) 

it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Implimentazzjoni ta’ bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut”;

(b) 

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Il-fornituri domestiċi għandhom jimplimentaw l-obbligu marbut mal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut previst fl-Artikolu 4 sabiex il-klijenti tar-roaming ikunu jistgħu jużaw servizzi regolati separati ta’ roaming tad-data. Il-fornituri domestiċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess għal faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ marbutin rilevanti għall-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut. L-aċċess għal dawk il-faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ li huma meħtieġa biex jippermettu l-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut, inklużi servizzi ta’ awtentikazzjoni tal-utent, għandu jkun mingħajr ħlas u ma għandu jinvolvi ebda ħlas dirett impost fuq il-klijenti tar-roaming.”;
(c) 

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.  
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u simultanja madwar l-Unjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u wara li tkun ikkonsultat lill-BEREC, tadotta regoli dettaljati dwar soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 6(2).”;
(d) 

fil-paragrafu 3, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.  
Is-soluzzjoni teknika biex jiġi implimentat il-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:”.
(5) 

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 6a

Tneħħija ta’ ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut

B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, sakemm l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat wara l-proposta msemmija fl-Artikolu 19(2) ikun applikabbli f’dik id-data, il-fornituri tar-roaming ma għandhom jimponu ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku fuq il-klijenti tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata bir-roaming regolata li ssir jew tiġi riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS bir-roaming regolat li jintbagħat u għal kwalunkwe servizz regolat ta’ roaming tad-data li jintuża, inklużi messaġġi MMS, u lanqas xi ħlas ġenerali biex it-tagħmir jew servizz terminali jkun jista’ jintuża barra mill-pajjiż, soġġett għall-Artikoli 6b u 6c.

Artikolu 6b

Użu ġust

1.  
Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw skont dan l-Artikolu u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6d “politika ta’ użu ġust” għall-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ipprovduti fil-livell ta’ prezz bl-imnut domestiku applikabbli, sabiex jipprevjenu użu abbużiv jew anomalu ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut mill-klijenti tar-roaming, bħall-użu ta’ dawn is-servizzi minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru għajr dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal skopijiet għajr dawk ta’ vvjaġġar perjodiku.

Kwalunkwe politika ta’ użu ġust għandha tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkunsmaw volumi ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli li huma konsistenti mal-pjanijiet tariffarji rispettivi tagħhom.

2.  
L-Artikolu 6e għandu japplika għal servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut li jaqbżu kwalunkwe limitu taħt kwalunkwe politika ta’ użu ġust.

Artikolu 6c

Is-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut

1.  
F’ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali, bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ ħlasijiet domestiku tiegħu, fejn fornitur tar-roaming ma jkunx jista’ jirkupra l-ispejjeż globali reali u mbassra tiegħu għall-provvista ta’ servizzi ta’ roaming regolati skont l-Artikoli 6a u 6b, mid-dħul globali reali u mbassar mill-provvista ta’ servizzi bħal dawn, dak il-fornitur tar-roaming jista’ japplika għal awtorizzazzjoni biex japplika ħlas supplimentari. Dak il-ħlas supplimentari għandu jiġi applikat biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-ħlasijiet bl-ingrossa massimi applikabbli.
2.  
Fejn fornitur tar-roaming jiddeċiedi li juża l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jissottometti applikazzjoni mingħajr dewmien lill-awtorità regolatorja nazzjonali u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6d. Kull tnax-il xahar wara dan, il-fornitur tar-roaming għandu jaġġorna dik l-informazzjoni u jippreżentaha lill-awtorità regolatorja nazzjonali.
3.  
Malli taslilha applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta jekk il-fornitur tar-roaming ikunx stabbilixxa li ma jistax ikopri l-ispejjeż skont il-paragrafu 1, bil-konsegwenza li s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ ħlasijiet domestiku tagħha jiddgħajjef. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell ta’ ħlasijiet domestiku għandha tissejjes fuq il-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-fornitur tar-roaming, inklużi l-varjazzjonijiet oġġettivi bejn il-fornituri tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat u l-livell ta’ prezzijiet u dħul domestiku. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza l-ħlas supplimentari meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’dan il-paragrafu.
4.  
Fi żmien xahar minn meta tirċievi applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza l-ħlas supplimentari sakemm ma jkunx evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew ma tipprovdix biżżejjed informazzjoni. Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li huwa evidenti li l-applikazzjoni hija bla bażi, jew tqis li ma ngħatatx biżżejjed informazzjoni, għandha tieħu deċiżjoni finali sa perijodu ta’ xahrejn wara, wara li tkun tat lill-fornitur tar-roaming l-opportunità li jinstema’, li tawtorizza, temenda jew tiċħad il-ħlas supplimentari.

Artikolu 6d

Implimentazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut

1.  
Sal-15 ta’ Diċembru 2016, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 6b u 6c, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata minn fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 6(2).
2.  

Fir-rigward tal-Artikolu 6b, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

(a) 

l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u l-konsum fl-Istati Membri;

(b) 

il-livell ta’ konverġenza tal-livelli tal-prezzijiet domestiċi madwar l-Unjoni;

(c) 

it-tendenzi tal-ivvjaġġar fl-Unjoni;

(d) 

kwalunkwe riskji ċari ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u dawk miżjura.

3.  

Fir-rigward tal-Artikolu 6c, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut għal fornitur tar-roaming, il-Kummissjoni għandha ssejjishom fuq dan li ġej:

(a) 

id-determinazzjoni tal-ispejjeż globali reali u mbassra tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut b’referenza għall-ħlasijiet ta’ roaming bl-ingrossa effettivi għal traffiku żbilanċjat u sehem raġonevoli tal-ispejjeż konġunti u komuni meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut;

(b) 

id-determinazzjoni tad-dħul reali u mbassar mill-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut;

(c) 

il-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut u l-konsum domestiku mill-klijenti tal-fornitur tar-roaming;

(d) 

il-livell tal-kompetizzjoni, tal-prezzijiet u tad-dħul fis-suq domestiku, u kwalunkwe riskju ċar li r-roaming bi prezzijiet domestiċi bl-imnut jaffettwa b’mod apprezzabbli l-evoluzzjoni ta’ dawn il-prezzijiet.

4.  
Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien terġa’ teżamina l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq.
5.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq monitoraġġ u tissorvelja strettament l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u l-miżuri dwar is-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut, filwaqt li tqis b’reqqa kbira l-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-Istat Membru kkonċernat u l-varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn il-fornituri tar-roaming. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 6c(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforza fil-ħin ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6b u 6c u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-fornitur tar-roaming jemenda l-ħlas supplimentari jew iwaqqfu jekk dan ma jikkonformax mal-Artikoli 6b jew 6c. Kull sena l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 6b u 6c, u ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6e

Provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut

1.  

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, meta fornitur tar-roaming japplika ħlas supplimentari għall-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ‘l fuq minn kwalunkwe limiti skont kwalunkwe politika ta’ użu ġust, għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti (minbarra l-VAT):

(a) 

kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati li jsiru bir-roaming, messaġġi SMS regolati li jintbagħtu bir-roaming u servizzi regolati ta’ roaming tad-data ma għandux jaqbeż il-ħlasijiet massimi bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 7(2), 9(1) u 12(1), rispettivament;

(b) 

is-somma tal-prezz domestiku bl-imnut u kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati li jsiru bir-roaming, messaġġi SMS regolati li jintbagħtu bir-roaming u servizzi regolati ta’ roaming tad-data ma għandhiex taqbeż EUR 0,19 għal kull minuta, EUR 0,06 għal kull messaġġ SMS u EUR 0,20 għal kull megabyte użata, rispettivament;

(c) 

kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati riċevuti bir-roaming ma għandux jaqbeż il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafu 2.

Il-fornituri tar-roaming ma għandhom japplikaw ebda ħlas supplimentari għal messaġġ SMS regolat li jiġi riċevut bir-roaming jew għal messaġġ fuq voicemail riċevut bir-roaming. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħlasijiet applikabbli l-oħra bħal dawk biex wieħed jisma’ messaġġi ta’ dan it-tip.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu ħlas fuq telefonati magħmula u riċevuti bir-roaming fuq bażi ta’ kull sekonda. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw perijodu minimu ta’ ħlas tal-bidu li ma jaqbiżx 30 sekonda għal telefonati magħmula. Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu ħlas fuq il-klijenti tagħhom għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data fuq bażi ta’ kull kilobyte, ħlief għal messaġġi MMS li l-ħlas għalihom jista’ jkun ibbażat fuq kull unità. F’każ bħal dan, il-ħlas bl-imnut li fornitur tar-roaming jista’ jimponi fuq il-klijent tar-roaming tiegħu għat-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ messaġġ MMS bir-roaming m’għandux jaqbeż il-ħlas massimu bl-imnut għal servizzi regolati ta’ roaming tad-data stipulat fl-ewwel subparagrafu.

Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 6f(1), dan il-paragrafu m’għandux jipprekludi offerti li jipprovdu lill-klijenti tar-roaming, għal ħlas kuljum jew kwalunkwe ħlas perjodiku ieħor iffissat, ċertu volum ta’ konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bil-kundizzjoni li l-konsum tal-ammont sħiħ ta’ dak il-volum iwassal għal prezz tal-unità għat-telefonati magħmula, it-telefonati riċevuti u l-messaġġi SMS regolati mibgħuta bir-roaming u s-servizzi ta’ roaming tad-data li ma jaqbiżx il-prezz domestiku bl-imnut rispettiv u l-ħlas supplimentari massimu kif stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-BEREC u soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile imsemmijin fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk l-atti ta’ implimentazzjoni kull sena. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 6(2).

Il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile għandha tissejjes fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-livell massimu tar-rati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile imposti fis-suq għal terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq netwerks tal-mobile individwali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar l-Aċċess, u

(b) 

l-għadd totali ta’ abbonati f’kull Stat Membru.

3.  
Il-fornituri tar-roaming jistgħu joffru u l-klijenti tar-roaming jistgħu jagħżlu deliberatament tariffa tar-roaming għajr dik stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li bis-saħħa tagħha l-klijenti tar-roaming igawdu minn tariffa differenti għal servizzi regolati ta’ roaming minn dik li kieku kienu jingħataw fin-nuqqas ta’ għażla bħal din. Il-fornitur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk il-klijenti tar-roaming fin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b’hekk jintilfu.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 6a u 6b, u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-klijenti eżistenti u ġodda kollha tar-roaming awtomatikament.

Kwalunkwe klijent tar-roaming jista’, fi kwalunkwe ħin, jitlob li jaqleb għal jew minn tariffa stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-klijenti tar-roaming deliberatament jagħżlu li jibdlu t-tariffa stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c, u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jaqilbu lura għaliha, kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jappartjenu għal elementi tal-abbonamenti għajr ir-roaming. Il-fornituri tar-roaming jistgħu jdumu ma jagħmlu bidla sa meta t-tariffa tar-roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perijodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn.

4.  

Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz regolat ta’ roaming bl-imnut jispeċifika l-karatteristiċi ewlenin ta’ dak is-servizz regolat ta’ roaming bl-imnut ipprovdut, inkluż partikolarment:

(a) 

il-pjan tariffarju jew pjanijiet tariffarji speċifiċi u, għal kull pjan tariffarju, it-tipi ta’ servizzi offruti, inklużi l-volumi tal-komunikazzjoni;

(b) 

kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ipprovduti bil-livell applikabbli ta’ prezzijiet domestiċi bl-imnut, partikolarment informazzjoni kwantifikata dwar kif kwalunkwe użu tal-politika ta’ użu ġust jiġi applikat b’referenza għall-parametri ewlenin tal-prezzijiet, tal-volum jew parametri oħrajn tas-servizz regolat ta’ roaming bl-imnut ipprovdut ikkonċernat.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 6f

Ħlasijiet supplimentari tranżizzjonali ta’ roaming bl-imnut

1.  
Mit-30 ta’ April 2016 sal-14 ta’ Ġunju 2017, il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw ħlas supplimentari flimkien mal-prezz domestiku bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut.
2.  
Matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 6e għandu japplika mutatis mutandis.”.
(6) 

L-Artikoli 8, 10 u 13 huma mħassra.

(7) 

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwiti b’dan li ġej:

“Dik l-informazzjoni tariffarja personalizzata bażika għandha tkun espressa fil-munita tal-kont tal-pajjiż ta’ oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent u għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijent tar-roaming huwa soġġett għaliha fl-Unjoni u l-ħlasijiet supplimentari li huma applikabbli għall-użu ‘l fuq minn kwalunkwe limitu taħt dik il-politika ta’ użu ġust; u

(b) 

kwalunkwe ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c.”;

(b) 

fil-paragrafu 1, is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-politika ta’ użu ġust u l-ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c, għandhom japplikaw ukoll għal servizzi ta’ roaming ta’ telefonati bil-vuċi u ta’ SMS użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.”;

(c) 

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.  
Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika lill-klijent tar-roaming meta jiġi kkunsmat il-volum kollu applikabbli ta’ użu ġust tal-konsum ta’ servizzi ta’ roaming bil-vuċi jew ta’ SMS regolati jew kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6c. Dik in-notifika għandha tindika l-ħlas supplimentari li ser jiġi applikat għal kull konsum addizzjonali ta’ servizzi ta’ roaming, bil-vuċi jew ta’ SMS, regolati mill-klijent tar-roaming. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas, li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jforni s-servizz.”;
(d) 

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.  
Meta jsiru l-abbonamenti, il-fornituri tar-roaming għandhom jagħtu l-informazzjoni sħiħa lill-klijenti kollha dwar il-ħlasijiet tar-roaming applikabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti tar-roaming tagħhom aġġornamenti dwar il-ħlasijiet tar-roaming applikabbli mingħajr dewmien bla bżonn kull darba li jkun hemm bidla f’dawn il-ħlasijiet.

Il-fornituri tar-roaming għandhom wara dan ifakkru permezz ta’ messaġġ, f’intervalli raġonevoli, lill-konsumaturi kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.”.

(8) 

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 2 huwa sostitwiti b’dan li ġej:

“2.  
Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jgħarraf lill-klijent tar-roaming li dan tal-aħħar ikun qed juża servizzi ta’ roaming tad-data regolati, u għandu jipprovdi informazzjoni tariffarja personalizzata bażika (fil-munita tal-kont tal-pajjiżi ta’ oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent) applikabbli għall-provvista ta’ servizzi ta’ roaming tad-data regolati lil dak il-klijent tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat, minbarra meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming li hu ma jeħtieġx dik l-informazzjoni.

Dik l-informazzjoni tariffarja personalizzata bażika għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijent tar-roaming huwa soġġett għaliha fl-Unjoni u l-ħlasijiet supplimentari li huma applikabbli għall-użu ‘l fuq minn kwalunkwe limitu taħt dik il-politika ta’ użu ġust; u

(b) 

kwalunkwe ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c.

L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat tal-mobile tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, posta elettronika jew pop-up window fuq l-apparat tal-mobile, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz ta’ roaming tad-data f’dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent tar-roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-data, b’mezz xieraq li jkun adattat biex jiffaċilita li din tiġi riċevuta u tinftiehem faċilment.

Klijent li jkun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li huwa ma għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.”;

(b) 

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.  
Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika meta jiġi kkunsmat il-volum kollu ta’ użu ġust applikabbli tas-servizz ta’ roaming tad-data regolat jew meta jintlaħaq kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6c. Dik in-notifika għandha tindika l-ħlas supplimentari li ser jiġi applikat għal kwalunkwe konsum addizzjonali ta’ servizzi ta’ roaming tad-data regolati mill-klijent tar-roaming. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas, li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz.”;
(c) 

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.  
Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu l-opportunità li, deliberatament u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew fil-munita li biha l-klijent tar-roaming iħallas għas-servizzi regolati ta’ roaming tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi regolati ta’ roaming tad-data fuq perijodu speċifikat ta’ użu, minbarra l-MMS li jitħallsu fuq bażi ta’ kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.”;
(d) 

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.  
Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5, tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 2a, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għal servizzi ta’ roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.”.
(9) 

L-Artikolu 16 hu emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u jissorveljaw lill-fornituri tar-roaming li huma stess jagħmlu użu mill-Artikolu 6b, 6c u 6e(3).”

(b) 

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 6a, 6b, 6c, 6e, 7, 9, u 12, b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.”.
(10) 

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Rieżami

1.  
Sad-29 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni għandha tniedi rieżami tas-suq tar-roaming bl-ingrossa bil-ħsieb li tivvaluta l-miżuri meħtieġa biex tkun possibbli t-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut sal-15 ta’ Ġunju 2017. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fost affarijiet oħra, il-livell ta’ kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali bl-ingrossa, u partikolarment għandha tivvaluta l-livell tal-ispejjeż bl-ingrossa mġarrba u l-ħlasijiet bl-ingrossa applikati, u s-sitwazzjoni kompetittiva tal-operaturi b’ambitu ġeografiku limitat, inklużi l-effetti ta’ ftehimiet kummerċjali fuq il-kompetizzjoni kif ukoll fuq il-ħila tal-operaturi li jieħdu vantaġġ mill-ekonomiji ta’ skala. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-iżviluppi fil-kompetizzjoni fis-swieq tar-roaming bl-imnut u kwalunkwe riskji ċari ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u dawk miżjura. Fil-valutazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu t-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operaturi tan-netwerk miżjura jkunu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż kollha tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-ingrossa, inklużi l-ispejjeż konġunti u komuni. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa li jiġi pprevenut roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming filwaqt li dawn l-utenti jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni.
2.  
Sal-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa ppreċeduta minn konsultazzjoni pubblika, biex jiġu emendati l-ħlasijiet bl-ingrossa għas-servizzi regolati ta’ roaming stipulati f’dan ir-Regolament jew biex tiġi pprovduta soluzzjoni oħra biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fil-livell bl-ingrossa bil-ħsieb li jitneħħew il-ħlasijiet supplimentari tar-roaming regolat sal-15 ta’ Ġunju 2017.

3.  

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. Kull rapport għandu jinkludi, fost affarijiet oħra, valutazzjoni ta’:

(a) 

id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi regolati ta’ roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS u tad-data, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(b) 

il-livell ta’ kompetizzjoni kemm fis-swieq bl-imnut kif ukoll f’dawk bl-ingrossa, b’mod partikolari s-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(c) 

sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi regolati ta’ roaming.

4.  
Sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming tal-Unjoni kollha, il-BEREC għandu regolarment jiġbor data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ ħlasijiet bl-imnut u bl-ingrossa għal servizzi regolati ta’ roaming ta’ telefonati bil-vuċi, ta’ SMS u ta’ data. Din id-data għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

Fuq il-bażi tad-data miġbura, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment ukoll dwar l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għal servizzi domestiċi kif ukoll ta’ roaming u l-evoluzzjoni tar-rati reali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tar-roaming.

Il-BEREC għandu wkoll ta’ kull sena jiġbor informazzjoni mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta’ tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-klijenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-data u dawk is-sejbiet.”.

Artikolu 9 Klawżola ta’ rieżami

Artikolu 9

Klawżola ta’ rieżami

Sat-30 ta’ April 2019 u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuqhom,. ‘akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti xierqa bil-ħsieb li jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit