+REGOLAMENT (UE) 2018/1807 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 (1)
------+Artikolu 3 (2)
------+Artikolu 3 (3)
------+Artikolu 3 (4)
------+Artikolu 3 (5)
------+Artikolu 3 (6)
------+Artikolu 3 (7)
------+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 4 Moviment liberu ta' data fl-Unjoni
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
---+Artikolu 5 Disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
---+Artikolu 6 Trasferiment tad-data
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
---+Artikolu 7 Proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 7 5
------+Artikolu 7 6
---+Artikolu 8 Evalwazzjoni u linji gwida
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
---+Artikolu 9 Dispożizzjonijiet finali
English - European Union - ICT -

REGOLAMENT (UE) 2018/1807 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2018/1807 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Novembru 2018

dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija qed taċċellera. It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni m'għadhiex qasam speċifiku, iżda l-pedament tas-sistemi u s-soċjetajiet ekonomiċi moderni u innovattivi kollha. Id-data elettronika tinsab fiċ-ċentru ta' dawk is-sistemi u tista' tiġġenera valur kbir meta tiġi analizzata jew ikkombinata ma' servizzi u prodotti. Fl-istess ħin, l-iżvilupp rapidu tal-ekonomija tad-data u teknoloġiji emerġenti bħall-Intelliġenza Artifiċjali, il-prodotti u s-servizzi relatati mal-Internet tal-Oġġetti, is-sistemi awtonomi, u l-5G qed iqajmu kwistjonijiet legali ġodda fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar l-aċċess għad-data, l-użu mill-ġdid tad-data, ir-responsabbiltà, l-etika u s-solidarjetà. Jjenħtieġ li tiġi kkunsidrata ħidma dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà, b'mod partikolari permezz ta' implimentazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u prattiki tajbin oħra, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet, id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet li jittieħdu mingħajr interazzjoni umana matul il-katina tal-valur kollha tal-ipproċessar tad-data. Tali ħidma tista' wkoll tinkludi mekkaniżmi adatti għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà, għat-trasferimenti tar-responsabbiltà fost servizzi li jikkooperaw, għall-assigurazzjoni u għall-awditjar.

(2)

Il-ktajjen tal-valur tad-data huma mibnija fuq attivitajiet differenti tad-data: il-ħolqien u l-ġbir tad-data; l-aggregazzjoni u l-organizzazzjoni tad-data; l-ipproċessar tad-data; l-analiżi, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tad-data; l-użu u l-użu mill-ġdid tad-data. Il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-ipproċessar tad-data huwa element fundamentali fi kwalunkwe katina tal-valur tad-data. Madankollu, il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-ipproċessar tad-data u l-iżvilupp tal-ekonomija tad-data fl-Unjoni jiġu mxekkla, b'mod partikolari, minn żewġ tipi ta' ostakli għall-mobbiltà tad-data u għas-suq intern: ir-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data stabbiliti mill-Istati Membri u l-prattiċi ta' intrappolament tal-klijentela fis-settur privat.

(3)

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista ta' servizzi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Madankollu, il-provvista ta' dawn is-servizzi tiġi mfixkla jew xi kultant tiġi mwaqqfa minn ċerti rekwiżiti nazzjonali, reġjonali jew lokali biex id-data tiġi lokalizzata f'territorju partikolari.

(4)

Tali ostakoli għall-moviment liberu ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data u għad-dritt ta' stabbiliment ta' fornituri tas-servizz joriġinaw minn rekwiżiti fil-liġijiet tal-Istati Membri biex id-data tiġi lokalizzata f'żona jew territorju ġeografiku partikolari għall-fini tal-ipproċessar tad-data. Regoli jew prattiki amministrattivi oħra għandhom effett ekwivalenti billi jimponu rekwiżiti partikolari li jagħmluha iktar diffiċli li d-data tiġi pproċessata 'l barra minn żona jew territorju ġeografiku fl-Unjoni, bħal rekwiżiti biex jintużaw faċilitajiet teknoloġiċi li huma ċċertifikati jew approvati fi Stat Membru partikolari. L-inċertezza legali fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data leġittimi u illeġittimi tkompli tillimita l-għażliet disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u għas-settur pubbliku rigward il-lokalità tal-ipproċessar tad-data. Dan ir-Regolament bl-ebda mod ma jillimita l-libertà tan-negozji li jikkonkludu kuntratti li jispeċifikaw fejn għandha tkun lokalizzata d-data. Dan ir-Regolament għandu biss l-għan li jissalvagwardja dik l-libertà billi jiżgura li l-lokalizzazzjoni miftiehma tista' tkun tinsab fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

(5)

Fl-istess waqt, il-mobbiltà tad-data fl-Unjoni tixxekkel ukoll minn restrizzjonijiet privati: kwistjonijiet legali, kuntrattwali u tekniċi li jfixklu jew jipprevjenu lill-utenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data milli jittrasferixxu d-data tagħhom minn fornitur ta' servizz għal ieħor jew lura għas-sistemi tal-informazzjoni teknoloġika (IT) tagħhom, b'mod partikolari meta jintemm il-kuntratt tagħhom ma' fornitur tas-servizzi.

(6)

Dawk l-ostakli kkombinati wasslu għal nuqqas ta' kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi ta' “cloud” fl-Unjoni, għal diversi kwistjonijiet ta' intrappolament tal-klijentela, u għal nuqqas serju ta' mobbiltà tad-data. Bl-istess mod, il-politiki ta' lokalizzazzjoni tad-data dgħajfu l-kapaċità tal-kumpaniji ta' riċerka u żvilupp li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn impriżi, universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka oħrajn bl-għan li jixprunaw l-innovazzjoni.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u minħabba l-ħtieġa għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-Unjoni, sett uniku ta' regolamenti għall-parteċipanti kollha fis-suq huwa element ewlieni għall-funzjonament tas-suq intern. Sabiex jitneħħew ostakli għall-kummerċ u distorsjonijiet fil-kompetizzjoni li jirriżultaw minn diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u biex jiġi evitat l-iżvilupp ta' ostakli oħra potenzjali għall-kummerċ u distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha.

(8)

Il-qafas legali dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, u dwar ir-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi u b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttivi (UE) 2016/680 (4) u 2002/58/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament.

(9)

L-espansjoni tal-Internet tal-Oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatizzat, jirrappreżentaw sorsi ewlenin ta' data mhux personali, pereżempju b'riżultat tal-użu tagħhom fi proċessi awtomatizzati ta'produzzjoni industrijali. Eżempji speċifiċi ta' data mhux personali jinkludu settijiet ta' data aggregati u anonimizzati li jintużaw għall-analitika tal-big data, data dwar il-biedja ta' preċiżjoni li tista' tgħin biex jiġi immonitorjat u ottimizzat l-użu tal-pestiċidi u tal-ilma, jew id-data dwar il-ħtiġijiet ta' manutenzjoni tal-magni industrijali. Jenħtieġ li jekk l-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li data anonimizzata tinbidel f'data personali, tali data tiġi trattata bħala data personali, u jenħtieġ għalhekk li jkun japplika r-Regolament (UE) 2016/679.

(10)

Taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri la jistgħu jirrestrinġu u lanqas jipprojbixxu l-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istess prinċipju tal-moviment liberu fl-Unjoni għal data mhux personali ħlief fejn restrizzjoni jew projbizzjoni tkun ġustifikata minn raġunijiet tas-sigurtà pubblika. Ir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament jipprovdu sett koerenti ta' regoli li jikkonċernaw il-moviment liberu ta' tipi differenti ta' data. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jimponix obbligu li t-tipi differenti ta' data jinħażnu b'mod separat.

(11)

Sabiex jinħoloq qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni u l-pedamenti għall-iżvilupp tal-ekonomija tad-data u għat-titjib tal-kompetittività fl-industrija tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali ċar, komprensiv u prevedibbli għall-ipproċessar tad-data li mhijiex data personali fis-suq intern. Approċċ ibbażat fuq il-prinċipji li jipprevedi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll awtoregolamentazzjoni huwa suppost li jiżgura li l-qafas ikun flessibbli biżżejjed biex ikun jista' jqis il-ħtiġijiet dejjem jevolvu tal-utenti, tal-fornituri u tal-awtoritajiet nazzjonali fl-Unjoni. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' trikkib ma' mekkaniżmi eżistenti, u b'hekk jiġu evitati piżijiet ogħla kemm għall-Istati Membri kif ukoll għan-negozji, jenħtieġ li ma jiġux stabbiliti regoli tekniċi dettaljati.

(12)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-ipproċessar tad-data safejn dan jitwettaq bħala parti minn attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. B'mod partikolari, wieħed għandu jiftakar li, f'konformità mal-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru.

(13)

Il-moviment liberu tad-data fl-Unjoni se jkollu rwol importanti biex ikun hemm tkabbir u innovazzjoni mmexxija mid-data. L-istess bħan-negozji u l-konsumaturi, l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi tal-Istati Membri li huma regolati mil-liġi pubblika huma mistennija li jibbenefikaw minn aktar libertà tal-għażla fir-rigward ta' fornituri ta' servizzi mmexxija mid-data, minn prezzijiet aktar kompetittivi u minn forniment aktar effiċjenti ta' servizzi liċ-ċittadini. Minħabba l-ammonti kbar ta' data li l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika jimmaniġġjaw, huwa ta' importanza kbira li huma jagħtu eżempju billi jużaw servizzi ta' pproċessar tad-data u li huma jżommu lura milli jagħmlu kwalunkwe restrizzjoni tal-lokalizzazzjoni tad-data meta dawn jużaw is-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, il-prinċipju tal-moviment liberu tad-data mhux personali previst minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal prattiki amministrattivi ġenerali u konsistenti u għal rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data oħra fil-qasam tal-akkwist pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(14)

Bħal fil-każ tad-Direttiva 2014/24/UE, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri u li jallokaw, fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika setgħat u responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta' data mingħajr rimunerazzjoni kuntrattwali ta' partijiet privati, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jipprovdu għall-implimentazzjoni ta' dawk is-setgħat u responsabbiltajiet. Filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi u korpi regolati mil-liġi pubblika huma mħeġġa jikkunsidraw il-benefiċċji ekonomiċi u benefiċċji oħrajn tal-esternalizzazzjoni lil fornituri esterni tas-servizzi, huma jista' jkollhom raġunijiet leġittimi biex ikun hemm l-għażla ta' awtoforniment ta' servizzi jew internalizzazzjoni. Konsegwentement, l-ebda element minn dan ir-Regolament ma jobbliga lill-Istati Membri biex jikkuntrattaw jew jesternalizzaw il-forniment ta' servizzi li huma jixtiequ jipprovdu huma nfushom jew li jorganizzawhom b'mezzi oħra li mhumiex kuntratti pubbliċi.

(15)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi tal-ipproċessar tad-data lil utenti li jgħixu jew li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, inklużi dawk li jipprovdu servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-Unjoni mingħajr stabbiliment fl-Unjoni. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li ma japplikax għal servizzi tal-ipproċessar tad-data li jsir barra mill-Unjoni u għar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data relatati ma' tali data.

(16)

Dan ir-Regolament ma jistabbilixxix regoli dwar id-determinazzjoni tad-dritt applikabbli fi kwistjonijiet kummerċjali u għalhekk huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). B'mod partikolari, sa fejn il-liġi applikabbli għal kuntratt ma tkunx intgħażlet skont dak ir-Regolament, kuntratt għall-forniment ta' servizzi huwa, fil-prinċipju, regolat mil-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-fornitur tas-servizz.

(17)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data fl-aktar sens wiesa', fejn jiġbor fih l-użu tat-tipi kollha ta' sistemi tal-IT, jekk ikunux jinsabu fil-bini tal-utent jew esternalizzati għal fornitur ta' servizz. Jenħtieġ li jkopri l-ipproċessar tad-data ta' livelli differenti ta' intensità, mill-ħżin tad-data (Infrastruttura bħala Servizz (IaaS)) għall-ipproċessar tad-data fuq pjattaformi (Pjattaforma bħala Servizz (PaaS)) jew f'applikazzjonijiet (Softwer bħala Servizz (SaaS)).

(18)

Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jirrappreżentaw ostaklu ċar għall-għoti mingħajr ħlas ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-Unjoni u għas-suq intern. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, kif definit bid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE, u jissodisfaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Sabiex jagħtu effett lill-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, biex jiżguraw it-tneħħija rapida ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u biex għal raġunijiet operazzjonali jippermettu l-ipproċessar tad-data f'diversi lokalitajiet fl-Unjoni kollha, u peress li dan ir-Regolament jipprovdi miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data għal skopijiet ta' kontroll regolatorju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw is-sigurta' pubblika biss bħala ġustifikazzjoni għal rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data.

(19)

Il-kunċett ta' “sigurtà pubblika” fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE u kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikopri kemm is-sigurtà interna kif ukoll dik esterna ta' Stat Membru, kif ukoll kwistjonijiet ta' sikurezza pubblika, sabiex, b'mod partikolari, jiffaċilita l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. Dan jassumi l-eżistenza ta' theddida ġenwina u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà, bħal theddida għall-funzjonament ta' istituzzjonijiet u servizzi pubbliċi essenzjali u s-sopravivenza tal-popolazzjoni, kif ukoll ir-riskju ta' disturb serju fir-relazzjonijiet barranin jew għall-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet, jew riskju għall-interessi militari. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data li huma ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jenħtieġ li jkunu xierqa għall-kisba tal-objettiv segwit, u jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(20)

Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi tal-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, u biex jipprevjenu l-emerġenza ta' ostakli ġodda għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li jintroduċi rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data ġdid jew li jimmodifika rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti. Dawk l-abbozzi ta' atti jenħtieġ li jiġu sottomessi u vvalutati skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(21)

Barra minn hekk, sabiex jitneħħew ostakli potenzjali eżistenti, waqt perjodu tranżizzjonali ta' 24 xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu rieżami tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti ta' natura ġenerali li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data u jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe tali rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jikkunsidraw konformi ma' dan ir-Regolament, flimklien ma' ġustifikazzjoni għaliha. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-konformità ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jifdal. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħmel kummenti, fejn xieraq, lill-Istat Membru inkwistjoni. Tali kummenti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni biex jiġi emendat jew imħassar ir-rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data.

(22)

L-obbligi li jiġu kkomunikati r-rekwiżiti eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data u abbozzi ta' atti lill-Kummissjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għar-rekwiżiti regolatorji ta' lokalizzazzjoni tad-data u għal abbozzi ta' atti ta' natura ġenerali, iżda mhux għal deċiżjonijiet indirizzati lil persuna fiżika jew ġuridika speċifika.

(23)

Sabiex jiżguraw it-trasparenza tar-rekwiżiti ta' lokalizzazjoni tad-data fl-Istati Membri stabbiliti f'liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali għal persuni fiżiċi u ġuridiċi, bħal fornituri tas-servizzi u utenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni dwar tali rekwiżiti fuq punt nazzjonali uniku ta' informazzjoni online, u jaġġornaw reġolarment dik l-informazzjoni. Alternattivament, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar tali rekwiżiti lil punt ta' informazzjoni ċentrali stabbilit taħt att tal-Unjoni ieħor. Sabiex jinformaw kif xieraq lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi dwar ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-indirizzi ta' tali punti uniċi ta' informazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha stess, flimkien ma' lista konsolidata aġġornata regolarment tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data kollha fis-seħħ fl-Istati Membri, inkluża informazzjoni fil-qosor dwar dawk ir-rekwiżiti.

(24)

Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data spiss joriġinaw minn nuqqas ta' fiduċja fl-ipproċessar transfruntier tad-data, li jirriżulta minn perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' data għall-iskopijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-ispezzjoni u l-verifika għal kontroll regolatorju jew superviżorju. Tali nuqqas ta' fiduċja ma jistax jingħeleb biss permezz tan-nullità ta' termini kuntrattwali li jipprojbixxu aċċess legali għad-data mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet uffiċjali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula b'mod ċar li huwa ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu jew jiksbu aċċess għal data skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, u li l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jiġu irrifjutati l-aċċess għad-data fuq il-bażi li d-data tiġi pproċessata fi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu rekwiżiti funzjonali biex jappoġġjaw l-aċċess għad-data, bħal pereżempju jirrikjedu li d-deskrizzjonijiet tas-sistema jinżammu fl-Istat Membru kkonċernat.

(25)

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma soġġetti għal obbligazzjonijiet biex jipprovdu data lill-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonformaw ma' tali obbligazzjonijiet billi jagħtu u jiggarantixxu aċċess elettroniku effikaċi u f'waqtu għad-data lill-awtoritajiet kompetenti, irrispettivament mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tiġi pproċessata d-data. Tali aċċess jista' jiġi żgurat permezz ta' termini u kundizzjonijiet konkreti f'kuntratti bejn il-persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għall-obbligazzjoni li tagħti l-aċċess u l-fornitur tas-servizz.

(26)

Fejn persuna fiżika jew ġuridika tkun soġġetta għal xi obbligu li tipprovdi data u tonqos milli tikkonforma ma' dak l-obbligu, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista' tfittex għajnuna minn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw strumenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-ligi tal-Unjoni jew taħt ftehimiet internazzjonali, skont is-suġġett fil-każ partikolari, pereżempju, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, tal-ġustizzja kriminali jew ċivili jew fi kwistjonijiet amministrattivi rispettivament, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (9), id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (11), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (12), id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (13) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (14). Fin-nuqqas ta' tali mekkaniżmi ta' kooperazzjoni speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw bejniethom bl-għan li jipprovdu aċċess għad-data mitluba, permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt deżinjati.

(27)

Fejn talba għall-għajnuna timplika li jinkiseb aċċess għal kwalunkwe fond ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezzi tal-ipproċessar tad-data, mill-awtorità li ssirilha t-talba, dan l-aċċess irid ikun skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi proċedurali nazzjonali, inkluż kwalunkwe rekwiżit biex tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

(28)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jippermettix lill-utenti jippruvaw jevadu l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali. Għalhekk dan jenħtieġ li jipprevedi l-impożizzjoni, mill-Istati Membri, ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-utenti li jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jaċċessaw id-data tagħhom li tkun meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. F'każijiet urġenti, fejn utent jabbuża mid-dritt tiegħu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu miżuri provviżorji strettament proporzjonati. Kwalunkwe miżura provviżorja li tirrikjedi r-rilokalizzazzjoni tad-data għal aktar minn 180 jum wara r-rilokalizzazzjoni tkun tiddevja mill-prinċipju tal-moviment liberu tad-data għal perjodu sinifikanti u, għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni għall-eżami tal-kompatibbiltà tagħha mal-liġi tal-Unjoni.

(29)

Il-kapaċità ta' trasferiment mingħajr xkiel ta' data hija fattur ewlieni fil-faċilitazzjoni tal-għażla għall-utent u ta' kompetizzjoni effikaċi fis-swieq għal servizzi tal-ipproċessar tad-data. Id-diffikultajiet reali jew perċepiti għat-trasferiment transfruntiera tad-data wkoll jimminaw il-kunfidenza tal-utenti professjonali meta jaċċettaw offerti transfruntiera u, għalhekk, il-kunfidenza tagħhom fis-suq intern. Filwaqt li l-konsumaturi individwali jibbenefikaw mil-liġi eżistenti tal-Unjoni, il-kapaċità li jibdlu l-fornituri ta' servizzi ma tiġix iffaċilitata għall-dawk l-utenti li jkunu jaġixxu fil-kors tal-attivitajiet ta' negozju jew professjonali tagħhom. Rekwiżiti tekniċi konsistenti madwar l-Unjoni, kemm jekk jikkonċernaw armonizzazzjoni teknika, rikonoxximent reċiproku jew armonizzazzjoni volontarja wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' suq intern kompetittiv għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

(30)

Sabiex jisfruttaw b'mod sħiħ l-ambjent kompetittiv, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati u b'mod faċli jqabblu l-komponenti individwali tad-diversi servizzi tal-ipproċessar tad-data offruti fis-suq intern, inkluż skont it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tat-trasferiment tad-data mat-terminazzjoni ta' kuntratt. Sabiex jallinjaw mal-potenzjal tal-innovazzjoni tas-suq u biex iqisu l-esperjenza u l-għarfien espert tal-fornituri u tal-utenti professjonali ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, l-informazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti operazzjonali għat-trasferiment tad-data jenħtieġ li jiġu ddefiniti minn parteċipanti fis-suq permezz tal-awtoregolamentazzjoni, imħeġġa, iffaċilitata u mmonitorjata mill-Kummissjoni, fil-forma ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, li jistgħu jinkludu mudelli ta' klawsoli u kundizzjonijiet kuntrattwali.

(31)

Sabiex ikunu aktar effikaċi u jagħmlu aktar faċli l-bdil bejn fornituri ta' servizzi u t-trasferiment ta' data, jenħtieġ li tali kodiċijiet ta' kondotta jkunu komprensivi u jkopru minn tal-inqas aspetti ewlenin li huma importanti matul il-proċess tat-trasferiment tad-data, bħall-proċessi użati għal, u l-lokalità ta', back-ups tad-data; il-formats u l-appoġġi disponibbli tad-data; il-konfigurazzjoni meħtieġa tal-IT u l-bandwidth minima tan-netwerk; il-ħin meħtieġ qabel ma jibda l-proċess tat-trasferiment u l-ħin li matulu d-data ser tibqa' disponibbli għat-trasferiment u l-garanziji biex tiġi aċċessata d-data fil-każ tal-falliment tal-fornitur tas-servizzi. Il-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ ukoll li jagħmluha ċara li l-intrappolament tal-klijentela mhijiex prattika kummerċjali aċċettabbli, jenħtieġ li huma jipprovdu teknoloġiji li jkabbru l-fiduċja, u jenħtieġ li jkunu aġġornati regolarment biex iżommu l-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u start-ups, utenti u l-fornituri tas-servizzi ta' “cloud” jiġu kkonsultati fil-proċess. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-iżvilupp, kif ukoll l-effikaċja tal-implimentazzjoni, ta' tali kodiċijiet ta' kondotta.

(32)

Fejn awtorità kompetenti fi Stat Membru titlob l-għajnuna minn Stat Membru ieħor biex tikseb aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li din tippreżenta, permezz ta' punt uniku ta' kuntatt deżinjat, talba ġustifikata kif xieraq lill-punt uniku ta' kuntatt deżinjat ta' dan tal-aħħar, li għandha tinkludi spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet u tal-bażijiet legali għaliex qiegħda titlob aċċess għad-data. Il-punt uniku ta' kuntatt deżinjat mill-Istat Membru li l-għajnuna tiegħu hija mitluba jenħtieġ li jiffaċilita t-trażmissjoni tat-talba lill-awtorità kompetenti rilevanti fl-Istat Membri li ssirlu t-talba. Sabiex tiżgura kooperazzjoni effikaċi, jenħtieġ li l-awtorità li tintbagħtilha talba, tagħti mingħajr dewmien żejjed għajnuna bħala risposta għal talba partikolari jew tagħti informazzjoni dwar diffikultajiet misjuba fl-adempiment ma' tali talba, jew tagħti r-raġunijiet tagħha għaliex tirrifjutaha.

(33)

It-tisħiħ tal-fiduċja fis-sigurtà tal-ipproċessar transfruntier tad-data jenħtieġ li jnaqqas il-propensità tal-parteċipanti fis-suq u tas-settur pubbliku biex jużaw il-lokalizzazzjoni tad-data bħala indikatur għas-sigurtà tad-data. Jenħtieġ li jtejjeb ukoll iċ-ċertezza legali għal kumpaniji fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli meta jesternalizzaw l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data tagħhom lil fornituri ta' servizzi, inklużi dawk fi Stati Membri oħra.

(34)

Kwalunkwe rekwiżit ta' sigurtà relatat mal-ipproċessar tad-data li jiġi applikat b'mod ġustifikat u proporzjonat abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew tal-istabbiliment tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li d-data tagħhom hija kkonċernata jenħtieġ li jkompli japplika għall-ipproċessar ta' dik id-data fi Stat Membru ieħor. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jissodisfaw tali rekwiżiti jew huma stess jew permezz ta' klawsoli kuntrattwali fil-kuntratti mal-fornituri tas-servizzi.

(35)

Ir-rekwiżiti ta' sigurtà stabbiliti fil-livell nazzjonali jenħtieġ li jkunu neċessarji u proporzjonati għar-riskji għas-sigurtà tal-ipproċessar tad-data fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li fiha jkunu stabbiliti dawn ir-rekwiżiti.

(36)

Id-Direttiva 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) tipprevedi miżuri legali biex jagħtu spinta lil-livell ġeneral taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Servizzi tal-ipproċessar tad-data jikkostitwixxu wieħed mis-servizzi diġitali koperti minn dik id-Direttiva. Skont dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi diġitali jidentifikaw u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati sabiex jimmaniġġjaw ir-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jużaw. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiggarantixxu livell xieraq ta' sigurtà tan-netwerks għar-riskju ppreżentat, u jenħtieġ li jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi u tal-faċilitajiet; l-ittrattar ta' inċidenti; il-ġestjoni tal-kontinwità tal-attività; il-monitoraġġ; il-verifika u l-ittestjar; u l-konformità mal-istandards internazzjonali. Dawn il-miżuri għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Kummissjoni fl-atti ta' implimentazzjoni taħt dik id-Direttiva.

(37)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal modifikazzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq. Dak ir-rapport jenħtieġ li b'mod partikolari jevalwa dan ir-Regolament, speċjalment l-applikazzjoni tiegħu għas-settijiet ta' data li jkunu magħmula minn data personali u mhux personali, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni tas-sigurtà pubblika. Qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika wkoll linji gwida informattivi, dwar kif għandhom jiġu ġestiti s-settijiet ta' data li jkunu magħmula minn data personali u mhux personali, sabiex il-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jifhmu aħjar l-interazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679, u biex tiġi żgurata l-konformità maż-żewġ Regolamenti.

(38)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inklużi d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà ta' intrapriża.

(39)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura l-moviment liberu ta' data għajr ta' data personali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER

Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-moviment liberu ta' data li mhijiex data personali fl-Unjoni billi jistabbilixxi regoli relatati mar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data, id-disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti u t-trasferiment tad-data għal utenti professjonali.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 4 Moviment liberu ta' data fl-Unjoni
Artikolu 5 Disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 6 Trasferiment tad-data
Artikolu 7 Proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
Artikolu 8 Evalwazzjoni u linji gwida
Artikolu 9 Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu.


(1)   ĠU C 227, 28.6.2018, p. 78.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2018.

(3)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(5)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(6)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(7)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(8)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(9)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

(10)  Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(11)  Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, CETS Nru 185.

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

(13)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(14)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(15)  Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit