+REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett u objettivi
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
---+KAPITOLU II IMPLIMENTAZZJONI TAT-TLD .eu
------+TAQSIMA 1 Prinċipji ġenerali
---------+Artikolu 3 Kriterji ta' eliġibbiltà
------------+Artikolu 3 (a)
------------+Artikolu 3 (b)
------------+Artikolu 3 (c)
------------+Artikolu 3 (d)
---------+Artikolu 4 Reġistrazzjoni u tħassir ta' ismijiet ta' dominju
------------+Artikolu 4 1
------------+Artikolu 4 2
------------+Artikolu 4 3
------------+Artikolu 4 4
------------+Artikolu 4 5
------------+Artikolu 4 6
---------+Artikolu 5 Lingwi, liġi applikabbli u ġurisdizzjoni
------------+Artikolu 5 1
------------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 6 Riżervazzjoni tal-ismijiet ta' dominju
------------+Artikolu 6 1
------------+Artikolu 6 2
------------+Artikolu 6 3
------------+Artikolu 6 4
---------+Artikolu 7 Reġistraturi
------------+Artikolu 7 1
------------+Artikolu 7 2
------+TAQSIMA 2 Ir-Reġistru
---------+Artikolu 8 Ħatra tar-Reġistru
------------+Artikolu 8 1
------------+Artikolu 8 2
------------+Artikolu 8 3
------------+Artikolu 8 4
------------+Artikolu 8 5
---------+Artikolu 9 Karatteristiċi tar-Reġistru
------------+Artikolu 9 1
------------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 10 Obbligi tar-Reġistru
------------+Artikolu 10 (a)
------------+Artikolu 10 (b)
------------+Artikolu 10 (c)
------------+Artikolu 10 (d)
------------+Artikolu 10 (e)
------------+Artikolu 10 (f)
------------+Artikolu 10 (g)
------------+Artikolu 10 (h)
------------+Artikolu 10 (i)
------------+Artikolu 10 (j)
------------+Artikolu 10 (k)
------------+Artikolu 10 (l)
------------+Artikolu 10 (m)
---------+Artikolu 11 Prinċipji u proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu
------------+Artikolu 11 (a)
------------+Artikolu 11 (b)
------------+Artikolu 11 (c)
------------+Artikolu 11 (d)
------------+Artikolu 11 (e)
------------+Artikolu 11 (f)
------------+Artikolu 11 (g)
---------+Artikolu 12 Id-database WHOIS
------------+Artikolu 12 1
------------+Artikolu 12 2
------+TAQSIMA 3 Is-sorveljanza tar-Reġistru
---------+Artikolu 13 Superviżjoni
------------+Artikolu 13 1
------------+Artikolu 13 2
------------+Artikolu 13 3
------------+Artikolu 13 4
---------+Artikolu 14 Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu
------------+Artikolu 14 1
------------+Artikolu 14 2
------------+Artikolu 14 3
------------+Artikolu 14 4
------------+Artikolu 14 5
---+KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 15 Riżervazzjoni tad-drittijiet
------+Artikolu 16 Evalwazzjoni u rieżami
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---------+Artikolu 16 4
------+Artikolu 17 Proċedura ta' kumitat
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
------+Artikolu 18 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
---------+Artikolu 18 5
---------+Artikolu 18 6
------+Artikolu 19 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---------+Artikolu 19 3
------+Artikolu 20 Emendar tar-Regolament (KE) Nru 733/2002
------+Artikolu 21 Tħassir
------+Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
---------+Artikolu 22 2
---------+Artikolu 22 3
English - European Union - ICT -

REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (TLD) kien ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (4). Minn mindu ġew adottati dawk ir-Regolamenti, il-kuntest leġiżlattiv u politiku fl-Unjoni, l-ambjent online, u s-suq inbidlu ġmielhom.

(2)

L-evoluzzjoni rapida tas-suq tat-TLDs u x-xena diġitali dinamika jirrikjedu ambjent regolatorju flessibbli u li jilqa' għall-ġejjieni. It-TLD .eu huwa wieħed mill-akbar TLDs ta' kodiċi tal-pajjiż (ccTLDs). It-TLD .eu jintuża mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, anke għal proġetti u inizjattivi Ewropej. L-iskop tat-TLD .eu huwa li, permezz ta' ġestjoni tajba, jgħin biex isaħħaħ l-identità tal-Unjoni u jippromwovi l-valuri tal-Unjoni online, bħall-multilingwiżmu, ir-rispett tal-privatezza u tas-sigurtà tal-utenti u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll prijoritajiet online speċifiċi.

(3)

It-TLDs huma komponent essenzjali fl-istruttura ġerarkika tas-sistema tal-ismijiet ta' dominju (DNS) li jiżguraw sistema interoperabbli ta' identifikaturi uniċi, disponibbli mad-dinja kollha, fuq kull applikazzjoni u kull netwerk.

(4)

It-TLD .eu jenħtieġ li jippromwovi l-użu tan-netwerks tal-internet, u l-aċċess għalihom, b'konformità mal-Artikoli 170 u 171 tat-TFUE billi jipprovdi reġistrazzjoni komplementari għas-ccTLDs eżistenti u għar-reġistrazzjoni globali tat-TLDs ġeneriċi.

(5)

It-TLD .eu, li huwa tikketta ċara u li tingħaraf faċilment, jenħtieġ li jipprovdi rabta li tista' tiġi identifikata b'mod ċar mal-Unjoni u mas-suq Ewropew. Permezz tiegħu, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u l-persuni fiżiċi fl-Unjoni jistgħu jirreġistraw isem ta' dominju taħt it-TLD .eu. L-eżistenza ta' isem ta' dominju bħal dan hija importanti biex issaħħaħ l-identità tal-Unjoni online. Jenħtieġ li, għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li ċ-ċittadini tal-Unjoni jirreġistraw isem ta' TLD .eu, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom, mid-19 ta' Ottubru 2019.

(6)

L-ismijiet ta' dominju fit-TLD .eu jenħtieġ li jiġu allokati lill-partijiet eliġibbli skont id-disponibbiltà.

(7)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippromwovi l-kooperazzjoni bejn ir-Reġistru, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u aġenziji oħra tal-Unjoni, bil-ħsieb li tiġġieled ir-reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi ta' ismijiet ta' dominju, inkluż cybersquatting, u tipprovdi proċeduri amministrattivi sempliċi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

(8)

Biex tkun żgurata protezzjoni aħjar tad-dritt tal-partijiet li jidħlu f'kuntratt mar-Reġistru u mar-Reġistraturi rispettivament, it-tilwim dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominju fit-TLD .eu jenħtieġ li jissolvew minn korpi li jkunu jinsabu fl-Unjoni u li japplikaw il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi rikonoxxuti mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jirriżultaw minn strumenti internazzjonali.

(9)

Il-Kummissjoni, abbażi ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u filwaqt li tqis il-kosteffiċjenza u s-sempliċità amministrattiva, jenħtieġ li taħtar Reġistru għat-TLD .eu. Sabiex tappoġġja s-suq uniku diġitali, tibni identità Ewropea online u tinkoraġġixxi attivitajiet online transfruntieri, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għażla u l-proċedura għad-deżinjazzjoni tar-Reġistru. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(10)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta listi ta' ismijiet ta' dominju riżervati u mblokkati mill-Istati Membri, tistabbilixxi l-prinċipji li jkun għandhom jiġu inklużi fil-kuntratt bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru, u li taħtar ir-Reġistru skont raġunijiet debitament iġġustifikati ta' urġenza, b'mod partikolari biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawn il-listi jenħtieġ li jiġu kkompilati skont l-ismijiet ta' dominju disponibbli filwaqt li jitqiesu l-ismijiet ta' dominju tat-tieni livell li diġà ġew riżervati jew irreġistrati mill-Istati Membri.

(11)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel kuntratt mar-Reġistru maħtur, liema kuntratt jenħtieġ li jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dettaljati li japplikaw għar-Reġistru għall-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tat-TLD .eu. Il-kuntratt jenħtieġ li jkun ta' durata fissa u jista' jiġġedded darba mingħajr il-ħtieġa ta' proċedura ta' selezzjoni ġdida.

(12)

Il-prinċipji u l-proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu jenħtieġ li jinhemżu mal-kuntratt bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru maħtur.

(13)

Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni previsti fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

(14)

Ir-Reġistru jenħtieġ li jikkonforma mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ta' trasparenza, u jenħtieġ li jimplimenta miżuri biex jissalvagwardja l-kompetizzjoni ġusta li għandhom jiġu awtorizzati bil-quddiem mill-Kummissjoni, b'mod partikolari meta r-Reġistru jipprovdi servizzi lil impriżi li magħhom ikun qed jikkompeti fis-swieq downstream.

(15)

Bħalissa, il-Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati (l-ICANN) hi responsabbli biex tikkoordina d-delega tal-kodiċi li jirrappreżentaw is-ccTLDs lir-Reġistri. Jenħtieġ li r-Reġistru jagħmel kuntratt xieraq mal-ICANN li jipprovdi għad-delega tal-kodiċi tas-ccTLD .eu, u fl-istess waqt iqis il-prinċipji rilevanti adottati mill-Kumitat Konsultattiv Governattiv (il-GAC).

(16)

Ir-Reġistru jenħtieġ li jagħmel ftehim xieraq, li jinżamm minn aġent terz, biex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi, u b'mod partikolari biex ikun żgurat li jkun possibbli li jissokta s-servizz lill-komunità lokali tal-internet bl-anqas tfixkil possibbli f'każ ta' delega mill-ġdid jew xi ċirkostanzi mhux previsti. Jenħtieġ li, kull jum, ir-Reġistru jibgħat kopja elettronika tal-kontenut kurrenti tad-database tat-TLD .eu lill-aġent terz.

(17)

Jenħtieġ li l-proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li jridu jiġu adottati jikkonformaw mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u jqisu l-aqwa prattiki internazzjonali f'dan il-qasam u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali, biex ikun żgurat li r-reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi jiġu evitati kemm jista' jkun. Dawk il-proċeduri tal-ADR jenħtieġ li jirrispettaw regoli proċedurali uniformi li jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Politika Uniformi għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim dwar l-Isem tad-Dominji tal-ICANN.

(18)

Il-politika dwar ir-reġistrazzjonijiet abbużivi tal-ismijiet ta' dominju .eu jenħtieġ li tipprovdi għal verifika min-naħa tar-Reġistru tad-data li tasal, speċifikament data fejn jidħlu l-identità tar-reġistranti, u t-tħassir u l-imblokkar minn reġistrazzjoni futura ta' ismijiet ta' dominju li b'deċiżjoni aħħarija ta' qorti ta' Stat Membru jkunu jitqiesu malafamanti, razzisti jew b'xi mod ieħor kuntrarji għal-liġi tal-Istat Membru. Ir-Reġistru jenħtieġ jimxi bl-akbar attenzjoni biex jiżgura l-korrettezza tad-data li tasallu u li jżomm. Jenħtieġ li l-proċedura ta' revoka tippermetti lid-detentur tal-isem ta' dominju li jkollu opportunità raġonevoli biex jirrettifika kwalunkwe ksur tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni jew djun pendenti qabel ma r-revoka ssir effettiva.

(19)

Isem ta' dominju li jkun identiku jew simili b'tali mod li jista' jiġi konfuż ma' isem li fir-rigward tiegħu dritt ikun stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew minn dik nazzjonali u li jkun ġie rreġistrat mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem, jenħtieġ li, fil-prinċipju, jiġi revokat u, fejn ikun meħtieġ, jiġi ttrasferit lid-detentur leġittimu. Fejn jinstab li isem ta' dominju tali jkun intuża b'mala fede, jenħtieġ li dejjem jiġi revokat.

(20)

Ir-Reġistru jenħtieġ li jadotta politiki ċari li jkollhom l-għan li jiżguraw l-identifikazzjoni f'waqtha ta' reġistrazzjonijiet abbużivi ta' ismijiet ta' dominju u, fejn meħtieġ, jenħtieġ li jikkoopera ma' awtoritajiet kompetenti u ma' korpi pubbliċi oħra rilevanti għaċ-ċibersigurtà u għas-sigurtà tal-informazzjoni li jkunu speċifikament involuti fil-ġlieda kontra dawn ir-reġistrazzjonijiet, bħal timijiet nazzjonali ta' rispons f'emerġenza tal-kompjuter (CERTs).

(21)

Ir-Reġistru jenħtieġ li jappoġġja lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-kriminalità billi jimplimenta miżuri tekniċi u organizzazzjonali bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkun jista' jkollhom aċċess għad-data fir-Reġistru għal skopijiet ta' prevenzjoni, kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-atti kriminali, kif previst bil-liġi tal-Unjoni jew b'dik nazzjonali.

(22)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat b'konformità mal-prinċipji li għandhom x'jaqsmu mal-privatezza u mal-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li r-Reġistru jikkonforma mar-regoli, il-prinċipji u l-linji gwida rilevanti tal-Unjoni b'rabta mal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari mar-rekwiżiti tas-sigurtà rilevanti, mal-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità, il-limitazzjoni tal-iskop u l-perijodu proporzjonat għaż-żamma tad-data. Minbarra dan, jenħtieġ li s-sistemi kollha tal-ipproċessar tad-data u d-databases żviluppati u miżmuma jkunu jinkorporaw il-protezzjoni tad-data personali mid-disinn tagħhom u l-protezzjoni tad-data b'mod awtomatiku.

(23)

Biex tkun żgurata superviżjoni perjodika effettiva, ir-Reġistru jenħtieġ li jiġi awditjat, u jġarrab l-ispejjeż hu stess, mill-inqas kull sentejn minn korp indipendenti ħalli jkun konfermat, permezz ta' rapport ta' evalwazzjoni ta' konformità, li r-Reġistru hu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-Reġistru jippreżenta dak ir-rapport lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fil-kuntratt tiegħu mal-Kummissjoni.

(24)

Il-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru jenħtieġ li jipprovdi għal proċeduri li jtejbu l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tat-TLD .eu mir-Reġistru skont l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' superviżjoni tal-Kummissjoni previsti minn dan ir-Regolament.

(25)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014, intitolat “Governanza tal-Internet”, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn tal-Unjoni li tippromwovi strutturi ta' governanza li jinvolvu bosta partijiet konċernati u li jistrieħu fuq sett koerenti ta' prinċipji ta' governanza tal-internet globali. Governanza tal-internet inklużiva tfisser l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' prinċipji, normi, regoli, proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet u programmi komuni li jsawru l-evoluzzjoni u l-użu tal-internet mill-gvernijiet, mis-settur privat, mis-soċjetà ċivili, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mill-komunità teknika, fejn kollha jaġixxu fir-rwoli rispettivi tagħhom.

(26)

Jenħtieġ li jitwaqqaf Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu li jkollu r-rwol li jagħti pariri lill-Kummissjoni ħalli jissaħħaħ u jitwessa' l-kontribut għall-governanza tajba tar-Reġistru. Jenħtieġ li l-Grupp ikun jirriflettu l-mudell multiparteċipattiv ta' governanza tal-internet u li l-membri tiegħu, apparti minn dawk li jkunu ġejjin mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jenħtieġ li jinħatru mill-Kummissjoni bi proċedura miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti. Ir-rappreżentant mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jinħatar fuq il-bażi ta' sistema ta' rotazzjoni li tiżgura kontinwità suffiċjenti tal-parteċipazzjoni fil-Grupp.

(27)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni dwar l-effettività u l-funzjonament tat-TLD .eu. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tgħarbel il-prattiki tax-xogħol tar-Reġistru maħtur u r-rilevanza tal-kompiti tar-Reġistru. Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tippreżenta rapporti regolari dwar il-funzjonament tal-isem tat-TLD .eu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(28)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il- Karta”), kif minquxa fit-Trattati, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Jenħtieġ li proċeduri adatti tal-Unjoni jiġu osservati meta jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jaffettwaw dan ir-Regolament jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mal-Karta. Jenħtieġ li r-Reġistru jfittex gwida mill-Kummissjoni f'każijiet ta' dubju rigward il-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(29)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-implimentazzjoni ta' TLD pan-Ewropew minbarra s-ccTLDs nazzjonali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(30)

Biex jiġi limitat kull riskju ta' tfixkil tas-servizzi tat-TLD .eu matul l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid, dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet tranżitorji.

(31)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 733/2002 jiġi emendat u revokat, u li r-Regolament (KE) Nru 874/2004 jiġi revokat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II IMPLIMENTAZZJONI TAT-TLD .eu KAPITOLU II IMPLIMENTAZZJONI TAT-TLD .eu
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit