+REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2690 tas-17 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u speċifikazzjoni ulterjuri tal-każijiet meta inċident jitqies sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, ir-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad- data , il-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, tal-magni tat-tiftix online u tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
---+Artikolu 3 Inċidenti sinifikanti
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
---+Artikolu 4 Inċidenti rikorrenti
------+Artikolu 4 (a)
------+Artikolu 4 (b)
------+Artikolu 4 (c)
---+Artikolu 5 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS
------+Artikolu 5 (a)
------+Artikolu 5 (b)
------+Artikolu 5 (c)
---+Artikolu 6 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tar-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell
------+Artikolu 6 (a)
------+Artikolu 6 (b)
------+Artikolu 6 (c)
---+Artikolu 7 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing
------+Artikolu 7 (a)
------+Artikolu 7 (b)
------+Artikolu 7 (c)
------+Artikolu 7 (d)
---+Artikolu 8 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data
------+Artikolu 8 (a)
------+Artikolu 8 (b)
------+Artikolu 8 (c)
------+Artikolu 8 (d)
---+Artikolu 9 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut
------+Artikolu 9 (a)
------+Artikolu 9 (b)
------+Artikolu 9 (c)
------+Artikolu 9 (d)
---+Artikolu 10 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ġestiti u l-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti
------+Artikolu 10 (a)
------+Artikolu 10 (b)
------+Artikolu 10 (c)
------+Artikolu 10 (d)
---+Artikolu 11 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-swieq online
------+Artikolu 11 (a)
------+Artikolu 11 (b)
------+Artikolu 11 (c)
------+Artikolu 11 (d)
---+Artikolu 12 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online
------+Artikolu 12 (a)
------+Artikolu 12 (b)
------+Artikolu 12 (c)
------+Artikolu 12 (d)
---+Artikolu 13 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali
------+Artikolu 13 (a)
------+Artikolu 13 (b)
------+Artikolu 13 (c)
------+Artikolu 13 (d)
---+Artikolu 14 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji
------+Artikolu 14 (a)
------+Artikolu 14 (b)
------+Artikolu 14 (c)
------+Artikolu 14 (d)
------+Artikolu 14 (e)
---+Artikolu 15 Tħassir
---+Artikolu 16 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS Rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament
------+1. Politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (l-Artikolu 21(2), il-punt …
---------+1.1. Politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni
------------+1.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-politika dwar …
------------+1.1.2. Il-politika tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi …
---------+1.2. Rwoli, responsabbiltajiet u awtoritajiet
------------+1.2.1. Bħala parti mill-politika tagħhom dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi …
------------+1.2.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jeżiġu li l-persunal u l-partijiet terzi kollha japplikaw …
------------+1.2.3. Mill-inqas persuna waħda għandha tirrapporta direttament lill-korpi maniġerjali dwar …
------------+1.2.4. Skont id-daqs tal-entitajiet rilevanti, is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi …
------------+1.2.5. Id-dmirijiet kunfliġġenti u l-oqsma tar-responsabbiltà kunfliġġenti għandhom jiġu segregati …
------------+1.2.6. Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għandhom jiġu rieżaminati u, meta xieraq …
------+2. Politika tal-ġestjoni tar-riskji (l-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+2.1. Qafas tal-ġestjoni tar-riskji
------------+2.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+2.1.2. Għall-fini tal-punt 2.1.1, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri …
------------+2.1.3. Meta jidentifikaw u jipprijoritizzaw l-alternattivi u l-miżuri xierqa tat-trattament …
------------+2.1.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw ir-riżultati …
---------+2.2. Monitoraġġ tal-konformità
------------+2.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw regolarment il-konformità mal-politiki tagħhom …
------------+2.2.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu sistema effettiva tar-rapportar tal-konformità …
------------+2.2.3. L-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu l-monitoraġġ tal-konformità f’intervalli ppjanati u …
---------+2.3. Rieżami indipendenti tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni
------------+2.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw b’mod indipendenti l-approċċ tagħhom …
------------+2.3.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżviluppaw u jħaddmu proċessi għal rieżamijiet indipendenti …
------------+2.3.3. Ir-riżultati tar-rieżamijiet indipendenti, inkluż ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-konformità …
------------+2.3.4. Ir-rieżamijiet indipendenti għandhom isiru f’intervalli ppjanati u meta jsiru inċidenti …
------+3. Trattament tal-inċidenti (l-Artikolu 21(2), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+3.1. Politika dwar it-trattament tal-inċidenti
------------+3.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+3.1.2. Il-politika msemmija fil-punt 3.1.1 għandha tkun koerenti mal-pjan tal-kontinwità tal-operat …
------------+3.1.3. Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċeduri stabbiliti fil-politika għandhom jiġu …
---------+3.2. Monitoraġġ u rendikonti
------------+3.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri u jużaw għodod biex jimmonitorjaw u …
------------+3.2.2. Sa kemm ikun fattibbli, il-monitoraġġ għandu jkun awtomatizzat u jsir kontinwament jew …
------------+3.2.3. Abbażi tal-proċeduri msemmija fil-punt 3.2.1., l-entitajiet rilevanti għandhom iżommu …
------------+3.2.4. Ir-rendikonti għandhom jiġu rieżaminati regolarment għal kull xejra mhux tas-soltu jew mhux …
------------+3.2.5. L-entitajiet rilevanti għandhom iżommu u jagħmlu backup tar-rendikonti għal perjodu …
------------+3.2.6. Sa kemm ikun fattibbli, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistemi kollha …
------------+3.2.7. Il-proċeduri kif ukoll il-lista tal-assi li qed jiġu rreġistrati għandhom jiġu rieżaminati …
---------+3.3. Rapportar tal-avvenimenti
------------+3.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu sempliċi biex l-impjegati …
------------+3.3.2. L-entitajiet rilevanti għandhom, meta xieraq, jikkomunikaw il-mekkaniżmu tar-rapportar …
---------+3.4. Valutazzjoni u klassifikazzjoni tal-avvenimenti
------------+3.4.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jivvalutaw avvenimenti suspettużi biex jiddeterminaw jekk …
------------+3.4.2. Għall-fini tal-punt 3.4.1, l-entitajiet rilevanti għandhom jaġixxu bil-mod li ġej: (a) …
---------+3.5. Rispons għall-inċidenti
------------+3.5.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrispondu għall-inċidenti skont proċeduri ddokumentati u …
------------+3.5.2. Il-proċeduri tar-rispons għall-inċidenti għandhom jinkludu l-istadji li ġejjin: (a) …
------------+3.5.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu pjanijiet u proċeduri tal-komunikazzjoni: (a) …
------------+3.5.4. L-entitajiet rilevanti għandhom iżommu rendikont tal-attivitajiet tar-rispons …
------------+3.5.5. L-entitajiet rilevanti għandhom jittestjaw f’intervalli ppjanati l-proċeduri tar-rispons …
---------+3.6. Rieżamijiet ta’ wara l-inċidenti
------------+3.6.1. Meta xieraq, wara l-irkupru mill-inċidenti, l-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu …
------------+3.6.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li r-rieżamijiet ta’ wara l-inċidenti jgħinuhom …
------------+3.6.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw f’intervalli ppjanati jekk l-inċidenti jkunux …
------+4. Kontinwità tal-operat u ġestjoni tal-kriżijiet (l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tad-Direttiva …
---------+4.1. Pjanijiet tal-kontinwità tal-operat u tal-irkupru mid-diżastri
------------+4.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+4.1.2. L-operazzjonijiet tal-entitajiet rilevanti għandhom jitreġġgħu lura il-pjan tal-kontinwità …
------------+4.1.3. L-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu analiżi tal-impatt fuq in-negozju biex jivvalutaw …
------------+4.1.4. Il-pjan tal-kontinwità tal-operat u l-pjan tal-irkupru mid-diżastri għandhom jiġu ttestjati …
---------+4.2. Ġestjoni tal-backup u tal-abbundanzi
------------+4.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom iżommu kopji tal-backup tad- data u jipprovdu biżżejjed …
------------+4.2.2. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-punt 2.1 u l-pjan …
------------+4.2.3. L-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu kontrolli regolari tal-integrità fuq il-kopji …
------------+4.2.4. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-punt 2.1 u l-pjan …
------------+4.2.5. Meta xieraq, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ u l-aġġustament …
------------+4.2.6. L-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu ttestjar regolari tal-irkupru tal-kopji tal-backup u …
---------+4.3. Ġestjoni tal-kriżijiet
------------+4.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċess għall-ġestjoni tal-kriżijiet.
------------+4.3.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-proċess tal-ġestjoni tal-kriżijiet jindirizza …
------------+4.3.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jimplimentaw proċess għall-ġestjoni u l-użu …
------------+4.3.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jittestjaw, jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-pjan …
------+5. Sigurtà tal-katina tal-provvista (l-Artikolu 21(2), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+5.1. Politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista
------------+5.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+5.1.2. Bħala parti mill-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista msemmija fil-punt 5.1.1 …
------------+5.1.3. Meta jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tagħhom, l-entitajiet …
------------+5.1.4. Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati …
------------+5.1.5. L-entitajiet rilevanti għandhom iqisu l-elementi msemmija fil-punt 5.1.2 u 5.1.3. bħala …
------------+5.1.6. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw il-politika tas-sigurtà tal-katina …
------------+5.1.7. Għall-fini tal-punt 5.1.6., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jimmonitorjaw regolarment …
---------+5.2. Direttorju tal-fornituri u tal-fornituri tas-servizzi
------+6. Sigurtà fl-akkwist, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni …
---------+6.1. Sigurtà fl-akkwist tas-servizzi tal-ICT jew tal-prodotti tal-ICT
------------+6.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+6.1.2. Għall-fini tal-punt 6.1.1, il-proċessi msemmija fil-punt 6.1.1. għandhom jinkludu: (a) …
------------+6.1.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-proċessi …
---------+6.2. Ċiklu tal-ħajja tal-iżvilupp sigur
------------+6.2.1. Qabel ma jiżviluppaw network u sistema tal-informazzjoni, inkluż software, l-entitajiet …
------------+6.2.2. Għall-fini tal-punt 6.2.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) iwettqu analiżi …
------------+6.2.3. Għall-iżvilupp esternalizzat tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, l-entitajiet …
------------+6.2.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta meħtieġ, jaġġornaw ir-regoli …
---------+6.3. Ġestjoni tal-konfigurazzjoni
------------+6.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jistabbilixxu, jiddokumentaw …
------------+6.3.2. Għall-fini tal-punt 6.3.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jistabbilixxu u jiżguraw …
------------+6.3.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw …
---------+6.4. Ġestjoni tal-bidla, tiswijiet u manutenzjoni
------------+6.4.1. L-entitajiet rilevanti għandhom japplikaw proċeduri tal-ġestjoni tal-bidla biex …
------------+6.4.2. Il-proċeduri msemmija fil-punt 6.4.1. għandhom jiġu applikati għar-rilaxxi, għall-modifiki u …
------------+6.4.3. Jekk il-proċeduri regolari tal-ġestjoni tal-bidla ma jkunux jistgħu jiġu segwiti minħabba …
------------+6.4.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-proċeduri …
---------+6.5. Ittestjar tas-sigurtà
------------+6.5.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw politika u proċeduri …
------------+6.5.2. L-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jistabbilixxu, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju …
------------+6.5.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politiki …
---------+6.6. Ġestjoni tal-patch tas-sigurtà
------------+6.6.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jispeċifikaw u japplikaw proċeduri, li jkunu koerenti …
------------+6.6.2. B’deroga mill-punt 6.6.1.(a), l-entitajiet rilevanti jistgħu jagħżlu li ma japplikawx …
---------+6.7. Sigurtà tan-networks
------------+6.7.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu n-networks u …
------------+6.7.2. Għall-fini tal-punt 6.7.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jiddokumentaw l-arkitettura …
------------+6.7.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw dawn il-miżuri …
---------+6.8. Segmentazzjoni tan-network
------------+6.8.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jissegmentaw is-sistemi f’networks jew f’żoni skont …
------------+6.8.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jikkunsidraw ir-relazzjoni …
------------+6.8.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw is-segmentazzjoni …
---------+6.9. Protezzjoni mis-software malizzjuż u mhux awtorizzat
------------+6.9.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jipproteġu n-networks u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom …
------------+6.9.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom b’mod partikolari jimplimentaw miżuri …
---------+6.10. Trattament u żvelar tal-vulnerabbiltajiet
------------+6.10.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jiksbu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tekniċi …
------------+6.10.2. Għall-fini tal-punt 6.10.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jimmonitorjaw …
------------+6.10.3. Meta jkun iġġustifikat bl-impatt potenzjali tal-vulnerabbiltà, l-entitajiet rilevanti …
------------+6.10.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw f’intervalli …
------+7. Politiki u proċeduri biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji …
---------+7.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
---------+7.2. Il-politika u l-proċeduri msemmija fil-punt 7.1. għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni …
---------+7.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika u …
------+8. Prattiki bażiċi tal-iġjene ċibernetika u t-taħriġ fis-sigurtà (l-Artikolu 21(2), il-punt (g) …
---------+8.1. Tixrid tal-għarfien u prattiki bażiċi tal-iġjene ċibernetika
------------+8.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (g), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+8.1.2. Għall-fini tal-punt 8.1.1., l-entitajiet rilevanti għandhom joffru programm ta’ tixrid …
------------+8.1.3. Il-programm tat-tixrid tal-għarfien għandu, meta xieraq, jiġi ttestjat mil-lat ta’ …
---------+8.2. Taħriġ fis-sigurtà
------------+8.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jidentifikaw l-impjegati, li r-rwoli tagħhom jeħtieġu …
------------+8.2.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw programm tat-taħriġ …
------------+8.2.3. It-taħriġ imsemmi fil-punt 8.2.1. għandu jkun rilevanti għall-funzjoni tal-impjieg …
------------+8.2.4. L-entitajiet rilevanti għandhom japplikaw taħriġ lill-membri tal-persunal li jimxu lejn …
------------+8.2.5. Il-programm għandu jiġi aġġornat u jsir perjodikament filwaqt li jitqiesu l-politiki u …
------+9. Il-kriptografija (l-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+9.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
---------+9.2. Il-politika u l-proċeduri msemmija fil-punt 9.1. għandhom jistabbilixxu: (a) f’konformità …
---------+9.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika u …
------+10. Sigurtà tar-riżorsi umani (l-Artikolu 21(2), il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+10.1. Sigurtà tar-riżorsi umani
------------+10.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+10.1.2. Ir-rekwiżit imsemmi fil-punt 10.1.1. għandu jinkludi dan li ġej: (a) mekkaniżmi li jiżguraw …
------------+10.1.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw l-assenjar tal-persunal għal rwoli speċifiċi …
---------+10.2. Verifika tal-isfond personali
------------+10.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom kemm jista’ jkun fattibbli jiżguraw li jwettqu verifika …
------------+10.2.2. Għall-fini tal-punt 10.2.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) idaħħlu kriterji li …
------------+10.2.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika …
---------+10.3. Terminazzjoni jew bidla fil-proċeduri tal-impjieg
------------+10.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tas-sigurtà …
------------+10.3.2. Għall-fini tal-punt 10.3.1, fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, fil-kuntratt jew …
---------+10.4. Proċess dixxiplinarju
------------+10.4.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jikkomunikaw u jħaddmu proċess dixxiplinarju …
------------+10.4.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-proċess …
------+11. Kontroll tal-aċċess (l-Artikolu 21(2), il-punti (i) u (j), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+11.1. Politika tal-kontroll tal-aċċess
------------+11.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+11.1.2. Il-politiki msemmija fil-punt 11.1.1. għandhom: (a) jindirizzaw l-aċċess minn persuni …
------------+11.1.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politiki …
---------+11.2. Ġestjoni tad-drittijiet tal-aċċess
------------+11.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jipprovdu, jimmodifikaw, ineħħu u jiddokumentaw …
------------+11.2.2. L-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jassenjaw u jirrevokaw id-drittijiet tal-aċċess abbażi …
------------+11.2.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw id-drittijiet tal-aċċess f’intervalli …
---------+11.3. Kontijiet privileġġati u kontijiet tal-amministrazzjoni tas-sistema
------------+11.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom iħaddmu politiki għall-ġestjoni tal-kontijiet privileġġati …
------------+11.3.2. Il-politiki msemmija fil-punt 11.3.1. għandhom: (a) jistabbilixxu identifikazzjoni soda …
------------+11.3.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw id-drittijiet tal-aċċess tal-kontijiet …
---------+11.4. Sistemi tal-amministrazzjoni
------------+11.4.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jillimitaw u jikkontrollaw l-użu tas-sistemi …
------------+11.4.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jużaw is-sistemi …
---------+11.5. Identifikazzjoni
------------+11.5.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jimmaniġġjaw iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-identitajiet …
------------+11.5.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jistabbilixxu identitajiet uniċi …
------------+11.5.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jippermettu biss identitajiet assenjati lil diversi …
------------+11.5.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw regolarment l-identitajiet għan-networks u …
---------+11.6. Awtentikazzjoni
------------+11.6.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jimplimentaw proċeduri u teknoloġiji tal-awtentikazzjoni …
------------+11.6.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jiżguraw li s-saħħa …
------------+11.6.3. L-entitajiet rilevanti għandhom, sa fejn ikun fattibbli, jużaw metodi tal-awtentikazzjoni …
------------+11.6.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrevedu l-proċeduri u t-teknoloġiji tal-awtentikazzjoni …
---------+11.7. Awtentikazzjoni b’diversi fatturi
------------+11.7.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-utenti jiġu awtentikati b’diversi fatturi …
------------+11.7.2. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li s-saħħa tal-awtentikazzjoni tkun xierqa …
------+12. Ġestjoni tal-assi (l-Artikolu 21(2), il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---------+12.1. Klassifikazzjoni tal-assi
------------+12.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
------------+12.1.2. Għall-fini tal-punt 12.1.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jistabbilixxu sistema ta’ …
------------+12.1.3. L-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu rieżamijiet perjodiċi tal-livelli …
---------+12.2. Trattament tal-assi
------------+12.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw politika …
------------+12.2.2. Il-politika għandha: (a) tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assi, inkluż l-akkwist, l-użu …
------------+12.2.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika …
---------+12.3. Politika dwar il-mezzi li jistgħu jitneħħew
------------+12.3.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw politika dwar …
------------+12.3.2. Il-politika għandha: (a) tipprevedi projbizzjoni teknika tal-konnessjoni tal-mezzi li …
------------+12.3.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika …
---------+12.4. Inventarju tal-assi
------------+12.4.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżviluppaw u jżommu inventarju sħiħ, preċiż, aġġornat u …
------------+12.4.2. Il-granularità tal-inventarju tal-assi għandha tkun f’livell xieraq skont il-ħtiġijiet …
------------+12.4.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u jaġġornaw regolarment l-inventarju u l-assi …
---------+12.5. Depożitar, ritorn jew tħassir tal-assi waqt terminazzjoni ta’ impjieg
------+13. Sigurtà ambjentali u fiżika (l-Artikolu 21(2), il-punti (c), (e) u (i), tad-Direttiva (UE) …
---------+13.1. Utilitajiet ta’ appoġġ
------------+13.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2)(c) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti …
------------+13.1.2. Għal dak l-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom, meta xieraq: (a) jipproteġu …
------------+13.1.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jittestjaw, jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw …
---------+13.2. Protezzjoni mit-theddid fiżiku u ambjentali
------------+13.2.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2)(e) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti …
------------+13.2.2. Għal dak l-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom, meta xieraq: (a) ifasslu u jimplimentaw …
------------+13.2.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jittestjaw, jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw …
---------+13.3. Perimetru u kontroll tal-aċċess fiżiku
------------+13.3.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2)(i) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti …
------------+13.3.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) skont il-valutazzjoni tar-riskju …
------------+13.3.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jittestjaw, jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw …
English - European Union - NIS2 - ICT - Cybersecurity -

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2690 tas-17 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u speċifikazzjoni ulterjuri tal-każijiet meta inċident jitqies sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, ir-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad- data , il-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, tal-magni tat-tiftix online u tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2690

tas-17 ta’ Ottubru 2024

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u speċifikazzjoni ulterjuri tal-każijiet meta inċident jitqies sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, ir-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, tal-magni tat-tiftix online u tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (id-Direttiva NIS 2) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 23(11), it-tieni subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, ir-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, tal-magni tat-tiftix online u tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kif koperti bl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 (l-entitajiet rilevanti), dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u li jispeċifika aktar il-każijiet meta inċident jenħtieġ li jitqies sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

(2)

Filwaqt li titqies in-natura transfruntiera tal-attivitajiet tagħhom u biex ikun żgurat qafas koerenti għall-fornituri tas-servizzi fiduċjarji, dan ir-Regolament jenħtieġ li, fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji, jispeċifika aktar il-każijiet meta inċident jenħtieġ li jitqies sinifikanti, apparti li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà.

(3)

Skont l-Artikolu 21(5), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2022/2555, ir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma bbażati fuq standards Ewropej u internazzjonali, bħall-ISO/IEC 27001, l-ISO/IEC 27002 u l-ETSI EN 319401, u speċifikazzjonijiet tekniċi, bħas-CEN/TS 18026:2024, rilevanti għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni.

(4)

Fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li titqies kif xieraq l-esponiment diverġenti għar-riskju tal-entitajiet rilevanti, bħall-kritikalità tal-entità rilevanti, ir-riskji li tkun esposta għalihom, id-daqs u l-istruttura tal-entità rilevanti, u l-probabbiltà li jseħħu inċidenti u s-severità tagħhom, inkluż l-impatt fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħhom, meta jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, meta l-entitajiet rilevanti ma jkunux jistgħu jimplimentaw uħud mir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà minħabba d-daqs tagħhom, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu miżuri oħra li jikkumpensaw u li jkunu xierqa biex jintlaħaq l-għan ta’ dawk ir-rekwiżiti. Pereżempju, meta jiġu definiti r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għas-sigurtà tan-network u tas-sistema tal-informazzjoni fi ħdan l-entità rilevanti, l-entitajiet mikro jaf isibuha diffiċli biex jisseparaw id-doveri kunfliġġenti u l-oqsma tar-responsabbiltà kunfliġġenti. Dawn l-entitajiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkunsidraw miżuri li jikkumpensaw, bħal sorveljanza mmirata mid-diriġenti tal-entità jew aktar monitoraġġ u rendikonti.

(6)

Ċerti rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu applikati mill-entitajiet rilevanti meta xieraq, meta applikabbli, jew sa fejn ikun fattibbli. Meta entità rilevanti jidhirilha li ma jkunx xieraq, mhux applikabbli jew mhux fattibbli li l-entità rilevanti tapplika ċerti rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi kif previst fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-entità rilevanti jenħtieġ li tiddokumenta b’mod komprensibbli r-raġunament tagħha għal dak il-għan. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu, meta jeżerċitaw is-superviżjoni, iqisu ż-żmien xieraq meħtieġ biex l-entitajiet rilevanti jimplimentaw ir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà.

(7)

L-ENISA jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jipprovdu gwida skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jappoġġaw lill-entitajiet rilevanti fl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tar-riskji għall-fini tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi relatati mal-istabbiliment u t-tħaddim ta’ qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskji. Din il-gwida tista’ tinkludi, b’mod partikolari, valutazzjonijiet tar-riskji nazzjonali u settorjali kif ukoll valutazzjonijiet tar-riskji speċifiċi għal ċertu tip ta’ entità. Il-gwida tista’ tinkludi wkoll għodod jew mudelli għall-iżvilupp ta’ qafas tal-ġestjoni tar-riskji fil-livell tal-entitajiet rilevanti. Oqfsa, gwida jew mekkaniżmi oħra previsti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, kif ukoll standards Ewropej u internazzjonali rilevanti, jistgħu jappoġġaw ukoll lill-entitajiet rilevanti biex juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-ENISA jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 jistgħu jappoġġaw lill-entitajiet rilevanti fl-identifikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet xierqa li jindirizzaw ir-riskji identifikati f’dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju. Din il-gwida jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-entitajiet rilevanti li jidentifikaw u jiddokumentaw ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, u għall-obbligu tal-entitajiet rilevanti li jimplimentaw ir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament skont il-ħtiġijiet u r-riżorsi tagħhom.

(8)

Miżuri tas-sigurtà tan-network fir-rigward ta’: (i) it-tranżizzjoni lejn protokolli tal-komunikazzjoni tas-saff tan-network tal-aħħar ġenerazzjoni, (ii) l-implimentazzjoni ta’ standards moderni interoperabbli u miftiehma b’mod internazzjonali għall-komunikazzjoni bl-email, u (iii) it-twettiq tal-aqwa prattiki għas-sigurtà tad-DNS, u għas-sigurtà tar-routing tal-Internet u l-iġjene tar-routing jinvolvu sfidi speċifiċi għall-identifikazzjoni tal-awqa standards u tekniki tal-varar disponibbli. Biex jinkiseb livell għoli komuni taċ-ċibersigurtà fin-networks kollha malajr kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-industrija – inkluż l-industrija tat-telekomunikazzjoni – u partijiet ikkonċernati oħra, jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp ta’ forum għad-diversi partijiet ikkonċernati maħsub biex jidentifika dawn l-aqwa standards u tekniki tal-varar disponibbli. Din il-gwida b’diversi partijiet ikkonċernati jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-entitajiet rilevanti li jimplimentaw ir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Skont l-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet essenzjali u importanti jenħtieġ li, minbarra l-politiki dwar l-analiżi tar-riskju, ikollhom politiki dwar is-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif ukoll politiki speċifiċi skont is-suġġett, bħal politiki dwar il-kontroll tal-aċċess, li jenħtieġ li jkunu koerenti mal-politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Il-politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni jenħtieġ li tkun id-dokument tal-ogħla livell li jistabbilixxi l-approċċ ġenerali tal-entitajiet rilevanti għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom u jenħtieġ li jkollha l-approvazzjoni tal-korpi maniġerjali tal-entitajiet rilevanti. Jenħtieġ li l-politiki speċifiċi għas-suġġett jiġu approvati minn livell maniġerjali xieraq. Jenħtieġ li l-politika tistabbilixxi indikaturi u miżuri biex timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha u l-istatus attwali tal-livell tal-maturità tas-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti, b’mod partikolari biex tiffaċilita s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà permezz tal-korpi maniġerjali.

(10)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “utent” jenħtieġ li jinkludi lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi kollha li jkollhom aċċess għan-network u għas-sistemi tal-informazzjoni tal-entità.

(11)

Biex ikunu identifikati u indirizzati r-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu u jħaddmu qafas xieraq tal-ġestjoni tar-riskji. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskji, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu, jimplimentaw u jimmonitorjaw pjan tat-trattament tar-riskji. L-entitajiet rilevanti jistgħu jużaw il-pjan tat-trattament tar-riskji biex jidentifikaw u jipprijoritizzaw l-alternattivi u l-miżuri tat-trattament tar-riskji. L-alternattivi għat-trattament tar-riskji jinkludu, b’mod partikolari, l-evitar, it-tnaqqis jew, f’każijiet eċċezzjonali, l-aċċettazzjoni tar-riskju. L-għażla tal-alternattivi tat-trattament tar-riskji jenħtieġ li tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-entità rilevanti, u tkun konformi mal-politika tal-entità rilevanti dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Biex jagħtu effett lill-alternattivi tat-trattament tar-riskji magħżula, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa tat-trattament tar-riskji.

(12)

Biex jaqbdu avvenimenti, kważi aċċidenti u inċidenti, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jimmonitorjaw in-network u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom u jenħtieġ li jieħdu azzjonijiet biex jevalwaw l-avvenimenti, il-kważi aċċidenti u l-inċidenti. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu kapaċi jippermettu d-detezzjoni fil-ħin ta’ attakki fuq in-network minn xejriet anomali fit-traffiku ’l barra u ’l ġewwa u ta’ attakki li jwaqqfu s-servizz.

(13)

Meta l-entitajiet rilevanti jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju, dawn huma mħeġġa jwettqu analiżi komprensiva li tistabbilixxi, kif xieraq, perjodu massimu tollerabbli ta’ qtugħ, objettivi tal-ħin tal-irkupru, objettivi tal-punt tal-irkupru u objettivi tal-għoti tas-servizz.

(14)

Biex itaffu r-riskji maħluqa mill-katina tal-provvista ta’ dik l-entità rilevanti u r-relazzjoni tagħha mal-fornituri tagħha, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom mal-fornituri diretti u mal-fornituri tas-servizzi tagħhom. Fil-kuntratti mal-fornituri diretti jew mal-fornituri tas-servizzi tagħhom, dawn l-entitajiet jenħtieġ li jispeċifikaw klawżoli tas-sigurtà xierqa, pereżempju billi, meta xieraq, jeżiġu miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 jew rekwiżiti legali simili oħra.

(15)

L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jwettqu testijiet tas-sigurtà regolari abbażi ta’ politika u proċeduri apposta biex jivverifikaw li l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà huma implimentati u jaħdmu sew. It-testijiet tas-sigurtà jistgħu jsiru fuq networks u sistemi tal-informazzjoni speċifiċi jew fuq l-entità rilevanti kollha kemm hi u jistgħu jinkludu testijiet awtomatizzati jew manwali, testijiet tal-penetrazzjoni, skennjar għall-vulnerabbiltajiet, testijiet tas-sigurtà tal-applikazzjoni statika u dinamika, testijiet tal-konfigurazzjoni jew awditjar tas-sigurtà. L-entitajiet rilevanti jistgħu jagħmlu testijiet tas-sigurtà fuq in-network u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom meta jiġu stabbiliti, wara aġġornamenti jew modifiki fl-infrastruttura jew fl-applikazzjoni meqjusa sinifikanti, jew wara xi manutenzjoni. Is-sejbiet tat-testijiet tas-sigurtà jenħtieġ li jinfurmaw il-politiki u l-proċeduri tal-entitajiet rilevanti biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, kif ukoll rieżamijiet indipendenti tal-politiki tagħhom dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni.

(16)

Biex jiġu evitati tfixkil u ħsara sinifikanti kkawżati mill-isfruttament tal-vulnerabbiltajiet mhux imsewwija fin-networks u fis-sistemi tal-informazzjoni, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu u japplikaw proċeduri xierqa tal-ġestjoni tal-patches tas-sigurtà li jkunu allinjati mal-proċeduri tal-ġestjoni tal-bidla, tal-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet, tal-ġestjoni tar-riskji u ta’ proċeduri rilevanti oħra tal-entitajiet rilevanti. L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jieħdu miżuri proporzjonati mar-riżorsi tagħhom biex jiżguraw li l-patches tas-sigurtà ma jintroduċux vulnerabbiltajiet jew instabbiltajiet addizzjonali. F’każ ta’ inaċċessibbiltà ppjanata għas-servizz ikkawżata bl-applikazzjoni ta’ patches tas-sigurtà, l-entitajiet rilevanti huma mħeġġa jinfurmaw kif xieraq lill-klijenti bil-quddiem.

(17)

L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jimmaniġġjaw ir-riskji maħluqa mill-akkwist ta’ prodotti tal-ICT jew servizzi tal-ICT mingħand fornituri jew fornituri tas-servizzi, u jenħtieġ li jiksbu assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT jew is-servizzi tal-ICT li jkunu se jiksbu jilħqu ċerti livelli ta’ protezzjoni taċ-ċibersigurtà, pereżempju jkollhom ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE għall-prodotti tal-ICT jew għas-servizzi tal-ICT maħruġa skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Meta l-entitajiet rilevanti jistabbilixxu rekwiżiti tas-sigurtà li japplikaw għall-prodotti tal-ICT li jkunu se jiksbu, dawn jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti f’regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti taċ-ċibersigurtà orizzontali għall-prodotti b’elementi diġitali.

(18)

Biex jitħarsu mit-theddid ċibernetiku u jappoġġaw il-prevenzjoni u t-trażżin ta’ xi ksur tad-data, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jimplimentaw soluzzjonijiet għas-sigurtà tan-network. Is-soluzzjonijiet tipiċi għas-sigurtà tan-network jinkludu l-użu ta’ firewalls li jipproteġu n-networks interni tal-entitajiet rilevanti, il-limitazzjoni tal-konnessjonijiet u l-aċċess għas-servizzi li assolutament jeħtieġu konnessjonijiet u aċċess, u l-użu ta’ networks privati virtwali għal aċċess remot, u li l-konnessjonijiet tal-fornituri tas-servizzi jitħallew isiru biss wara talba għal awtorizzazzjoni u għal perjodu taż-żmien stabbilit bħal pereżempju sakemm tkun għaddejja operazzjoni tal-manutenzjoni.

(19)

Biex in-networks tal-entitajiet rilevanti u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom jitħarsu minn software malizzjuż u mhux awtorizzat, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jimplimentaw kontrolli li jipprevjenu jew jidentifikaw l-użu ta’ software mhux awtorizzat u meta xieraq, jenħtieġ li jużaw software tad-detezzjoni u tar-rispons. L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll miżuri tal-implimentazzjoni biex jċekknu kemm jista’ jkun il-wiċċ tal-attakki, inaqqsu l-vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati mill-attakkanti, jikkontrollaw l-eżekuzzjoni ta’ applikazzjonijiet fuq il-punti finali, u jużaw filtri tal-email u tal-applikazzjonijiet tal-Internet biex inaqqsu l-esponiment għall-kontenut malizzjuż.

(20)

Skont l-Artikolu 21(2), il-punt (g), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li l-entitajiet essenzjali u importanti japplikaw prattiki bażiċi tal-iġjene ċibernetika u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà. Il-prattiki bażiċi tal-iġjene ċibernetika jistgħu jinkludu prinċipji ta’ fiduċja żero, aġġornamenti tas-software, konfigurazzjoni tal-apparati, segmentazzjoni tan-network, ġestjoni tal-identità u tal-aċċess, jew tixrid tal-għarfien fost l-utenti, jorganizzaw taħriġ għall-persunal tagħhom u jipprovdu tagħrif fuq it-theddid ċibernetiku, il-phishing jew it-tekniki tas-social engineering. Il-prattiki tal-iġjene ċibernetika huma parti minn rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi differenti tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-prattiki bażiċi tal-iġjene ċibernetika għall-utenti, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw prattiki bħal politiki ta’ desk u skrin vojta, l-użu ta’ multifatturi u mezzi oħra tal-awtentikazzjoni, l-użu sikur tal-emails u tal-ibbrawżjar fuq l-Internet, il-protezzjoni mill-phishing u mis-social engineering, prattiki siguri tax-xogħol remot.

(21)

Biex ikun evitat l-aċċess mhux awtorizzat għall-assi tal-entitajiet rilevanti, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politika speċifika skont is-suġġett li tkun tindirizza l-aċċess minn persuni u minn networks u sistemi tal-informazzjoni, bħall-applikazzjonijiet.

(22)

Biex ikun evitat li l-impjegati jkunu jistgħu jużaw ħażin, pereżempju, id-drittijiet tal-aċċess fl-entità rilevanti biex jagħmlu ħsara u jikkawżaw danni, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw miżuri adegwati tal-ġestjoni tas-sigurtà tal-impjegati u jxerrdu tagħrif fost il-persunal dwar dawn ir-riskji. L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu, jikkomunikaw u jħaddmu proċess dixxiplinari għat-trattament tal-ksur tal-politiki tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti, li jistgħu jiġu inkorporati fi proċessi dixxiplinari oħra stabbiliti mill-entitajiet rilevanti. Il-verifika tal-isfondi personali mwettqa għall-impjegati u meta applikabbli l-fornituri u l-fornituri tas-servizzi diretti tal-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-għan tas-sigurtà tar-riżorsi umani fl-entitajiet rilevanti, u jistgħu jinkludu miżuri bħal verifiki tar-rekord kriminali tal-persuna jew ta’ doveri professjonali tal-passat, kif xieraq skont id-doveri tal-persuna fl-entità rilevanti u skont il-politika tal-entità rilevanti dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni.

(23)

L-awtentikazzjoni b’diversi fatturi tista’ ttejjeb iċ-ċibersigurtà tal-entitajiet u jenħtieġ li titqies mill-entitajiet b’mod partikolari meta l-utenti jaċċessaw in-networks u s-sistemi tal-informazzjoni minn postijiet remoti, jew meta jaċċessaw informazzjoni sensittiva jew kontijiet privileġġati u kontijiet tal-amministrazzjoni tas-sistema. L-awtentikazzjoni b’diversi fatturi tista’ tiġi kkombinata ma’ tekniki oħra li jkunu jeħtieġu fatturi addizzjonali f’ċirkostanzi speċifiċi, abbażi ta’ regoli u xejriet definiti minn qabel, bħall-aċċess minn post mhux tas-soltu, minn apparat mhux tas-soltu jew f’ħin mhux tas-soltu.

(24)

L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jimmaniġġjaw u jipproteġu l-assi ta’ valur permezz ta’ ġestjoni tajba tal-assi li jenħtieġ li sservi wkoll bħala l-bażi għall-analiżi tar-riskji u għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat. L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jimmaniġġjaw l-assi tanġibbli u intanġibbli, u jenħtieġ li joħolqu inventarju tal-assi, jassoċjaw l-assi b’livell definit ta’ klassifikazzjoni, jimmaniġġjaw u jżommu rendikonti tal-assi, u jieħdu passi biex jipproteġu l-assi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

(25)

Il-ġestjoni tal-assi jenħtieġ li tinvolvi l-klassifikazzjoni tal-assi skont it-tip, is-sensittività, il-livell tar-riskju, u r-rekwiżiti tas-sigurtà tagħhom, u l-applikazzjoni ta’ miżuri u kontrolli xierqa biex ikunu żgurati d-disponibbiltà, l-integrità, il-kunfidenzjalità, u l-awtentiċità tagħhom. Billi jikklassifikaw l-assi skont il-livell tar-riskju, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw miżuri u kontrolli tas-sigurtà xierqa biex jipproteġu l-assi, fosthom il-kriptaġġ, il-kontroll tal-aċċess inkluż kontroll tal-aċċess fiżiku u loġiku u tal-perimetru, backups, rendikonti u monitoraġġ, żamma u disponiment. Meta jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju, l-entitajiet rilevanti jistgħu jiddeterminaw il-livell tal-klassifikazzjoni abbażi tal-konsegwenzi tat-tfixkil tal-assi għall-entitajiet. L-impjegati kollha tal-entitajiet li jimmaniġġjaw l-assi jenħtieġ li jkunu midħla tal-politiki u tal-istruzzjonijiet tal-immaniġġjar tal-assi.

(26)

Il-granularità tal-inventarju tal-assi jenħtieġ li tkun xierqa għall-ħtiġijiet tal-entitajiet rilevanti. Inventarju komprensiv tal-assi jista’ jinkludi, għal kull assi, mill-inqas identifikatur uniku, is-sid tal-assi, deskrizzjoni tal-assi, il-post tal-assi, it-tip tal-assi, it-tip u l-klassifikazzjoni tal-informazzjoni pproċessata fl-assi, id-data tal-aħħar aġġornament jew patch tal-assi, il-klassifikazzjoni tal-assi f’valutazzjoni tar-riskju, u t-tmiem tal-ħajja tal-assi. Meta jidentifikaw is-sid ta’ assi, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jidentifikaw ukoll il-persuna responsabbli għall-protezzjoni tal-assi msemmi.

(27)

L-allokazzjoni u l-organizzazzjoni tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jistabbilixxu struttura konsistenti għall-governanza u l-implimentazzjoni taċ-ċibersigurtà fl-entitajiet rilevanti, u jenħtieġ li jiżguraw komunikazzjoni effettiva f’każ ta’ inċidenti. Meta jiddefinixxu u jassenjaw ir-responsabbiltajiet għal ċerti rwoli, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw rwoli bħal uffiċjal kap tas-sigurtà tal-informazzjoni, uffiċjal tas-sigurtà tal-informazzjoni, uffiċjal għall-ġestjoni tal-inċidenti, awditur, jew ekwivalenti komparabbli. L-entitajiet rilevanti jistgħu jassenjaw rwoli u responsabbiltajiet lil partijiet esterni, bħal fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

(28)

F’konformità mal-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà jridu jkunu bbażati fuq approċċ li jkopri l-perikli kollha bil-għan li jipproteġi n-networks u s-sistemi tal-informazzjoni u l-ambjent fiżiku ta’ dawk is-sistemi minn avvenimenti bħal serq, nar, għargħar, ħsarat fit-telekomunikazzjoni jew fl-elettriku, jew aċċess fiżiku mhux awtorizzat u danni fl-informazzjoni u fil-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta’ entità essenzjali jew importanti, u interferenzi magħhom, li jistgħu jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, trażmessa jew ipproċessata jew tas-servizzi offruti min-networks u s-sistemi tal-informazzjoni, jew li huma aċċessibbli permezz tagħhom. Għalhekk, ir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jindirizzaw ukoll is-sigurtà fiżika u ambjentali tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni billi jinkludu miżuri ħalli dawn is-sistemi jitħarsu minn fallimenti fis-sistemi, żbalji umani, atti malizzjużi jew fenomeni naturali. Eżempji oħra ta’ theddid fiżiku u ambjentali jistgħu jinkludu t-terremoti, splużjonijiet, sabotaġġ, theddid minn ġewwa, inkwiet ċivili, skart tossiku, u emissjonijiet ambjentali. Il-prevenzjoni ta’ telf, il-ħsarat jew kompromess tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni jew ta’ interruzzjonijiet fl-operat tagħhom minħabba l-falliment u t-tfixkil tal-utilitajiet ta’ appoġġ jenħtieġ li tgħin għall-għan tal-kontinwità tal-operat tal-entitajiet rilevanti. Barra minn hekk, il-protezzjoni mit-theddid fiżiku u ambjentali jenħtieġ li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-manutenzjoni tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-entitajiet rilevanti.

(29)

L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jfasslu u jimplimentaw miżuri tal-protezzjoni mit-theddid fiżiku u ambjentali u jiddeterminaw il-limiti minimi u massimi tal-kontroll għat-theddid fiżiku u ambjentali u jimmonitorjaw il-parametri ambjentali. Pereżempju, dawn jenħtieġ li jikkunsidraw li jinstallaw sistemi biex jidentifikaw fi stadju bikri l-għargħar f’żoni fejn ikunu jinsabu n-networks u s-sistemi tal-informazzjoni. Fir-rigward tal-periklu tan-nar, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw l-istabbiliment ta’ kompartiment separat tan-nar għaċ-ċentru tad-data, l-użu ta’ materjali reżistenti għan-nar, sensuri għall-monitoraġġ tat-temperatura u l-umdità, il-konnessjoni tal-bini ma’ sistema tal-allarm tan-nirien b’notifika awtomatizzata lid-dipartiment lokali tat-tifi tan-nar, u sistemi tad-detezzjoni bikrija u tat-tifi tan-nar. L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jwettqu regolarment ukoll taħriġ kontra n-nirien u spezzjonijiet rigward in-nirien. Barra minn hekk, biex jiżguraw il-provvista tal-enerġija, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw il-protezzjoni mill-vultaġġ żejjed u l-provvista tal-enerġija f’każ ta’ emerġenza korrispondenti, f’konformità mal-istandards rilevanti. Barra minn hekk, billi t-tisħin żejjed joħloq riskju għad-disponibbiltà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni, l-entitajiet rilevanti, b’mod partikolari l-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, jistgħu jikkunsidraw sistemi tal-arja kundizzjonata adegwati, kontinwi u ridonanti.

(30)

Dan ir-Regolament għandu l-obbligu li jispeċifika f’aktar dettall il-każijiet meta inċident jenħtieġ li jitqies sinifikanti għall-fini tal-Artikolu 23(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-kriterji jenħtieġ li jkunu tali li l-entitajiet rilevanti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk inċident hux sinifikanti, biex jinnotifikaw l-inċident f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555. Barra minn hekk, il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jitqiesu eżawrjenti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Dan ir-Regolament jispeċifika l-każijiet meta inċident jenħtieġ li jitqies sinifikanti billi jistabbilixxi każijiet orizzontali u każijiet speċifiċi skont it-tip ta’ entità.

(31)

Skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jkunu mitluba jinnotifikaw l-inċidenti sinifikanti sal-iskadenzi stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni. Dawk l-iskadenzi għan-notifika jibdew jiddekorru mill-mument meta l-entità ssir taf b’inċidenti sinifikanti bħal dawn. Għalhekk, l-entità rilevanti jeħtieġ tirrapporta l-inċidenti li, abbażi tal-valutazzjoni inizjali tagħha, jistgħu jikkawżaw tfixkil operazzjonali serju tas-servizzi jew telf finanzjarju għal dik l-entità jew jaffettwaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra billi jikkawżaw dannu materjali jew mhux materjali konsiderevoli. Għalhekk, meta entità rilevanti tkun identifikat avveniment suspettuż, jew wara li inċident potenzjali jkun inġieb għall-attenzjoni tagħha minn parti terza, bħal individwu, klijent, entità, awtorità, organizzazzjoni tal-midja, jew sors ieħor, l-entità rilevanti jenħtieġ li tivvaluta fil-ħin l-avveniment suspettuż biex tiddetermina jekk jikkostitwixxix inċident u, jekk iva, tiddetermina n-natura u s-severità tiegħu. Għalhekk, l-entità rilevanti trid titqies li saret “konxja” tal-inċident sinifikanti meta, wara din il-valutazzjoni inizjali, dik l-entità jkollha grad raġonevoli ta’ ċertezza li jkun seħħ inċident sinifikanti.

(32)

Biex jiġi stabbilit jekk inċident hux sinifikanti, meta rilevanti, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jgħoddu l-għadd ta’ utenti affettwati mill-inċident, filwaqt li jqisu l-klijenti kummerċjali u finali li magħhom l-entitajiet rilevanti jkollhom relazzjoni kuntrattwali, u l-persuni fiżiċi u ġuridiċi assoċjati mal-klijenti kummerċjali. Meta entità rilevanti ma tkunx tista’ tikkalkula l-għadd ta’ utenti affettwati, għall-fini tal-kalkolu tal-għadd totali ta’ utenti affettwati mill-inċident jenħtieġ li titqies l-istima tal-entità rilevanti tal-għadd massimu possibbli tal-utenti affettwati. Il-portata ta’ inċident li jinvolvi servizz fiduċjarju jenħtieġ li mhux biss jiġi ddeterminat mill-għadd ta’ utenti iżda anki mill-għadd ta’ partijiet dipendenti, għax dawn jistgħu jiġu affettwati bl-istess mod minn inċident sinifikanti li jinvolvi servizz fiduċjarju fir-rigward ta’ tfixkil operazzjonali u danni materjali jew mhux materjali. Għalhekk, meta jkunu qed jistabbilixxu jekk inċident hux sinifikanti, il-fornituri tas-servizzi fiduċjarji jenħtieġ li, meta applikabbli, iqisu wkoll l-għadd ta’ partijiet dipendenti. Għal dak il-għan, il-partijiet dipendenti jenħtieġ li jinftiehmu bħala persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jiddependu fuq servizz fiduċjarju.

(33)

L-operazzjonijiet tal-manutenzjoni li jillimitaw jew iwaqqfu d-disponibbiltà tas-servizzi jenħtieġ li ma jitqisux bħala inċidenti sinifikanti jekk id-disponibbiltà limitata jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-servizz isiru skont operazzjoni tal-manutenzjoni skedata. Barra minn hekk, meta servizz ma jkunx disponibbli minħabba xi interruzzjonijiet ippjanati, bħal interruzzjonijiet jew nuqqas ta’ disponibbiltà skont ftehim kuntrattwali determinat minn qabel, dan jenħtieġ li ma jitqiesx bħala inċident sinifikanti.

(34)

It-tul taż-żmien ta’ inċident li jħalli impatt fuq id-disponibbiltà ta’ servizz jenħtieġ li jitkejjel minn meta jitfixkel il-forniment xieraq ta’ dak is-servizz sal-mument tal-irkupru. Meta entità rilevanti ma tkunx tista’ tiddetermina l-mument meta beda t-tfixkil, it-tul tal-ħin tal-inċident jenħtieġ li jitkejjel mill-mument meta jkun ġie identifikat l-inċident, jew mill-mument meta l-inċident ikun ġie rreġistrat fil-logs tan-network jew tas-sistema jew f’sorsi oħra tad-data, skont liema jseħħ l-ewwel.

(35)

Meta il-waqfien totali ta’ servizz jenħtieġ li jitkejjel mill-mument meta s-servizz ma jkunx disponibbli għall-utenti, sal-mument meta l-attivitajiet jew l-operazzjonijiet regolari jerġgħu lura għal-livell tas-servizz ipprovdut qabel l-inċident. Meta entità rilevanti ma tkunx tista’ tiddetermina l-ħin meta beda l-waqfien totali ta’ servizz, dan jenħtieġ li jibda jitkejjel mill-mument meta jkun ġie identifikat minn dik l-entità.

(36)

Biex jiddeterminaw it-telf finanzjarju dirett minħabba inċident, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jqisu t-telf finanzjarju kollu li jkunu ġarrbu minħabba l-inċident, bħal kostijiet għas-sostituzzjoni jew ir-rilokazzjoni ta’ software, hardware jew infrastruttura, il-kostijiet tal-persunal, inkluż il-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni jew ir-rilokazzjoni tal-persunal, ir-reklutaġġ ta’ persunal addizzjonali, ir-remunerazzjoni għal sigħat supplimentari u għal irkupru ta’ ħiliet mitlufa jew nieqsa, it-tariffi minħabba xi nonkonformità mal-obbligi kuntrattwali, il-kostijiet għal rimedju u kumpens lill-klijenti, id-dħul mitluf, il-kostijiet assoċjati mal-komunikazzjoni interna u esterna, il-kostijiet għall-konsulenza, inkluż il-kostijiet assoċjati mal-konsulenza legali, servizzi forensiċi u s-servizzi ta’ rimedju, u kostijiet oħra assoċjati mal-inċident. Madankollu, il-multi amministrattivi, kif ukoll il-kostijiet meħtieġa għall-operat ta’ kuljum tan-negozju jenħtieġ li ma jitqisux bħala telf finanzjarju minħabba inċident, inkluż il-kostijiet għall-manutenzjoni ġenerali tal-infrastruttura, tat-tagħmir, tal-hardware u tas-software, l-aġġornamenti tal-ħiliet tal-persunal, il-kostijiet interni jew esterni għat-tisħiħ tan-negozju wara l-inċident, inkluż l-aġġornamenti, it-titjib u l-inizjattivi ta’ valutazzjoni tar-riskji, u l-primjums tal-assigurazzjoni. L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jikkalkulaw l-ammonti tat-telf finanzjarju abbażi tad-data disponibbli u, meta l-ammonti attwali tat-telf finanzjarju ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati, l-entitajiet jenħtieġ li jagħmlu stima ta’ dawk l-ammonti.

(37)

L-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jkunu obbligati wkoll jirrappurtaw l-inċidenti li kkawżaw jew li kapaċi jikkawżaw il-mewt ta’ persuni fiżiċi jew dannu konsiderevoli għas-saħħa ta’ persuni fiżiċi, bħal pereżempju inċidenti jkunu każijiet partikolarment serji li jikkawżaw danni materjali jew mhux materjali konsiderevoli. Pereżempju, inċident li jaffettwa entità rilevanti jista’ jikkawża nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa jew ta’ emerġenza, jew it-telf ta’ kunfidenzjalità jew integrità tad-data b’effett fuq is-saħħa ta’ persuni fiżiċi. Biex jiddeterminaw jekk inċident ikkawżax jew hux kapaċi jikkawża dannu konsiderevoli għas-saħħa ta’ persuna fiżika, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li jqisu jekk l-inċident ikkawżax jew hux kapaċi jikkawża korrimenti serji u problemi tas-saħħa. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiġbru informazzjoni addizzjonali li ma jkollhomx aċċess għaliha.

(38)

Id-disponibbiltà limitata jenħtieġ li titqies li tiġri b’mod partikolari meta servizz ipprovdut minn entità rilevanti jkun konsiderevolment aktar bil-mod mill-ħin tar-rispons medju, jew meta ma jkunux disponibbli l-funzjonalitajiet kollha tas-servizz. Meta possibbli, biex jiġi vvalutat id-dewmien fil-ħin tar-rispons, jenħtieġ li jintużaw kriterji oġġettivi bbażati fuq il-ħinijiet tar-rispons medji tas-servizzi pprovduti mill-entitajiet rilevanti. Funzjonalità ta’ servizz tista’ tkun, pereżempju, funzjonalità ta’ chat jew funzjonalità ta’ tiftix tal-immaġni.

(39)

Aċċess ta’ suċċess, bla dubju malizzjuż u mhux awtorizzat għan-network u s-sistemi tal-informazzjoni ta’ entità rilevanti jenħtieġ li jitqies inċident sinifikanti, meta dak l-aċċess ikun kapaċi jikkawża tfixkil operazzjonali serju. Pereżempju, meta attur ta’ theddid ċibernetiku jipprepożizzjona lilu nnifsu f’network u sistemi tal-informazzjoni ta’ entità rilevanti biex jikkawża tfixkil tas-servizzi fil-futur, l-inċident jenħtieġ li jitqies sinifikanti.

(40)

Inċidenti rikorrenti li jkunu marbuta bl-istess kawża ewlenija apparenti, li individwalment ma jissodisfawx il-kriterji ta’ inċident sinifikanti, jenħtieġ li kollettivament jitqiesu bħala inċident sinifikanti, diment li kollettivament ikunu jissodisfaw il-kriterju ta’ telf finanzjarju, u li jkunu ġraw mill-inqas darbtejn fi żmien sitt xhur. Inċidenti rikorrenti bħal dawn jistgħu jindikaw nuqqasijiet u dgħufijiet sinifikanti fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tal-entità rilevanti u l-livell tal-maturità taċ-ċibersigurtà tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-inċidenti rikorrenti jistgħu jikkawżaw telf finanzjarju sinifikanti għall-entità rilevanti.

(41)

Il-Kummissjoni skambjat pariri u kkooperat mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni u mal-ENISA dwar l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 21(5) u 23(11) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

(42)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Settembru 2024.

(43)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva (UE) 2022/2555,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Ursula VON DER LEYEN

Il-President

Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament, fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, ir-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, tal-magni tat-tiftix online u tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji (l-entitajiet rilevanti) jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u jispeċifika f’aktar dettall il-każijiet meta inċident għandu jitqies sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

Artikolu 2 Rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi
Artikolu 3 Inċidenti sinifikanti
Artikolu 4 Inċidenti rikorrenti

Inċidenti li waħedhom ma jitqisux bħala inċident sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3, għandhom jitqiesu kollettivament bħala inċident sinifikanti wieħed meta jkunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

Artikolu 5 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS

Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g), meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 6 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tar-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell

Fir-rigward tar-reġistri tal-ismijiet tad-dominju tal-ogħla livell, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 7 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing

Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 8 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data

Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 9 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut

Fir-rigward tal-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 10 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ġestiti u l-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti

Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ġestiti u l-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 11 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-swieq online

Fir-rigward tal-fornituri tas-swieq online, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 12 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online

Fir-rigward tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 13 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali

Fir-rigward tal-fornituri tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g) meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 14 Inċidenti sinifikanti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji

Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji, inċident għandu jitqies sinifikanti skont l-Artikolu 3(1)(g), meta jkun jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

Artikolu 15 Tħassir

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/151 (4) huwa mħassar.

Artikolu 16 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/151 tat-30 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ speċifikazzjoni ulterjuri tal-elementi li għandhom iqisu l-fornituri tas-servizzi diġitali għall-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni u tal-parametri għad-determinazzjoni dwar jekk inċident għandux impatt sostanzjali (ĠU L 26, 31.1.2018, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/151/oj).

ANNESS Rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament

ANNESS

Rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

Links
Tip ta’ link Kwistjoni
is related to NIS2 Technical Implementation Guidance