+REGOLAMENT (UE) 2017/1369 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Obbligi ġenerali tal-fornituri
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 4 Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 5 Obbligi tan-negozjanti
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 6 Obbligi oħrajn tal-fornituri u n-negozjanti
---+Artikolu 7 Obbligi tal-Istati Membri
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 9 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 5.
------+Artikolu 9 6.
------+Artikolu 9 7.
------+Artikolu 9 8.
------+Artikolu 9 9.
---+Artikolu 10 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 11 Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
------+Artikolu 11 7.
------+Artikolu 11 8.
------+Artikolu 11 9.
------+Artikolu 11 10.
------+Artikolu 11 11.
------+Artikolu 11 12.
------+Artikolu 11 13.
---+Artikolu 12 Il-bażi tad-data tal-prodotti
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
------+Artikolu 12 7.
------+Artikolu 12 8.
------+Artikolu 12 9.
------+Artikolu 12 10.
------+Artikolu 12 11.
------+Artikolu 12 12.
---+Artikolu 13 Standards armonizzati
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 14 Forum ta' Konsultazzjoni
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
---+Artikolu 15 Pjan ta' ħidma
---+Artikolu 16 Atti Delegati
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
------+Artikolu 16 4.
------+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 17 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
------+Artikolu 17 4.
------+Artikolu 17 5.
------+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 18 Proċedura tal-kumitat
------+Artikolu 18 1.
------+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 19 Evalwazzjoni u rapport
---+Artikolu 20 Tħassir u miżuri transizzjonali
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
------+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 21 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS I
---+ANNESS II
|
English -
European Union -
Energy -
REGOLAMENT (UE) 2017/1369 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2017/1369 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
|
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“prodott relatat mal-enerġija” jew “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew sistema b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz, li jinkludi parts b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għall-klijenti u li huma maħsuba li jiġu inkorporati fi prodotti;
(2)
“grupp ta' prodotti” tfisser grupp ta' prodotti li jkollhom l-istess funzjonalità ewlenija;
(3)
“sistema” tfisser taħlita ta' diversi oġġetti li meta jitqiegħdu flimkien iwettqu funzjoni speċifika f'ambjent mistenni u li l-effiċjenza enerġetika tagħhom tista' mbagħad tiġi ddeterminata bħala entità unika;
(4)
“mudell” tfisser verżjoni ta' prodott li l-unitajiet tiegħu kollha jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u l-istess skeda informattiva dwar il-prodott, u li jkollhom ukoll l-istess identifikatur tal-mudell;
(5)
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew l-istess isem tal-fornitur;
(6)
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u l-istess skeda informattiva dwar il-prodott, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess forniturbħala mudell ieħor b'identifikatur differenti tal-mudell;
(7)
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus kif ukoll jekk mingħajr ħlas;
(8)
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li l-prodott jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni;
(9)
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta' prodott fis-suq tal-Unjoni, għall-fini maħsub għalih;
(10)
“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u tirreklama dak il-prodott taħt l-isem jew il-marka kummerċjali tagħha;
(11)
“rappreżentat awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mill-manifattur biex taġixxi f'isimha fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;
(12)
“importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
(13)
“negozjant” tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li tbigħ, tikri, toffri għal bejgħ bin-nifs, jew tqiegħed għall-wiri prodotti għal klijenti jew installaturi matul attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas u sew jekk le;
(14)
“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta' manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;
(15)
“bejgħ mill-bogħod” tfisser il-bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-Internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor li permezz tiegħu ma jkunx mistenni li l-klijent potenzjali jkun jista' jara l-prodott espost;
(16)
“klijent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri, tikri jew tirċievi prodott għall-użu personali tagħha kemm jekk tkun qed taġixxi b'finijiet marbutin mas-sengħa, in-negozju, l-artiġjanat jew il-professjoni tagħha kif ukoll jekk le;
(17)
“effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon ta' output tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, mal-input ta' enerġija;
(18)
“standard armonizzat” tfisser standard kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(19)
“tikketta” tfisser dijagramma grafika, f'forma stampata jew elettronika, li tinkludi skala magħluqa li tuża biss l-ittri minn A sa G, fejn kull ittra tirrappreżenta klassi u kull klassi tikkorrispondi għall-iffrankar tal-enerġija, f'seba' kuluri differenti li jvarjaw bejn aħdar skur u aħmar, sabiex il-klijenti jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija; din tinkludi t-tikketti riklassifikati u tikketti b'inqas klassijiet u kuluri f'konformità mal-Artikolu 11(10) u (11);
(20)
“riklassifikazzjoni” tfisser eżerċizzju biex isiru aktar stretti r-rekwiżiti għall-kisba tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika fuq tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari;
(21)
“tikketta riklassifikata” tfisser tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari li tkun ġiet soġġetta għal riklassifikazzjoni, u li tkun tingħaraf minn tikketti li jkunu għadhom ma ġewx riklassifikati, filwaqt li tiġi ppreservata l-koerenza viżiva u perċettibbli tat-tikketti kollha;
(22)
“Skeda informattiva dwar il-prodott” tfisser tabella standard b'informazzjoni relatata ma' prodott, f'forma stampata jew elettronika;
(23)
“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda informattiva dwar il-prodott b'rabta ma' prodott, inkluż ir-rapporti tat-testijiet jew evidenza teknika simili;
(24)
“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni, kif speċifikata f'att delegat, dwar il-prestazzjoni funzjonali u ambjentali ta' prodott;
(25)
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta' data li tikkonċerna prodotti, li tkun irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u ta' sigurtà speċifikati b'mod ċar;
(26)
“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli tar-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta' verifika mwettqa minn, jew f'isem, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, meta mqabbla mal-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja.
|
|
Artikolu 3 Obbligi ġenerali tal-fornituri
|
Obbligi ġenerali tal-fornituri
|
|
Artikolu 4 Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
|
Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
|
|
Artikolu 5 Obbligi tan-negozjanti
|
Obbligi tan-negozjanti
|
|
Artikolu 6 Obbligi oħrajn tal-fornituri u n-negozjanti
|
Artikolu 6 Obbligi oħrajn tal-fornituri u n-negozjanti Il-fornitur u n-negozjant:
(a)
għandhom jagħmlu referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta f'reklami viżivi jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku f'konformità mal-att delegat rilevanti;
(b)
għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta' nonkonformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu biex jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
(c)
għal prodotti koperti b'atti delegati, m'għandhomx jipprovdu jew jesponu tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħrajn li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, jekk meta jagħmlu dan aktarx ikunu qed iqarrqu jew iħawwdu lill-klijenti fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew riżorsi oħrajn użati waqt l-użu;
(d)
għall-prodotti li mhumiex koperti b'atti delegati, m'għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jixbħu t-tikketti previsti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti;.
(e)
għal prodotti mhux relatati mal-enerġija, m'għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jixbħu t-tikketti previsti f'dan ir-Regolament jew f'atti delegati.
Il-punt (d) fl-ewwel subparagrafu m'għandux jaffettwa t-tikketti previsti fil-liġi nazzjonali, sakemm dawk it-tiketti ma jkunux previsti f'atti delegati adottati.
|
|
Artikolu 7 Obbligi tal-Istati Membri
|
Obbligi tal-Istati Membri
|
|
Artikolu 8 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
|
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
|
|
Artikolu 9 Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
|
Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
|
|
Artikolu 10 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
|
Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
|
|
Artikolu 11 Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
|
Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
|
|
Artikolu 12 Il-bażi tad-data tal-prodotti
|
Il-bażi tad-data tal-prodotti
|
|
Artikolu 13 Standards armonizzati
|
Standards armonizzati
|
|
Artikolu 14 Forum ta' Konsultazzjoni
|
Forum ta' Konsultazzjoni
|
|
Artikolu 15 Pjan ta' ħidma
|
Artikolu 15 Pjan ta' ħidma Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 14, tistabbilixxi pjan ta' ħidma fit-tul li għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. Il-pjan ta' ħidma għandu jistabbilixxi lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti li huma kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-atti delegati. Il-pjan ta' ħidma għandu wkoll jistabbilixxi pjanijiet għar-reviżjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti għall-gruppi ta' prodotti f'konformità mal-Artikolu 11(4) u (5), bl-eċċezzjoni tar-riklassifikazzjoni tat-tikketti li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2017 li għalihom ir-riklassifikazzjoni hija prevista fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha taġġorna perijodikament il-pjan ta' ħidma wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv. Il-pjan ta' ħidma jista' jiġi kkombinat mal-pjan ta' ħidma meħtieġ mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE u għandu jiġi rieżaminat kull tliet snin. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħidma.
|
|
Artikolu 16 Atti Delegati
|
Atti Delegati
|
|
Artikolu 17 Eżerċizzju tad-delega
|
Eżerċizzju tad-delega
|
|
Artikolu 18 Proċedura tal-kumitat
|
Proċedura tal-kumitat
|
|
Artikolu 19 Evalwazzjoni u rapport
|
Artikolu 19 Evalwazzjoni u rapport Sat-2 ta' Awwissu 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jivvaluta kemm dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dan ippermettew lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti b'mod effettiv, b'kont meħud tal-impatti tiegħu fuq in-negozju, il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, u l-ispiża biex tiġi stabbilita u miżmuma l-bażi tad-data.
|
|
Artikolu 20 Tħassir u miżuri transizzjonali
|
Tħassir u miżuri transizzjonali
|
|
Artikolu 21 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
Artikolu 21 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017. B'deroga mit-tieni paragrafu, l-Artikolu 4 dwar l-obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI U KRITERJI FUNZJONALI GĦALL-PARTI PUBBLIKA TAL-BAŻI TAD-DATA
1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data mill-fornitur:
(a)
l-isem jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;
(b)
l-identifikatur tal-mudell;
(c)
it-tikketta f'format elettroniku;
(d)
il-klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika u parametri oħra tat-tikketta;
(e)
il-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott f'format elettroniku.
2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-portal online mill-Kummissjoni:
(a)
id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri;
(b)
pjan ta' ħidma skont l-Artikolu 15;
(c)
il-minuti tal-Forum Konsultattiv;
(d)
inventarju tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-metodi transizzjonali ta' kejl u ta' kalkolu u l-istandards armonizzati applikabbli.
3. L-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data mill-fornitur:
(a)
l-identifikatur tal-mudell tal-mudelli ekwivalenti kollha li diġà tqiegħdu fis-suq;
(b)
id-dokumentazzjoni teknika kif speċifikat fl-Artikolu 12(5).
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi link għas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), li tinkludi l-eżitu tal-kontrolli tal-konformità li jsiru mill-Istati Membri u l-miżuri proviżorji adottati.
4. Kriterji funzjonali tal-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott:
(a)
kull mudell ta' prodott għandu jkun jista' jinstab bħala rekord individwali;
(b)
hija għandha tiġġenera bħala fajl uniku li jista' jinfetaħ, jitniżżel u jiġi stampat tat-tikketta tal-enerġija għal kull mudell, kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi tal-iskeda informattiva sħiħa dwar il-prodott, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(c)
l-informazzjoni għandha tkun tista' tinqara mill-magni, tista' titqiegħed f'ordni u tista' titfittex, b'rispett tal-istandards miftuħa għal użu minn parti terza, mingħajr ħlas;
(d)
għandu jiġi stabbilit u miżmum punt ta' assistenza online jew punt ta' kuntatt għall-fornituri, indikat b'mod ċar fuq il-portal.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Direttiva 2010/30/UE
|
Dan ir-Regolament
|
|
Artikolu 1(1)
|
Artikolu 1(1)
|
|
Artikolu 1(2)
|
—
|
|
Artikolu 1(3)(a) u (b)
|
Artikolu 1(2)(a) u (b)
|
|
Artikolu 1(3)(c)
|
—
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2
|
|
Artikolu 2(a)
|
Artikolu 2(1)
|
|
Artikolu 2(b)
|
Artikolu 2(22)
|
|
Artikolu 2(c)
|
—
|
|
Artikolu 2(d)
|
—
|
|
Artikolu 2(e)
|
—
|
|
Artikolu 2(f)
|
—
|
|
Artikolu 2(g)
|
Artikolu 2(13)
|
|
Artikolu 2(h)
|
Artikolu 2(14)
|
|
Artikolu 2(i)
|
Artikolu 2(8)
|
|
Artikolu 2(j)
|
Artikolu 2(9)
|
|
Artikolu 2(k)
|
—
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 7
|
|
Artikolu 3(1)
|
Artikolu 7(3)
|
|
Artikolu 3(1)(b)
|
Artikolu 6(c)
|
|
Artikolu 3(1)(c)
|
Artikolu 7(3)
|
|
Artikolu 3(1)(d)
|
Artikolu 8(2)
|
|
Artikolu 3(2)
|
Artikolu 6(b) u Artikolu 9
|
|
Artikolu 3(3)
|
Artikolu 8(1)
|
|
Artikolu 3(4)
|
—
|
|
Artikolu 4(a)
|
Artikolu 5
|
|
Artikolu 4(b)
|
—
|
|
Artikolu 4(c)
|
Artikolu 6(a)
|
|
Artikolu 4(d)
|
Artikolu 6(a)
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 3(1) u Artikolu 6
|
|
Artikolu 5(a)
|
Artikolu 3(1)
|
|
Artikolu 5(b), punti (i), (ii), (iii) u (iv)
|
Artikolu 4(6) u Anness I
|
|
Artikolu 5(c)
|
Artikolu 4(6)
|
|
Artikolu 5(d)
|
Artikolu 3(1)
|
|
Artikolu 5(d), it-tieni subparagrafu
|
Artikolu 3(1)
|
|
Artikolu 5(e)
|
Artikolu 3(1)
|
|
Artikolu 5(f)
|
—
|
|
Artikolu 5(g)
|
Artikolu 3(1)
|
|
Artikolu 5(h)
|
—
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 5(1) u Artikolu 6
|
|
Artikolu 6(a)
|
Artikolu 5(1)(a)
|
|
Artikolu 6(b)
|
Artikolu 5(1)(a)
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 16(3)(e) u (g)
|
|
Artikolu 8(1)
|
Artikolu 7(1)
|
|
Artikolu 8(2)
|
—
|
|
Artikolu 9(3)
|
Artikolu 7(2)
|
|
Artikolu 9(4)
|
—
|
|
Artikolu 10(1)
|
Artikolu 16
|
|
Artikolu 10(1), it-tieni paragrafu
|
Artikolu 16(2)
|
|
Artikolu 10(1), it-tielet paragrafu
|
—
|
|
Artikolu 10(1) ir-raba' paragrafu
|
Artikolu 16(3)(c)
|
|
Artikolu 10(2)(a)
|
Artikolu 16(2)(a)
|
|
Artikolu 10(2)(b)
|
Artikolu 16(2)(b)
|
|
Artikolu 10(2)(c)
|
—
|
|
Artikolu 10(3)(a)
|
—
|
|
Artikolu 10(3)(b)
|
—
|
|
Artikolu 10(3)(c)
|
Artikolu 14
|
|
Artikolu 10(3)(d)
|
—
|
|
Artikolu 10(4)(a)
|
Artikolu 16(3)(a)
|
|
Artikolu 10(4)(b)
|
Artikolu 16(3)(k)
|
|
Artikolu 10(4)(c)
|
Artikolu 16(3)(h)
|
|
Artikolu 10(4)(d)
|
Artikolu 16(3)(b)
|
|
Artikolu 10(4)(d) it-tieni paragrafu
|
—
|
|
Artikolu 10(4)(d), it-tielet paragrafu
|
Artikolu 16(3)(b)
|
|
Artikolu 10(4)(d) ir-raba' paragrafu
|
Artikolu 11(3)
|
|
Artikolu 10(4)(d) il-ħames paragrafu
|
Artikolu 11
|
|
Artikolu 10(4)(e)
|
Artikolu 16(3)(e)
|
|
Artikolu 10(4)(f)
|
Artikolu 16(3)(h)
|
|
Artikolu 10(4)(g)
|
Artikolu 16(3)(j)
|
|
Artikolu 10(4)(h)
|
Artikolu 11(3)
|
|
Artikolu 10(4)(i)
|
Artikolu 16(3)(i)
|
|
Artikolu 10(4)(j)
|
Artikolu 16(3)(o)
|
|
Artikolu 11(1)
|
Artikolu 17(2)
|
|
Artikolu 11(2)
|
Artikolu 17(5)
|
|
Artikolu 11(3)
|
Artikolu 17(1)
|
|
Artikolu 12(1)
|
Artikolu 17(3)
|
|
Artikolu 12(2)
|
—
|
|
Artikolu 12(3)
|
Artikolu 17(3)
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 17(6)
|
|
Artikolu 14
|
Artikolu 19
|
|
Artikolu 15
|
Artikolu 7(4)
|
|
Artikolu 16
|
—
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 20
|
|
Artikolu 18
|
Artikolu 21
|
|
Artikolu 19
|
Artikolu 21
|
|
Anness I
|
—
|
|
—
|
Anness I
|
|
Anness II
|
Anness II
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|