+REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Obbligi tal-fornituri tat-tajers
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
------+Artikolu 4 8.
------+Artikolu 4 9.
------+Artikolu 4 10.
---+Artikolu 5 Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6 Obbligi tad-distributuri tat-tajers
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 6 6.
------+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 7 Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi
---+Artikolu 8 Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting
---+Artikolu 9 Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl
---+Artikolu 10 Proċedura ta’ verifika
---+Artikolu 11 Obbligi tal-Istati Membri
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 12 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 13 Atti delegati
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 14 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 15 Evalwazzjoni u rapport
---+Artikolu 16 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369
---+Artikolu 17 Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009
---+Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS
---+ANNESS II KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER
---+ANNESS III SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
---+ANNESS IV INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU
---+ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN
---+ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA
---+ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATATAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR
---+ANNESS VIII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2020

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, biex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers, sabiex jiżdiedu s-sikurezza, il-protezzjoni tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta’ tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, li jservu fit-tul u li jkunu sikuri b’livelli baxxi ta’ storbju.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“tajers C1”, “tajers C2” u “tajers C3” tfisser tajers li jappartjenu għall-klassijiet rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

(2) 

“tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat li jiġi rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;

(3) 

“tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;

(4) 

“tajers off-road professjonali” tfisser tajer ta’ użu speċjali, użat primarjament f’kondizzjonijiet severi ta’ off-road;

(5) 

“tikketta ta’ tajer” tfisser dijagramma grafika, f’forma stampata jew elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex l-utenti aħħarija jkunu infurmati dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew ta’ lott ta’ tajers, relattivament għall-parametri stabbiliti fl-Anness I;

(6) 

“post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u jkunu offruti għall-bejgħ, inklużi show rooms tal-karozzi fejn it-tajers li mhumiex armati fuq il-vetturi jkunu offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija;

(7) 

“materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, li tkun prodotta minn fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ reklamar bl-informazzjoni li tinsab fl-Anness IV;

(8) 

“skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument standard li fih l-informazzjoni li tinsab fl-Anness III u li jkun f’forma stampata jew elettronika;

(9) 

“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni li tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni, inkluż l-informazzjoni li tinsab fil-punt (2) tal-Anness VII;

(10) 

“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369;

(11) 

“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, fuq l-internet, bit-telemarketing jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara t-tajer espost;

(12) 

“manifattur” tfisser manifattur kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(13) 

“importatur” tfisser importatur kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(14) 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’isem il-manifattur fir-rigward ta’ kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(15) 

“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;

(16) 

“distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-fornitur, li tikkummerċjalizza prodott fis-suq;

(17) 

“kummerċjalizzazzjoni fis-suq” tfisser kummerċjalizzazzjoni fis-suq kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(18) 

“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(19) 

“utent aħħari” tfisser konsumatur, diriġent ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq li jixtru jew li huma mistennija li jixtru tajer;

(20) 

“parametru” tfisser karatteristika ta’ tajer li għandha impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza tat-triq jew is-saħħa matul l-użu tat-tajer, bħall-brix tat-tajer, il-kilometraġġ, ir-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-qabda fuq il-borra jew il-qabda fuq s-silġ;

(21) 

“tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li għaliha l-karatteristiċi tekniċi fuq it-tikketta tat-tajer, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott u l-identifikatur tat-tip ta’ tajer ikunu l-istess għall-unitajiet kollha ta’ dik il-verżjoni;

(22) 

“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli bejn ir-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta’ verifika mwettqa minn, jew f’isem, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, u l-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja;

(23) 

“identifikatur tat-tip ta’ tajer” tfisser kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tipi oħra ta’ tajers li jkollhom l-istess isem kummerċjali jew l-istess trademark bħal dak tal-fornitur;

(24) 

“tip ekwivalenti ta’ tajer” tfisser tip ta’ tajer li jitqiegħed fis-suq mill-istess fornitur bħala tip ieħor ta’ tajer b’identifikatur differenti tat-tip ta’ tajer u li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi li jkunu rilevanti għat-tikketta tat-tajer u l-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

Artikolu 4 Obbligi tal-fornituri tat-tajers

Obbligi tal-fornituri tat-tajers

Artikolu 5 Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti

Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti

Artikolu 6 Obbligi tad-distributuri tat-tajers

Obbligi tad-distributuri tat-tajers

Artikolu 7 Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi

Artikolu 7

Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi

Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jagħtu, qabel ma jsir il-bejgħ, lil dawk l-utenti aħħarija t-tikketta għat-tajers offruti jew immuntati mal-vettura u kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku rilevanti, u għandhom jiżguraw li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli.

Artikolu 8 Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting

Artikolu 8

Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting

Fejn fornitur ta’ servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ tajers permezz tas-sit web tiegħu, dak il-fornitur tas-servizz għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti mill-fornitur qrib l-indikazzjoni tal-prezz u għandu jinforma lid-distributur dwar l-obbligu li jesponi t-tikketta tat-tajer u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

Artikolu 9 Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl

Artikolu 9

Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata taħt l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri indikati fuq it-tikketta tat-tajer għandha tinkiseb f’konformità mal-metodi ta’ ttestjar imsemmija fl-Anness I u mal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju msemmija fl-Anness V.

Artikolu 10 Proċedura ta’ verifika

Artikolu 10

Proċedura ta’ verifika

Għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness VI meta jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11 Obbligi tal-Istati Membri

Obbligi tal-Istati Membri

Artikolu 12 Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

Artikolu 13 Atti delegati

Atti delegati

Artikolu 14 Eżerċizzju tad-delega

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 15 Evalwazzjoni u rapport

Artikolu 15

Evalwazzjoni u rapport

Sal-1 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Dak ir-rapport għandu jivvaluta kemm dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu kienu effettivi biex wasslu lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta’ prestazzjoni aħjar, b’kont meħud tal-impatt ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ verifika obbligatorja indipendenti minn parti terza tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta tat-tajer, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fir-rigward tal-qafas usa’ previst mir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

Artikolu 16 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369

Artikolu 16

Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u taħt ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).

Artikolu 17 Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Artikolu 17

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Mejju 2021.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18 Dħul fis-seħħ

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS

ANNESS I

ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS

Parti A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC f’N/kN), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u tiġi allinjata skont il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju deskritta fl-Anness V.

Jekk tip ta’ tajer jappartjeni għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifikazzjoni użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dak it-tip ta’ tajer għandha tkun dik li hija applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1).


 

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil

RRC f’N/kN

RRC f’N/kN

RRC f’N/kN

A

RRC ≤ 6,5

RRC ≤ 5,5

RRC ≤ 4,0

B

6,6 ≤ RRC ≤ 7,7

5,6 ≤ RRC ≤ 6,7

4,1 ≤ RRC ≤ 5,0

C

7,8 ≤ RRC ≤ 9,0

6,8 ≤ RRC ≤ 8,0

5,1 ≤ RRC ≤ 6,0

D

9,1 ≤ RRC ≤ 10,5

8,1 ≤ RRC ≤ 9,0

6,1 ≤ RRC ≤ 7,0

E

RRC ≥ 10,6

RRC ≥ 9,1

RRC ≥ 7,1

Parti B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab

1. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt, ikkalkolata skont il-punt 2 u mkejla skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

2. Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

G = G(T) – 0,03

fejn:

G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed


 

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

G

G

A

1,55 ≤ G

1,40 ≤ G

1,25 ≤ G

B

1,40 ≤ G ≤ 1,54

1,25 ≤ G ≤ 1,39

1,10 ≤ G ≤ 1,24

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39

1,10 ≤ G ≤ 1,24

0,95 ≤ G ≤ 1,09

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

0,95 ≤ G ≤ 1,09

0,80 ≤ G ≤ 0,94

E

G ≤ 1,09

G ≤ 0,94

G ≤ 0,79

Parti C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N, f’dB(A)) għandu jiġi ddikjarat f’deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-valuri limitu (LV) stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej:


N ≤ LV – 3

LV – 3 < N ≤ LV

N > LV

image

image

image

Parti D: Qabda fuq il-borra

Il-prestazzjoni tal-qabda tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra, u t-tikketta tat-tajer għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.

image

Parti E: Qabda fuq is-silġ

Il-prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata skont metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, inklużi, fejn xieraq, standards internazzjonali, li jieħdu kont tal-metodi ġeneralment rikonoxxuti bħala l-aktar reċenti u avvanzati.

It-tikketta tat-tajer li jissodisfa l-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.

image

ANNESS II KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER

ANNESS II

KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER

1. Kontenut tat-tikketta tat-tajer

1.1. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-parti ta’ fuq tat-tikketta tat-tajer.

image

I. Kodiċi QR;

II. L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur;

III. Identifikatur tat-tip ta’ tajer;

IV. Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer, indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u simbolu tal-kategorija tal-veloċità, kif indikat fir-Regolament Nru 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) ( 1 ), fil-verżjoni tiegħu l-aktar aġġornata applikabbli fl-Unjoni (Regolament tan-NU/KEE Nru 30) u r-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) ( 2 ), fil-verżjoni tiegħu l-aktar aġġornata applikabbli fl-Unjoni (Regolament tan-NU/KEE Nru 54) għal tajers C1, tajers C2 u tajers C3, skont kif applikabbli;

V. Klassi tat-tajer: jiġifieri C1, C2 jew C3;

VI. Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, skala u klassi ta’ prestazzjoni;

VII. Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab, skala u klassi ta’ prestazzjoni.

1.2. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers kollha minbarra tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, jew il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ, jew it-tnejn li huma:

image

I Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;

II In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".

1.3. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

image

I Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;

II Pittogramma ta’ qabda fuq il-borra;

III In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".

1.4. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:

image

I. Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;

II. Pittogramma ta’ qabda fuq is-silġ;

III. In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".

1.5. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw kemm il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 kif ukoll il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:

image

I. Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB(A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;

II. Pittogramma ta’ qabda fuq il-borra;

III. Pittogramma ta’ qabda fuq is-silġ;

IV. In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".

2. Format tat-tikketta tat-tajer

2.1. Il-format tal-parti ta’ fuq tat-tikketta tat-tajer:

image

▼B

2.1.1. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers kollha minbarra tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, jew il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ, jew it-tnejn li huma:

image

2.1.2. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117:

image

2.1.3. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għal tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:

image

2.1.4. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw kemm il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 kif ukoll il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:

image

▼B

2.2. Għall-finijiet tal-punt 2.1:

(a) 

Id-daqs minimu tat-tikketta tat-tajer: wisa’ 75 mm u għoli 110 mm. F’każ li t-tikketta tat-tajer tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq;

(b) 

Sfond tat-tikketta tat-tajer: 100 % abjad;

(c) 

Tipi: Verdana u Calibri;

(d) 

Qisien u speċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta tat-tajer: kif speċifikat hawn fuq;

(e) 

Il-kodiċijiet tal-kuluri, billi jintuża CMYK – blu jagħti fl-aħdar ("cyan"), maġenta, isfar u iswed, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

— 
il-kuluri tal-logo tal-UE kif ġej:
— 
sfond: 100,80,0,0;
— 
stilel: 0,0,100,0;
— 
kulur tal-logo tal-enerġija: 100,80,0,0;
— 
kodiċi QR: 100 % iswed;
— 
isem kummerċjali jew trademark tal-fornitur: 100 % iswed u ►C2  b’tipa grassa Verdana 8 pt; ◄
— 
identifikatur tat-tip ta’ tajer: 100 % iswed u ►C2  b’tipa regolari Verdana 8 pt; ◄
— 
deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer, indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u simbolu tal-kategorija tal-veloċità: 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 10 pt;
— 
klassi tat-tajer: 100 % iswed u ►C2  b’tipa regolari Verdana, 8 pt ◄ allinjati fuq il-lemin;
— 
►C2  ittri tal-iskala tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-iskala tal-qabda fuq l-imxarrab: 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 15 pt; b’kontorn iswed ta’ 0,15 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 3 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ; ◄
— 
►C2  kodiċi tal-kuluri CMYK tal-vleġeġ għall-iskala tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil A sa E, b’kontorn iswed ta’ 0,15 pt, kif ġej: ◄
— 
Klassi-A: 100,0,100,0;
— 
Klassi-B: 45,0,100,0;
— 
Klassi-C: 0,0,100,0;
— 
Klassi-D: 0,30,100,0;
— 
Klassi-E: 0,100,100,0;
— 
►C2  kodiċi tal-kuluri CMYK tal-vleġeġ għall-iskala tal-qabda fuq l-imxarrab minn A sa E, b’kontorn iswed ta’ 0,15 pt, kif ġej: ◄
— 
A : 100,60,0,0;
— 
B : 90,40,0,0;
— 
C : 65,20,0,0;
— 
D : 50,10,0,0;
— 
E : 30,0,0,0;
— 
diviżuri interni: ħxuna ta’ 0,5 pts, il-kulur għandu jkun 100 % iswed;
— 
►C2  ittra tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab: 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 20 pt. ◄ Il-vleġeġ tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-qabda fuq l-imxarrab u l-vleġeġ korrispondenti fl-iskala A sa E għandhom ikunu pożizzjonati b’tali mod li l-ponot tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil- vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tkun pożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandha tkun 100 % sewda;
— 
►C2  pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil: wisa’ 16 mm, għoli 13 mm, ħxuna 0,8 pts, ◄ kulur: 100 % iswed
— 
►C2  pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab: wisa’ 20 mm, għoli 13 mm, ħxuna 0,8 pts, kulur: 100 % iswed; ◄
— 
►C2  pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien: wisa’ 24 mm, għoli 18 mm, ħxuna 0,8 pts, kulur: 100 % iswed. In-numru ta’ deċibeli fil-loudspeaker b’tipa grassa Verdana, 10 pt, l-unità ‘dB’ b’dik regolari Verdana, 8 pt; il-firxa tal-klassijiet tal-istorbju estern tad-dawrien (minn A sa C) iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien applikabbli b’tipa grassa Verdana, 12 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju estern tad-dawrien b’tipa regolari Verdana, 8 pt; ◄
— 
pittogramma tal-qabda fuq is-silġ: wisa’ 15 mm, għoli 14 mm, ►C2  ħxuna 0,8 pts, ◄ kulur: 100 % iswed;
— 
►C2  pittogramma tal-qabda fuq is-silġ: wisa’ 15 mm, għoli 13 mm, ħxuna 0,8 pts, ħxuna tal-linji oblikwi 0,2 pts, kulur: 100 % iswed; ◄
— 
in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u ►C2  b’tipa regolari Verdana 5 pt. ◄
ANNESS III SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

ANNESS III

SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

L-informazzjoni fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mat-tajer, u għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

l-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur jew tal-manifattur jekk differenti minn dawk tal-fornitur;

(b) 

l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;

(c) 

id-deżinjazzjoni tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u s-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajer, kif indikat fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 30 jew fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 54 għal tajers C1, tajers C2 u tajers C3, skont kif applikabbli;

(d) 

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;

(e) 

il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;

(f) 

il-klassi u l-valur f’deċibeli tal-istorbju estern tad-dawrien skont l-Anness I;

(g) 

indikazzjoni jekk it-tajer huwiex tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra;

(h) 

indikazzjoni jekk it-tajer huwiex tajer għal qabda fuq is-silġ;

(i) 

id-data tal-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta’ tajer (żewġ ċifri għall-ġimgħa u żewġ ċifri għas-sena);

(j) 

id-data tat-tmiem tal-produzzjoni tat-tip tat-tajer, ladarba tkun magħrufa (żewġ ċifri għall-ġimgħa u żewġ ċifri għas-sena).

ANNESS IV INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU

ANNESS IV

INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU

1. L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża f’materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni kif ġej:

(a) 

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “E”);

(b) 

il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “E”);

(c) 

il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien f’dB;

(d) 

indikazzjoni dwar jekk it-tajer huwiex tajer għall-użu f’kundizzjonijiet severi ta’ borra;

(e) 

indikazzjoni dwar jekk it-tajer huwiex tajer għal qabda fuq is-silġ.

2. L-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandha tinqara faċilment;

(b) 

għandha tinftiehem faċilment;

(c) 

jekk fi ħdan familja ta’ tajers it-tipi ta’ tajers huma klassifikati b’mod differenti skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-medda bejn it-tipi ta’ tajers bil-prestazzjoni l-aktar baxxa u dawk bil- prestazzjoni l-aktar għolja.

3. Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fis-siti web tagħhom dan li ġej:

(a) 

link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;

(b) 

spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta tat-tajer;

(c) 

stqarrija li tenfasizza l-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment minn dawn li ġejjin:

— 
is-sewqan ekoloġiku jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil;
— 
il-pressjoni tat-tajers jeħtieġ li tiġi vverifikata regolarment biex jiġu ottimizzati l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-qabda fuq l-imxarrab ;
— 
id-distanzi tal-waqfien għandhom dejjem jiġu rispettati;

4. Il-fornituri u d-distributuri għandhom ukoll, fejn ikun rilevanti, jagħmlu disponibbli fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni li tenfasizza l-fatt li t-tajers għal qabda fuq is-silġ huma ddisinjati speċifikament għal uċuħ ta’ toroq koperti bis-silġ u l-borra kompatta, u li għandhom jintużaw biss f’kondizzjonijiet klimatiċi severi ħafna (eż. temperaturi kesħin) u li l-użu ta’ tajers għal qabda fuq is-silġ f’kondizzjonijiet klimatiċi inqas severi (eż. kondizzjonijiet ta’ xita jew temperaturi aktar sħan) jista’ jirriżulta f’rendiment subottimali, b’mod partikolari għall-qabda fuq l-imxarrab, il-manuvrabbiltà u t-tkagħbir bl-użu.

ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN

ANNESS V

PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji, li l-ismijiet tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju, u li huwa kapaċi jikseb il-preċiżjoni tar-riżultati tat-testijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;

(2) 

“laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;

(3) 

“tajer ta’ allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;

(4) 

“sett ta’ tajers ta’ allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers ta’ allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;

(5) 

“valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer ta’ allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li huwa rappreżentattiv tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;

(6) 

“magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl; pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.

2.   Dispożizzjonijiet ġenerali

2.1.   Prinċipju

Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm,l ), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub minn magna f’laboratorju kandidat (c), (RRCm,c ), għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu.

2.2.   Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

Is-settijiet ta’ tajers ta’ allinjament għandhom jintgħażlu għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju skont il-kriterji li ġejjin. Għandu jintgħażel sett wieħed ta’ tajers ta’ allinjament għat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3:

(a) 

is-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, jew tat-tajers C3; fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, u l-inqas RRCm tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:

(i) 

3 N/kN għal tajers C1 u tajers C2; u

(ii) 

2 N/kN għal tajers C3;

(b) 

l-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm,c jew RRCm,l ), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer ta’ allinjament tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jitqassam b’mod ugwali;

(c) 

il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:

(a) 

it-tajer ta’ allinjament juri kondizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; jew

(b) 

ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm,c jew RRCm,l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.

2.3.   Metodu ta’ kejl

Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n huwa speċifikat fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, filwaqt li japplika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Kull darba li jitkejjel tajer ta’ allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

(a) 

il-valur imkejjel ta’ kull tajer ta’ allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);

(b) 

il-valur medju tal-aħħar tliet valuri mkejla għal kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorju ta’ referenza) jew il-valur medju tal-aħħar n valuri mkejla ta’ kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorji kandidati); u

(c) 

id-devjazzjoni standard (σm ), kif ġej:

image

image

fejn:

i

hija l-kuntatur minn 1 sa p għat-tajers ta’ allinjament;

j

hija l-kuntatur minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer ta’ allinjament partikulari;

n+1

huwa l-għadd ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl ta’ tajer (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza u n+1 ≥ 4 għal-laboratorji kandidati);

p

hija n-numru ta’ tajers ta’ allinjament (p ≥ 5).

2.4.   Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

Sussegwentement il-kalkoli għandhom isiru biċ-ċifri kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ulterjuri għajr fl-ekwazzjonijiet ta’ allinjament aħħari.

Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa tliet pożizzjonijiet deċimali.

Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

Il-koeffiċjenti kollha ta’ allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa erba’ pożizzjonijiet deċimali.

3.   Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji ta’ referenza u d-determinazzjoni tal-valuri assenjati

Il-valuri assenjati għal kull tajer ta’ allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u l-validità tal-valuri assenjati.

Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u jkollu devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

(a) 

mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u

(b) 

mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C3.

Is-settijiet ta tajers ta’ allinjament li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

Il-valur assenjat ta’ kull tajer ta’ allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament.

4.   Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju ta’ referenza mal-valuri assenjati

Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni A1 l u B1 l , għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

RRC = A1 l × RRCm,l + B1 l

fejn:

RRC

l

hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien;

RRCm,

l

hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza "l" (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur).

5.   Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji kandidati

Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

Sett komuni ta’ ħames tajers differenti li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u sussegwentement minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers ta’ allinjament.

Il-laboratorju kandidat għandu jipprovdi s-sett ta’ tajers ta’ allinjament lil-laboratorju ta’ referenza magħżul.

Il-laboratorju kandidat (c) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u preferibbilment ikollu devjazzjonijiet standard (σm) kif ġej:

(a) 

mhux akbar minn 0,075 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u

(b) 

mhux akbar minn 0,06 N/kN għat-tajers C3.

Jekk id-devjazzjoni standard (σm ) tal-laboratorju kandidat tkun ogħla minn dawk il-valuri wara erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u sussegwentement in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:

n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ

fejn:

γ = 0,043 N/kN għal tajers C1 u tajers C2;
γ = 0,035 N/kN għal tajers C3.

6.   Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju kandidat

Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

RRCm,l = A2 c × RRCm,c + B2 c

fejn:

RRCm,l

hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur);

RRCm,c

hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R2 huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat.

L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

RRC = (A1 l × A2 c ) × RRCm,c + (A1 l × B2 c + B1 l )

ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

ANNESS VI

PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni fuq it-tikketta tat-tajer, għandhom jiġu vvalutati għal kull tip ta’ tajer jew kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

1. 

L-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, it-tikketta tat-tajer għandha titqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.

Jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers addizzjonali jew tliet settijiet addizzjonali ta’ tajers; il-valur medju tal-kejl li jirriżulta mit-tliet tajers addizzjonali jew settijiet addizzjonali ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni ddikjarata, b’kont meħud tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.

2. 

Fejn il-klassijiet jew il-valuri fuq it-tikketta tat-tajer ikunu derivati mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl miksuba minn testijiet tal-konformità tal-produzzjoni tat-tajers li saru taħt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/858.

Il-valutazzjonijiet tad-data tal-kejl derivata mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni għandhom jieħdu kont tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.


Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifiki

RRC (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

Il-valur imkejjel allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 N/kN.

Storbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB (A).

Prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab

Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun anqas mil-limitu l-baxx (l-aktar limitu baxx ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

Prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra

Il-valur imkejjel ma għandux ikun anqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq il-borra.

Prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq is-silġ.

ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATATAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR

ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR

1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti:

(a) 

l-isem kummerċjali jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta’ kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;

(b) 

l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;

(c) 

it-tikketta tat-tajer f’format elettroniku;

(d) 

il-klassi(jiet) u parametri oħra tat-tikketta tat-tajer; u

(e) 

il-parametri tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott f’format elettroniku.

2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti:

(a) 

l-identifikatur tat-tip għat-tipi ekwivalenti kollha ta’ tajer li diġà tqiegħdu fis-suq;

(b) 

deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta’ tajer, inklużi d-dimensjonijiet, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità, suffiċjenti biex dan jiġi identifikat faċilment u b’mod inekwivoku;

(c) 

protokolli ta’ ttestjar, klassifikazzjoni u kejl tal-parametri tat-tajers stabbiliti fl-Anness I;

(d) 

prekawzjonijiet speċifiċi, jekk ikun hemm, li għandhom jittieħdu meta t-tip ta’ tajer jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat;

(e) 

il-parametri tekniċi mkejla tat-tip ta’ tajer, fejn rilevanti; u

(f) 

il-kalkoli mwettqa bil-parametri tekniċi mkejla.

ANNESS VIII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI


Regolament (KE) Nru 1222/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

-

Artikolu 1(2)

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3, punt (1)

Artikolu 3, punt (1)

-

Artikolu 3, punt (2)

Artikolu 3, punt (2)

Artikolu 3, punt (3)

-

Artikolu 3, punt (4)

-

Artikolu 3, punt (5)

Artikolu 3, punt (3)

Artikolu 3, punt (6)

Artikolu 3, punt (4)

Artikolu 3, punt (7)

-

Artikolu 3, punt (8)

Artikolu 3, punt (5)

Artikolu 3, punt (9)

-

Artikolu 3, punt (10)

-

Artikolu 3, punt (11)

Artikolu 3, punt (6)

Artikolu 3, punt (12)

Artikolu 3, punt (7)

Artikolu 3, punt (13)

Artikolu 3, punt (8)

Artikolu 3, punt (14)

Artikolu 3, punt (9)

Artikolu 3, punt (15)

Artikolu 3, punt (10)

Artikolu 3, punt (16)

Artikolu 3, punt (11)

Artikolu 3, punt (17)

-

Artikolu 3, punt (18)

Artikolu 3, punt (12)

Artikolu 3, punt (19)

Artikolu 3, punt (13)

Artikolu 3, punt (20)

-

Artikolu 3, punt (21)

-

Artikolu 3, punt (22)

-

Artikolu 3, punt (23)

-

Artikolu 3, punt (24)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1) punt (a)

Artikolu 4(1), punt (a)

Artikolu 4(1) punt (b)

Artikolu4 (1), punt (b)

Artikolu 4(2)

-

-

Artikolu 4(2)

-

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

-

Artikolu 4(6)

-

Artikolu 4(7)

-

Artikolu 4(8)

-

Artikolu 4(9)

-

Artikolu 4(10)

-

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1) punt (a)

Artikolu 6(1), punt (a)

Artikolu 5(1) punt (b)

Artikolu 6(1), punt (b)

-

Artikolu 6(2)

-

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(3)

-

-

Artikolu 6(5)

-

Artikolu 6(6)

-

Artikolu 6(7)

Artikolu 6

Artikolu 7

-

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(2), it-tieni sentenza

Artikolu 4(5)

Artikolu 10

Artikolu 11(2)

-

Artikolu 11(3)

Artikolu 11, punt (a)

-

Artikolu 11, punt (b)

-

Artikolu 11, punt (c)

Artikolu 13(1), punt (b)

Artikolu 12

Artikolu 11(4)

-

Artikolu 11(5)

-

Artikolu 12

-

Artikolu 13

-

Artikolu 13(1)

-

Artikolu 13(2)

-

Artikolu 13(3)

-

Artikolu 13(4)

-

Artikolu 14

Artikolu 13

-

Artikolu 14

-

-

Artikolu 15

Artikolu 15

-

-

Artikolu 16

-

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

-

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness VI

Anness IVa

Anness V

Anness V

-

-

Anness VII

-

Anness VIII


( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).”.

( 1 ) Ir-Regolament Nru. 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u għat-trejlers tagħhom (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 70).

( 2 ) Ir-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u għat-trejlers tagħhom (ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit