+ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
---+IL-KAPITOLU I OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 Għatbiet għall-identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju
---------+Artikolu 3 1.
---------+Artikolu 3 2.
---------+Artikolu 3 3.
---------+Artikolu 3 3a.
---------+Artikolu 3 4.
---------+Artikolu 3 5.
---------+Artikolu 3 6.
---------+Artikolu 3 7.
---------+Artikolu 3 8.
---------+Artikolu 3 9.
------+Artikolu 4 Identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju
---------+Artikolu 4 1.
---------+Artikolu 4 2.
---------+Artikolu 4 3.
---+IL-KAPITOLU II SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI
------+TAQSIMA 1 KAMP TA' APPLIKAZZJONI
---------+Artikolu 5 Kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1
------------+Artikolu 5 1.
------------+Artikolu 5 2.
------------+Artikolu 5 3.
------------+Artikolu 5 4.
------------+Artikolu 5 5.
------+TAQSIMA 2 POSIZZJONI FINANZJARJA
---------+Artikolu 6 Adegwatezza ta' kapital
------------+Artikolu 6 1.
------------+Artikolu 6 2.
------------+Artikolu 6 3.
------------+Artikolu 6 4.
------------+Artikolu 6 5.
---------+Artikolu 7 Konċentrazzjoni ta' riskju
------------+Artikolu 7 1.
------------+Artikolu 7 2.
------------+Artikolu 7 3.
------------+Artikolu 7 4.
------------+Artikolu 7 5.
---------+Artikolu 8 Transazzjonijiet bejn il-grupp
------------+Artikolu 8 1.
------------+Artikolu 8 2.
------------+Artikolu 8 3.
------------+Artikolu 8 4.
------------+Artikolu 8 5.
---------+Artikolu 9 Mekkaniżmi ta' kontroll intern u proċessi ta' immaniġġar tar-riskju
------------+Artikolu 9 1.
------------+Artikolu 9 2.
------------+Artikolu 9 3.
------------+Artikolu 9 4.
------------+Artikolu 9 5.
------------+Artikolu 9 6.
------+TAQSIMA 3 MIŻURI BIEX TIĠI FFAĊILITATA S-SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI U S-SETGĦAT TAL-KUMITAT KONĠUNT
---------+Artikolu 9a Rwol tal-Kumitat Konġunt
---------+Artikolu 9b Ittestjar ta’ stress
------------+Artikolu 9b 1.
------------+Artikolu 9b 2.
---------+Artikolu 10 Awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari(il-kordinatur)
------------+Artikolu 10 1.
------------+Artikolu 10 2.
------------+Artikolu 10 3.
---------+Artikolu 11 Kompiti tal-kordinatur
------------+Artikolu 11 1.
------------+Artikolu 11 2.
------------+Artikolu 11 3.
------------+Artikolu 11 4.
---------+Artikolu 12 Koperazzjoni u skampju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
------------+Artikolu 12 1.
------------+Artikolu 12 2.
------------+Artikolu 12 3.
------------+Artikolu 12 4.
---------+Artikolu 12a Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-Kumitat Konġunt
------------+Artikolu 12a 1.
------------+Artikolu 12a 2.
------------+Artikolu 12a 3.
---------+Artikolu 12b Linji gwida komuni
------------+Artikolu 12b 1.
------------+Artikolu 12b 2.
---------+Artikolu 13 Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpannijiholdingfinanzjarji mħallta li jamministraw
---------+Artikolu 14 Aċċess għal informazzjoni
------------+Artikolu 14 1.
------------+Artikolu 14 2.
---------+Artikolu 15 Verifika
---------+Artikolu 16 Miżuri ta' infurzar
---------+Artikolu 17 Setgħat addizzjonali ta' l-awtoritajiet kompetenti
------------+Artikolu 17 1.
------------+Artikolu 17 2.
------+TAQSIMA 4 PAJJIŻI TERZI
---------+Artikolu 18 Impriżi prinċipali f’pajjiż terz
------------+Artikolu 18 1.
------------+Artikolu 18 1a.
------------+Artikolu 18 2.
------------+Artikolu 18 3.
---------+Artikolu 19 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi
---+IL-KAPITOLU III ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
------+Artikolu 20 Setgħat konferiti lill-Kummissjoni
------+Artikolu 21 Kumitat
---------+Artikolu 21 1.
---------+Artikolu 21 4.
---------+Artikolu 21 6.
------+Artikolu 21a Standards tekniċi
---------+Artikolu 21a 1.
---------+Artikolu 21a 1a.
---------+Artikolu 21a 2.
---------+Artikolu 21a 3.
------+Artikolu 21b Linji Gwida Komuni
------+Artikolu 21c Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 21c 1.
---------+Artikolu 21c 2.
---------+Artikolu 21c 3.
---------+Artikolu 21c 4.
---------+Artikolu 21c 5.
---+IL-KAPITOLU IV EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI
------+Artikolu 23 Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE
------+Artikolu 25 Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE
------+Artikolu 26 Emendi għad-Direttiva 93/6/KEE
------+Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE
------+Artikolu 29 Emendi għad-Direttiva 2000/12/KE
---+IL-KAPITOLU V KUMPANNIJI TA' IMMANIĠĠAR TA' ASSI
------+Artikolu 30 Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assi
------+Artikolu 30a Maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi
---------+Artikolu 30a 1.
---------+Artikolu 30a 2.
------+Artikolu 30b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---------+Artikolu 30b 1.
---------+Artikolu 30b 2.
---------+Artikolu 30b 3.
---------+Artikolu 30b 4.
---------+Artikolu 30b 5.
---+IL-KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
------+Artikolu 31 Rapport mill-Kummissjoni
---------+Artikolu 31 1.
---------+Artikolu 31 2.
------+Artikolu 32 Transposizzjoni
------+Artikolu 33 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 34 Indirizzati
---+L-ANNESS I
---+L-ANNESS II
English - European Union - Financial Industry - Insurance - Capital Markets -

ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2002

dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
IL-KAPITOLU I OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET IL-KAPITOLU I OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET
IL-KAPITOLU II SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI IL-KAPITOLU II SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI
IL-KAPITOLU III ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI IL-KAPITOLU III ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
IL-KAPITOLU IV EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI IL-KAPITOLU IV EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI
IL-KAPITOLU V KUMPANNIJI TA' IMMANIĠĠAR TA' ASSI IL-KAPITOLU V KUMPANNIJI TA' IMMANIĠĠAR TA' ASSI
IL-KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI IL-KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
L-ANNESS I


L-ANNESS I

ADEGWATEZZA TA' KAPITAL

Il-kalkolazzjoni għall-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6(1) għandha titwettaq skond il-prinċipji tekniċi u wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li ġej, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, meta jassumu r-rwol ta' kordinatur fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju partikolari, li jiddeċiedu, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra u l-konglomerat innifsu, liema metodu għandu jiġi applikat minn dak il-konglomerat finanzjarju.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kalkolazzjoni titwettaq skond metodu wieħed partikolari minn fost dawk deskritti f'dan l-Anness jekk konglomerat finanzjarju jkun immexximinn entità regolata li tkun ġiet awtorizzata f'dak l-Istat Membru. Fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' xi wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti huma lokati fl-istess Stat Membru, f'liema każ dak l-Istat Membru jista' jeħtieġ l-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi.

I.   Prinċipji tekniċi

1.   Limitu u forma tal-kalkolzzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari

Jintuża liema metodu jintuża, meta l-entità tkun impriża sussidjarja u jkollha defiċit ta' solvibilità, jew, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, defiċit spekulattiv ta' solvibilità, id-defiċit totali ta' solvibilità tas-sussidjarja għandu jingħata kont tiegħu. Fejn f'dan il-każ, fl-opinjoni tal-kordinatur, ir-responsabbiltà ta' l-impriża prinċipali li tkun proprjetarja ta' sehem mill-kapital tkun strettament u mingħajr ambigwità limitata għal dak is-sehem tal-kapital, il-kordinatur jista' jagħti permess li d-defiċit ta' solvibilità ta' l-impriża sussidjarja jingħata kont tiegħu fuq bażi proporzjonali.

Fejn ma jkun hemm ebda rabtiet kapitali bejn entitajiet f'konglomerat finanzjarju, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra, għandhu jistabbilixxi liema proporzjon tas-sehem għandu jingħata kont tiegħu, waqt li jżomm f'moħħu l-lijabilità li għaliha r-relazzjoni eżistenti tagħti lok.

2.   Prinċipji tekniċi oħra

Ikun x'ikun il-metodu wżat għall-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' entitajiet regolti f'konglomerat finanzjarju kif preskritti fit-Taqsima II ta' dan l-Anness, il-kordinatur, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati, għandu jassigura li l-prinċipji li ġejjin għandhom japlikaw:

(i) 

l-użu multipliku ta' elementi eliġibbli għall-kalkolazzjoni tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju (gearing multipliku) kif ukoll xi ħolqien mhux adattat bejn il-gruppi ta' fondi proprji għandhom jiġu eliminati; sabiex tiġi assigurata l-eliminazzjoni ta' gearing multipliku u l-ħolqien bejn il-grupp ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw b'analoġija il-prinċipji relevanti preskritti fir-regoli settorali relevanti;

(ii) 

sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli settorali, il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat f'konglomerat finanzjarju għandhom ikunu koperti b'elementi ta' fondi proprji skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu; fejn ikun hemm defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, elementi biss ta' fondi proprji li huma eliġibbli skond kull waħda mir-regoli settorali (kapital bejn is-setturi) għandhom jikkwalifikaw għall-verifikazzjoni ta' konformità mal-ħtiġiet addizzjonali ta' solvibilità;

fejn regoli settorali jipprovdu għal limiti dwar l-eliġibilità ta' ċerti strumenti ta' fondi proprji, li kienu jikkwalifikaw bħala kapital bejn is-settur, dawn il-limiti għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir il-kalkolazzjoini tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

meta ssir il-kalkolazzjoni ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jagħtu kont ta' l-effettività tat-trasferibilità u d-disponibilità tal-fondi proprji bejn l-entitajiet legali differenti fil-grupp, mogħtija l-objettivi tar-regoli ta' adegwatezza ta' kapital;

fejn, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità hija kalkolata skond it-taqsima 2 ta' dan l-Anness, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital li biha dik l-entità kien ikollha tikkonforma mar-regoli settorali relevanti daqslikieku kienet entità regolata ta' dak is-settur finanzjarju partikolari; fil-każ ta' kumpanniji li jimaniġġaw assi, il-ħtieġa ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital stipulata fl-Artikolu 5a(1)(a) tad-Direttiva 85/611/KEE; il-ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tiġi kalkolata skond ir-regoli settorali tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju.

II.   METODI TEKNIĊI TA' KOLLAZZJONI

Metodu 1:   Metodu ta' “konsolidazzjoni ta' konteġġi”

Il-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kontijiet konsolidati.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) 

il-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju kalkolati fuq il-bażi tal-pożizzjoni konsolidata tal-grupp; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) 

is-somma tal-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat fil-grupp; il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti huma kalkolati skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu.

Ir-regoli settorali li hemm referenza għalihom huma b'mod partikolari d-Direttivi 2000/12/KE, Titolu V, Kapitolu 3, fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, 98/78/KE fir-rigward ta' impriżi ta' assigurazzjoni, u 93/6/KEE fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment.

Fil-każ ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati li m'humiex inklużi fil-kalkolazzjonijiet tal-ħtiġiet settorali ta' solvibilità msemmija qabel, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tkun ikkalkolata.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

Metodu 2:   Metodu ta' “Tnaqqis u aggregazzjoni”

Il-Kalkolazzjoni ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplemenatri ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-kontijiet ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) 

is-somma tal-fondi proprji ta' kull entita' fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata fil-konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikkwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) 

is-somma ta'

— 
l-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull entità fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata għandhom jiġu kalkolati skond ir-regoli settorali relevanti, u
— 
il-valur skond il-kotba tal-parteċipazzjonijiet fl-entitajiet l-oħra tal-grupp.

Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tiġi kalkolata. Fondi proprji u ħtiġiet ta' solvibilità għandu jingħata kont tagħhom għas-sehem proporzjonali kif hemm provdut fl-Artikolu 6(4) u skond it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

▼M6

Metodu 3:   “Metodu ta’ kombinazzjoni”

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodu 1 u l-metodu 2.

▼B


L-ANNESS II


L-ANNESS II

APPLIKAZZJONI TEKNIKA TAD-DISPOSIZZJONIJIET TA' TRANSAZZJONIJIET BEJN IL-GRUPP U KONĊENTRAZZJONI TA' RISKJU

Il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra, għandu jidentifika t-tip ta' transazzjonijiet u entitajiet regolati ta' riskju f'konglomerat finanzjarju partikolari għandu jirrapporta skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) dwar ir-rapportar ta' transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni ta' riskju. Meta jiddefinixxu jew jagħtu l-opinjoni tagħhom dawr it-tip ta' transazzjonijiet u riskji, il-kordinatur u l-awtoritajiet kompetenti relevanti għandhom jagħtu kont ta' l-istruttura tal-grupp speċifiku u ta' l-immaniġġar tar-riskju tal-konglomerat finanzjarju. Sabiex jidentifika transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju li għandhom jiġu rapportati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 8, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra u l-konglomerat innifsu, għandu jiddefinixxi għatbiet adattati bażati fuq fondi proprji regolatorji u/jew dispożizzjonijiet tekniċi.

Meta jiġu sorveljati it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjonijiet ta' riskju, il-kordinatur għandu b'mod partikolari jissorvelja r-riskju possibbli ta' kontaġju fil-konglomerat finanzjarju, ir-riskju ta' konflitt ta' interessi, ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni ta' regoli settorali, u l-livell jew volum tar-riskji.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw fil-livell ta' konglomerat finanzjarju d-dispożizzjonijiet tar-regoli settorali fuq transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari biex tiġi evitata ċirkomvenzjoni tar-regoli settorali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit