|
Terminu
|
Tip ta' terminu
|
Definizzjoni
|
|
Identifikatur tal-kontroparti
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kontroparti. Kull kontroparti għandu jkollha identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-kontroparti għal xi kontroparti oħra.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur ta' aġent li jirrapporta
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent li jirrapporta.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur ta' aġent osservat
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent osservat.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-kuntratt
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt għandu jkollu identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux ser jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull strument taħt kuntratt uniku. Kull strument għandu jkollu identifikatur ta' strument uniku. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-istrument għal kwalunkwe strument ieħor taħt l-istess kuntratt.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull protezzjoni użata biex tiggarantixxi l-istrument. Kull protezzjoni għandu jkollha identifikatur tal-protezzjoni uniku. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-protezzjoni għal xi protezzjoni oħra.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur tal-kontroparti għall-fornitur tal-protezzjoni.
Jekk il-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex entità ġuridika, l-identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex meħtieġ li jiġi rrapportat.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Dejta ta' referenza tal-kontroparti
|
|
Identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur ta' entità ġuridika tal-kontroparti assenjat skont l-istandard 17442 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur nazzjonali
|
Attribut tad-dejta
|
Kodiċi ta' identifikazzjoni użat b'mod komuni li jippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta' kontroparti jew tal-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-kontroparti ġewwa l-pajjiż ta' residenza tagħha.
Għal kontroparti li hija fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-fergħa barranija.
Għal kontroparti li ma hijiex fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall entità ġuridika li minnha tifforma parti l-kontraparti.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li tagħha l-fergħa barranija hija dipendenti legalment.
Din l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata biss għall-kontropartijiet li huma friegħi barranin.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali immedjata tal-kontroparti. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.
Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali aħħarija tal-kontroparti. L-impriża parent aħħarija m'għandha l-ebda impriża prinċipali. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.
Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Isem
|
Attribut tad-dejta
|
Isem legali sħiħ tal-kontroparti
|
|
Sensiela ta' karattri
|
Valur
|
Sekwenza limitata ta' karattri.
|
|
Indirizz: triq
|
Attribut tad-dejta
|
Indirizz tat-triq tal-kontroparti, inkluż in-numru tat-triq.
|
|
Sensiela ta' karattri
|
Valur
|
Sekwenza limitata ta' karattri.
|
|
Indirizz: belt/raħal
|
Attribut tad-dejta
|
Belt jew raħal tal-kontroparti.
|
|
Sensiela ta' karattri
|
Valur
|
Sekwenza limitata ta' karattri.
|
|
Indirizz: kodiċi postali
|
Attribut tad-dejta
|
Kodiċi postali tal-kontroparti.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva
|
Attribut tad-dejta
|
Kontea jew diviżjoni amministrattiva simili ta' kontropartijiet residenti fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Sensiela ta' karattri
|
Valur
|
Reġjuni ta' NUTS 3
|
|
Indirizz: pajjiż
|
Attribut tad-dejta
|
Pajjiż tal-kontroparti
|
|
Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2
|
Valur
|
Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż.
|
|
Forma legali
|
Attribut tad-dejta
|
Tip ta' entità tan-negozju kif iddefinit fis-sistema legali nazzjonali.
|
|
Sensiela ta' karattri
|
Valur
|
Sekwenza limitata ta' karattri.
|
|
Settur istituzzjonali
|
Attribut tad-dejta
|
Setturi istituzzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013, Regolament (UE) Nru 575/2013 u Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (1).
|
|
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji
|
Valur
|
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 2.45 sa 2.50 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Bank Ċentrali
|
Valur
|
Banek ċentrali kif iddefiniti fil-paragrafi 2.72 sa 2.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Istituzzjonijiet ta' kreditu
|
Valur
|
Istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu
|
Valur
|
Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefiniti fl-Artikolu 1(a)(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
|
|
Fondi ta' suq tal-flus (MMF)
|
Valur
|
Fondi tas-Suq Monetarju (Money Market Funds — MMFs) huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
|
|
Fondi ta' investiment li mhumiex MMF
|
Valur
|
Fondi ta' investiment li mhumiex MMF kif iddefiniti fil-punt 2.82 sa 2.85 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji (FVCs) involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni
|
Valur
|
FVCs involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).
|
|
Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjoni u korporazzjonijiet finanzjarji vettura li jagħmlu tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni
|
Valur
|
Intermedjqarji finanzjarji oħrajn minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.86 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 u bl-esklużjoni ta' FVCs involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).
|
|
Awżiljari finanzjarji
|
Valur
|
Awżiljari finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafu 2.63 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Istituzzjonijiet finanzjarji selliefa ta' flus kaptivi
|
Valur
|
Istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus kif iddefiniti fil-paragrafi (98) sa (99) tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni
|
Valur
|
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.100 sa 2.104 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Fondi tal-pensjoni
|
Valur
|
Fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.105 sa 2.110 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Gvern ċentrali
|
Valur
|
Gvern ċentrali kif iddefinit fil-paragrafu 2.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Gvern statali
|
Valur
|
Gvern statali kif iddefinit fil-paragrafu 2.115 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Gvern lokali
|
Valur
|
Gvern lokali kif iddefinit fil-paragrafu 2.116 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Fondi tas-sigurtà soċjali
|
Valur
|
Fondi tas-sigurtà soċjali kif iddefiniti fil-paragrafu 2.117 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi
|
Valur
|
Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi, kif iddefiniti fil-paragrafi 2.129 sa 2.130 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Attività ekonomika
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni ta' kontropartijiet skont l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, b'mod konformi mal-klassifikazzjoni statistika tar-reviżjoni 2 ta' NACE kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
|
|
NACE code
|
Valur
|
Kodiċi NACE tal-livell tnejn, tlieta jew erbgħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
|
|
Status tal-proċeduri legali
|
Attribut tad-dejta
|
Kategoriji li jiddeskrivu l-istatus legali ta' kontroparti b'rabta mas-solvenza tiegħu/tagħha fuq il-bażi tal-qafas legali nazzjonali.
Il-BĊN għandu jittrasponi dawn il-valuri fil-qafas legali nazzjonali. Maż-żmien għandha titħejja tabella ta' referenza minn kull BĊN biex jiġu ffaċilitati l-interpretazzjoni u l-paragun ta' dawn il-valuri bejn diversi pajjiżi.
|
|
Ma ttieħdet ebda azzjoni legali
|
Valur
|
Ma tteħditx azzjonali legali fir-rigward tas-solvenza jew l-indebitament ta' kontroparti.
|
|
Taħt amministrazzjoni ġudizzjarja, amministrazzjoni kkontrollata (receivership), jew miżuri simili
|
Valur
|
Kull proċedura li tinvolvi l-intervent ta' korp ġudizzjarju jew simili mmirat biex jintlaħaq ftehim ta' rifinanzjament fost il-kredituri, ħlief għal proċeduri ta' falliment jew ta' insolvenza.
|
|
Falliment/insolvenza
|
Valur
|
Proċeduri ta' falliment jew insolvenza kollettivi u vinkolanti taħt kontroll ġudizzjarju, li jinvolvu ċ-ċessjoni parzjali jew totali tal-kontroparti u l-ħatra ta' likwidatur.
|
|
Miżuri legali oħrajn
|
Valur
|
Miżuri legali li mhumiex dawk speċifikati diġà, inklużi miżuri legali bilaterali bejn l-aġenti li jirrapportaw u l-kontroparti.
|
|
Data tal-bidu tal-proċeduri legali
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta nbdew il-proċeduri legali, kif irrapportat taħt l-attribut “status tal-proċeduri legali”. Din id-data għandha tkun id-data relevanti l-aktar reċenti qabel id-data tar-rapportar u għandha tkun irrapportata biss jekk l-attribut tad-dejta “Status tal-proċeduri legali” ikollu valur li mhuwiex “Ma ttieħdet ebda azzjoni legali”.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss
|
|
Daqs tal-impriża
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni ta' impriżi skont id-daqs, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. (3).
|
|
Impriża kbira
|
Valur
|
Impriża li ma tikkwalifikax bħala impriża ta' daqs mikro, żgħira jew medja (SME), skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
|
|
Impriża medja
|
Valur
|
Impriża li tikkwalifika bħala SME, imma mhux bħala impriża żgħira jew bħala impriża mikro, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
|
|
Impriża żgħira
|
Valur
|
Impriża li tikkwalifika bħala impriża żgħira skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
|
|
Impriża mikro
|
Valur
|
Impriża li tikkwalifika bħala impriża mikro skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
|
|
Data tad-daqs tal-impriża
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data li għaliha jirreferi l-valur pprovdut fid-“daqs tal-impriża”. Din hija d-data tal-aħħar dejta użata għall-klassifikazzjoni jew r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-impriża.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss
|
|
Numru ta' impjegati
|
Attribut tad-dejta
|
Numru ta' impjegati li jaħdmu għall-kontroparti, skont l-Artikolu 5 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Numru mhux negattiv
|
|
Total tal-karta tal-bilanċ
|
Attribut tad-dejta
|
Valur kontabilistiku tal-assi totali tal-kontroparti skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Fatturat Annwali
|
Attribut tad-dejta
|
Volum ta' bejgħ annwali nett minn kull skont u taxxi tal-bejgħ tal-kontroparti skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Ekwivalenti għall-kunċett “bejgħ annwali totali” fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Standard ta' kontabbiltà
|
Attribut tad-dejta
|
Standard ta' kontabbiltà użat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat. Jekk l-aġent li jirrapporta huwa suġġett għar-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13), id-dejta tiġi rreġistrata skont l-istandard ta' konformità — l-International Financial Reporting Standards (IFRS) jew in-national generally accepted accounting principles (GAAP) — applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.
|
|
IFRS
|
Valur
|
IFRS, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
|
|
GAAP nazzjonali konsistenti mal-IFRS
|
Valur
|
Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (5) li tapplika kriterji IFRS għall-istrumenti.
|
|
GAAP nazzjonali mhux konsistenti mal-IFRS
|
Valur
|
Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE li ma tapplikax kriterji IFRS għall-istrumenti.
|
|
Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti
|
|
Probabbiltà ta' inadempjenza
|
Attribut tad-dejta
|
Il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-kontroparti matul sena ddeterminata skont l-Artikoli 160, 163, 179 u180 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Numru minn 0 sa 1.
|
|
Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti
|
|
Status ta' inadempjenza tal-kontroparti
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-kontroparti. Kategoriji li jiddeskrivu l-motivi li għalihom il-kontroparti tista' tkun inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Mhux inadempjenti
|
Valur
|
Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas
|
Valur
|
Kontroparti inadempjenti għaliex aktarx li mhux se tħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum
|
Valur
|
Kontroparti inadempjenti għaliex kwalunkwe dejn ilu dovut iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser tħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut
|
Valur
|
Kontroparti inadempjenti kemm għaliex il-kontroparti aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex kull dejn ilu dovut għal iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “Status inadempjenti tal-kontroparti”, jitqies li ġie fis-seħħ.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Dejta dwar l-istrument
|
|
Tip ta' strument
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni tal-istrument skont it-tip ta' termini kuntrattwali miftiehma bejn il-partijiet.
|
|
Depożiti minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid
|
Valur
|
Depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.79 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid.
|
|
Overdraft
|
Valur
|
Overdraft kif iddefinit fil-punt 2(1)(c) tat-Tabella fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
|
|
Dejn tal-karta ta' kreditu
|
Valur
|
Kreditu mogħti permezz ta' karti ta' debitu ttardjat, jiġifieri li jipprovdi kreditu ta' konvenjenza, jew permezz ta' karti ta' kreditu, jiġifieri karti li jipprovdu kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż.
|
|
Kreditu li jdur minbarra overdrafts u dejn ta' karta tal-kreditu
|
Valur
|
Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:
|
(i)
|
id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;
|
|
(ii)
|
l-ammont ta' kreditu disponibbli jista' jiżdied u jonqos hekk kif il-fondi jittieħdu b'self u jitħallsu lura;
|
|
(iii)
|
il-kreditu jista' jintuża b'mod ripetittiv;
|
|
(iv)
|
ma jkunx dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.
|
|
|
Linji ta' kreditu minbarra kreditu li jdur
|
Valur
|
Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:
|
(i)
|
id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;
|
|
(ii)
|
il-kreditu jista' jintuża ripetutament;
|
|
(iii)
|
ma jkunx kreditu li jdur, dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.
|
|
|
Operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid
|
Valur
|
Repo rriversjat kif iddefinit fil-Parti 2.14 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Riċevibbli kummerċjali
|
Valur
|
Ammont tal-kummerċ riċevibbli kif iddefinit fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.
|
|
Kirjiet finanzjarji
|
Valur
|
Kirjiet finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 5.134 sa 5.135 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Self ieħor
|
Valur
|
Self ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.
Self għandu l-istess tifsira kif iddefinit fil-punt 5.112, 5.113 u 5.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;
|
|
Self għal finanzjament ta' proġett
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni ta' finanzjament ta' proġett.
|
|
Self għal finanzjament ta' proġett
|
Valur
|
Jintuża jekk l-istrument huwa self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Self mhux għal finanzjament ta' proġett
|
Valur
|
L-istrument mhuwiex self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Muniti
|
Attribut tad-dejta
|
Denominazzjoni tal-munita tal-istrumenti, skont l-istandard ISO 4217.
|
|
Standard ISO 4217
|
Valur
|
Kodiċi standard ISO 4217 għall-muniti.
|
|
Data ta' bidu
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta bdiet ir-relazzjoni kuntrattwali, jiġifieri d-data meta l-ftehim kuntrattwali sar vinkolanti għall-partijiet kollha.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Data tas-saldu
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt huma jew jistgħu jiġu eżegwiti għall-ewwel darba, jiġifieri d-data meta l-istrumenti finanzjarji huma skambjati jew maħluqa inizjalment.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Data ta' maturità finali legali
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-istrument, wara li jitqies kull ftehim li jemenda l-kuntratti inizjali.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Rikors
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni tal-istrumenti bbażata fuq id-drittijiet tal-kreditur li jaqbad l-assi tad-debitur ħlief għal kwalunkwe protezzjoni li tiggarantixxi l-istrument.
|
|
Rikors
|
Valur
|
Strument li bih il-kreditur għandu d-dritt jaqbad l-assi tad-debitur għajr għal kull protezzjoni mogħtija biex tiggarantixxi l-istrument, jew, fil-każ ta' ammonti riċevibbli fil-kummerċ, id-dritt għall-ġbir ta' dejn mill-entità li biegħet l-ammonti riċevibbli lill-kreditur.
|
|
L-ebda rikors
|
Valur
|
Strument mingħajr rikors kif iddefinit iktar 'il fuq.
|
|
Tip tar-rata tal-imgħax
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu bbażati fuq ir-rata bażika biex tiġi stabbilita r-rata ta' imgħax għal kull perijodu ta' ħlas.
|
|
Fiss
|
Valur
|
Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rata kostanti — rata kostanti numerika magħruga biċ-ċertezza fil-bidu tal-iskopertura — u fejn ir-rati tal-imgħax japplikaw għall-iskopertura sħiħa. L-iskema tista' tinkludi iktar minn rata ta' imgħax waħda kostanti li tiġi applikata f'perijodi differenti matul il-ħajja tal-iskopertura (eż. self b'rati ta' imgħax kostanti matul il-perijodu b'rata fiss inizjali, li mbagħad tinbidel għal rata ta' imgħax differenti, li għadha kostanti, u li kienet magħrufa fil-bidu tal-iskopertura).
|
|
Variabbli
|
Valur
|
Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rati ta' imgħax ibbażati fuq l-evoluzzjoni ta' varjabbli oħra (il-varjabbli ta' referenza) u fejn ir-rata ta' imgħax tapplika għall-iskopertura sħiħa.
|
|
Imħallat
|
Valur
|
Other interest rate type not included in any of the categories listed above.
|
|
Frekwenza tal-rissettjar tar-rata tal-imgħax
|
Attribut tad-dejta
|
Frekwenza li biha r-rata tal-imgħax tiġi rrisettjata wara l-perijodu ta' rata fissa inizjali, jekk hemm.
|
|
Ma tistax tiġi rrissettjata
|
Valur
|
Strument li ma jinkludix ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax.
|
|
Mil-lejl għan-nhar
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kuljum.
|
|
Ta' kull xahar
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kull xahar.
|
|
Trimestrali
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi trimestrali.
|
|
Semiannwalment
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi semiannwali.
|
|
Annwalment
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi annwali.
|
|
Fid-diskrezzjoni tal-kreditur
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali li bih il-kreditur għandu d-dritt li jistabbilixxi d-data tar-risettjar tar-rata ta' imgħax.
|
|
Frekwenza oħra
|
Valur
|
Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax bi frekwenza differenti minn dik ta' kwalunkwe kategorija oħra elenkata iktar 'il fuq.
|
|
Data tat-tmiem tal-perijodu ta' imgħax biss
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta jintemm il-perijodu ta' imgħax biss. Imgħax biss huwa strument li għalih, għal perijodu stabbilit kuntrattwalment, jitħallas biss l-imgħax fuq il-kapital, waqt li l-bilanċ tal-kapital ma jinbidilx.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Rati ta' referenza
|
Attribut tad-dejta
|
Rata ta' referenza użata għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax attwali.
|
|
Kodiċi tar-rata ta' referenza
|
Valur
|
Il-kodiċi tar-rata ta' Referenza huwa taħlita tal-valur tar-rata ta' referenza u l-valur tal-maturità.
Għandhom jintużaw il-valuri tar-rati ta' referenza li ġejjin:
EURIBOR, USD LIBOR, GPB LIBOR, EUR LIBOR, JPY LIBOR, CHF LIBOR, MIBOR, rati ta' referenza individwali oħra, rati ta' referenza multipli oħrajn.
Il-maturitajiet li ġejjin għandhom jintużaw:
Mil-lejl għan-nhar, ġimgħa, ġimgħatejn, tliet ġimgħat, xahar, xahrejn, tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur, sitt xhur, seba' xhur, tmien xhur, disa' xhur, għaxar xhur, ħdax-il xahar, tnax-il xahar.
Il-kodiċi tar-rata ta' referenza huwa fformat bil-mod li ġej: il-valur tar-rata ta' referenza tiġi kkombinata mal-valur tal-maturità.
|
|
Marġni/firxa tar-rata tal-imgħax
|
Attribut tad-dejta
|
Marġni jew firxa (espressi f'perċentwali) biex tiżdied mar-rata ta' referenza li tintuża għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax f'punti bażi.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.
|
|
Limitu tar-rata tal-imgħax
|
Attribut tad-dejta
|
Valur massimu għar-rata ta' imgħax mitluba.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.
|
|
Limitu bażi tar-rata tal-imgħax
|
Attribut tad-dejta
|
Valur minimu għar-rata ta' imgħax mitluba.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.
|
|
Skop
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni ta' strumenti skont l-iskop tagħhom.
|
|
Kollateral ta' beni immobbli residenzjali
|
Valur
|
Finanzjament ta' proprjetà residenzjali. Proprjetà residenzjali hija ddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Xiri ta' beni immobbli kummerċjali;
|
Valur
|
Finanzjament ta' proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali.
|
|
Self b'marġni
|
Valur
|
Strumenti li fihom istituzzjoni testendi kreditu b'konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar tat-titoli. Strumenti ta' self b'marġni ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f'forma ta' titoli;
|
|
Finanzjament ta' dejn
|
Valur
|
Finanzjament ta' dejn pendenti jew li qed jimmatura. Dan jinkludi rifinanzjament ta' dejn.
|
|
Importazzjonijiet
|
Valur
|
Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni mhux residenti lil residenti
|
|
Esportazzjonijiet
|
Valur
|
Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni residenti lil persuni mhux residenti.
|
|
Investiment fil-kostruzzjoni
|
Valur
|
Finanzjament ta' kostruzzjoni ta' bini, infrastruttura u faċilitajiet industrijali.
|
|
Faċilità ta' kapital tax-xogħol
|
Valur
|
Finanzjament tal-ġestjoni tal-fluss ta' kontanti ta' organizzazzjoni
|
|
Skopijiet oħrajn
|
Valur
|
Skopijiet oħrajn mhux inklużi fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.
|
|
Tip ta' ammortizzament
|
Attribut tad-dejta
|
Tip ta' ammortizzament ta' strument inkluż il-kapital u l-imgħax.
|
|
Franċiż
|
Valur
|
Amortizzazzjoni fejn l-ammont totali — kapital u mgħax — imħallas lura f'kull pagament huwa l-istess.
|
|
Ġermaniż
|
Valur
|
Ammortizzament fejn l-ewwel rata hina bl-imgħax biss u r-rati li jibqa' huma kostanti, inkluż ammortizzament kapitali u mgħax.
|
|
Skeda ta' ammortizzament fissa
|
Valur
|
Amortizzazzjoni fejn l-ammont prinċipali mħallas lura f'kull pagament ikun l-istess.
|
|
Bullet
|
Valur
|
Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.
|
|
Oħrajn
|
Valur
|
Tip ta' ammortizzament ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.
|
|
Frekwenza ta' ħlas
|
Attribut tad-dejta
|
Frekwenza ta' ħlasijiet dovuti, jew tal-kapital jew l-imgħax, jiġifieri numru ta' xhur bejn il-pagamenti
|
|
Ta' kull xahar
|
Valur
|
Fuq bażi ta' kull xahar.
|
|
Trimestrali
|
Valur
|
Fuq bażi trimestrali
|
|
Semiannwalment
|
Valur
|
Fuq bażi semiannwali
|
|
Annwali
|
Valur
|
Fuq bażi annwali.
|
|
Bullet
|
Valur
|
Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament irrispettivament mill-frekwenza tal-ħlas ta' imgħax.
|
|
Kupun żero
|
Valur
|
Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.
|
|
Oħrajn
|
Valur
|
Frekwenza ta' ħlas ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.
|
|
Identifikatur ta' kuntratt Sindikat
|
Attribut tad-dejta
|
“Identifikatur ta' kuntratt” applikat mill-arranġatur ewlieni tas-self sindakat biex jiġi identifikat b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt sinfikat għandu jkollu “identifikatur ta' kuntratt sindikat” wieħed. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża mill-arranġatur ewlieni bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor. Il-kredituri kollha li jipparteċipaw fil-kuntratt sinfikat għandhom jużaw l-istess “identifikatur tal-kuntratt sindikat”.
|
|
Alfanumeriku
|
Valur
|
Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.
|
|
Dejn subordinat
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni ta' dejn subordinat Strumenti ta' debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, (eż. depożiti/self).
|
|
Dejn subordinat
|
Valur
|
L-istrument huwa dejn subordinat skont it-Tabella fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
|
|
Dejn mhux subordinat
|
Valur
|
L-istrument mhux subordinat.
|
|
Drittijiet ta' ħlasijiet lura
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu skont id-drittijiet tal-kreditu biex jitlob il-ħlas lura tal-iskopertura.
|
|
Fuq talba jew avviż qasir
|
Valur
|
Strumenti li jitħallsu lura fuq talba tal-kreditur fi żmien qasir.
|
|
Oħrajn
|
Valur
|
Strumenti suġġetti għal drittijiet ta' ħlas lura ħlief fuq talba jew fi żmien qasir.
|
|
Strument fiduċjarju
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni ta' strumenti fejn l-aġent osservat jaġixxi f'ismu stess iżda għan-nom u bir-riskju fuq it-terza persuna.
|
|
Strument fiduċjarju
|
Valur
|
Jintuża biss jekk l-istrument jitpoġġa f'kapaċità fiduċjarja.
|
|
Strument mhux fiduċjarju
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ma jitpoġġiex f'kapaċità fiduċjarja.
|
|
L-ammont ta' impenn fil-bidu
|
Attribut tad-dejta
|
Skopertura massima ta' aġent osservat għar-riskju tal-kreditu fid-data tal-bidu tal-istrument, mingħajr ma titqies kwalunkwe protezzjoni miżmuma jew titjib ieħor fil-kreditu. Ammont totali kommess fid-data tal-bidu jiġi stabbilit matul il-proċess ta' approvazzjoni u huwa intiż li jirrestrinġi l-ammont ta' tar-riskju tal-kreditu tal-aġent osservat lil kontroparti partikolari għall-istrument rilevanti.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Tibdil ta' valur ġust minħabba tibdil fir-riskju ta' kreditu qabel ix-xiri
|
Attribut tad-dejta
|
Id-differenza bejn l-ammont nominali dovut u l-prezz ta' xiri tal-istrument u d-data tax-xiri. Dan l-ammont għandu jiġi rrapportat għall-istrumenti mixtrija għal ammont inqas mill-ammont dovut minħabba d-deterjorament tar-riskju tal-kreditu.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. Ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.
|
|
Dejta finanzjarja
|
|
Rata tal-imgħax
|
Attribut tad-dejta
|
Rata miftiehma annwalizzata jew rata tal-imgħax iddefinita b'mod ristrett skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (6).
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.
|
|
Data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta ser isir ir-risettjar li jmiss tar-rata tal-imgħax, kif iddefinit fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Jekk l-istrument mhuwiex suġġett għal risettjar tar-rata ta' imgħax fil-futur, għandha tiġi rrapportata d-data ta' maturità finali legali tiegħu.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Ammont ittrasferit
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont ittrasferit ta' proprjetà ekonomika tal-assi finanzjarju.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Status ta' inadempjenza tal-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument. Kategoriji li jiddeskrivu s-sitwazzjonijiet fejn strument jista' jiġi deskritt li huwa inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Mhux inadempjenti
|
Valur
|
Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas
|
Valur
|
Strumenti inadempjenti għaliex id-debitur aktarx li mhux ser iħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum
|
Valur
|
Strumenti inadempjenti għaliex id-dejn ilu iktar minn 90/180 jum dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser isir ħlas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut
|
Valur
|
Strument inadempjenti kemm għaliex huwa kkunsidrat li d-debitur aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Arretrati għall-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont aggregat tal-kapital, imgħax u ħlas ta' tariffa pendenti fid-data tar-rapportar, li huwa kuntrattwalment dovut u ma tħallasx (dovut). Dan l-ammont dejjem jiġi rrapportat. 0 għandu jiġi rrapportat jekk l-istrument ma kienx dovut fid-data tar-rapportar.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Data ta' skadenza għall-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta l-istrument sar dovut skont il-Parti 2.48 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 680/2014. Din hija l-aħħar tali data qabel id-data ta' rapportar ta' referenza, u għandha tiġi rrapportata jekk l-istrument huwa dovut fuq id-data ta' referenza ta' rapportar.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status inadempjenti tal-istrument”, huwa kkonsidrat li seħħ.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Tip ta' titolizzazzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni tat-tip ta' titolizzazzjoni skont l-Artikolu 242(10) u (11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Titolizzazzjoni tradizzjonali
|
Valur
|
Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni tradizzjonali.
|
|
Titolizzazzjoni sintetika
|
Valur
|
Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni sintetika.
|
|
Mhux titolizzat
|
Valur
|
Strument li mhuwiex titolizzat jew f'titolizzazzjoni tradizzjonali jew sintetika.
|
|
Ammont nominali dovut
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont prinċipali pendenti fl-aħħar tad-data ta' referenza ta' rapportar, inkluż imgħax mhux imħallas dovut imma bl-esklużjoni ta' imgħax dovut. L-ammont nominali pendenti għandu jiġi rrapportat nett mit-tħassir jew tnaqqis tal-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà rilevanti.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont nominali totali ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Dan jinkludi kull impenn biex jingħata self qabel ma jiġu kkunsidrati fatturi ta' konverżjoni u tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu. Huwa l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-istituzzjoni għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma titqies l-ebda protezzjoni miżmuma jew titjib fil-kreditu ieħor.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Imgħax akkumulat
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont ta' imgħax dovut fuq self fid-data ta' referenza ta' rapportar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (ECB/2013/33). Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà tad-dovuti (accruals accounting), l-imgħax riċevut fuq strumenti għandu jkun suġġett għal on-balance-sheet recording waqt li jakkumula (jiġifieri skont il-bażi tad-dovuti (accruals basis)) aktar milli meta jiġi riċevut (jiġifieri skont il-bażi ta' kontanti (cash basis)).
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Dejta tal-kontabbiltà
|
|
Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti
|
Attribut tad-dejta
|
Portafoll tal-kontabbiltà fejn l-istrument huwa rrekordjat skont l-istandard ta' kontabbiltà — IFRS GAAP nazzjonali — skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) applikat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.
|
|
Portafolli tal-kontabbiltà IFRS
|
|
Bilanċ ta' kontanti f'banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn
|
Valur
|
Bilanċi ta' kontanti mal-banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn skont IFRS.
|
|
Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ
|
Valur
|
Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont IFRS.
|
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf
|
Valur
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont IFRS.
|
|
Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf
|
Valur
|
Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permess ta' profitt jew telf u indikati bħala tali wara rikonoxximent inizjali jew sussegwentement IFRS ħlief dawk ikklassifikati bħala assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar.
|
|
Assi finanzjarji b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor
|
Valur
|
Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor minħabba l-mudell ta' negozju u karatterisitiċi ta' flussi ta' kontanti skont IFRS.
|
|
Assi finanzjarji mkejlin b'kost amortizzat
|
Valur
|
Assi finanzjarji mkejla bi spiża ammortizzata skont IFRS.
|
|
Portafolli tal-kontabbiltà nazzjonali GAAP
|
|
Flus kontanti u bilanċi ta' flus kontanti mal-banek ċentrali
|
Valur
|
Bilanċi ta' flus mal-banek ċentrali skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ
|
Valur
|
Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf
|
Valur
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi Finanzjarji għan-Negozjar
|
Valur
|
Negozjar ta' assi finanzjarji skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf
|
Valur
|
Assi finanzjarji indikati b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ
|
Valur
|
Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf)
|
Valur
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għal ekwità
|
Valur
|
Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għall-ekwità skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Self u riċevibbli
|
Valur
|
Self u riċevibbli skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Investimenti miżmuma sal-maturità
|
Valur
|
Investimenti miżmuma sal-maturità skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Strumenti ta' dejn mhux tan-negozjar mkejla b'metodu bbażat fuq il-kosti
|
Valur
|
Strumenti ta' dejn mhux għan-negozjar imkejla b'metodu bbażat fuq il-kost skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Assi Finanzjarji mhux għan-Negozjar mhux Derivattivi oħrajn
|
Valur
|
Assi Finanzjarji oħrajn mhux għan-egozjar u mhux derivattivi skont il-GAAP nazzjonali.
|
|
Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ
|
Attribut tad-dejta
|
Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ tal-assi finanzjarju.
|
|
Totalment rikonoxxut
|
Valur
|
Strument totalment rikonoxxut, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Rikonoxxut sa fejn tibqa' involuta l-istituzzjoni
|
Valur
|
Strument rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu tal-istituzzjoni, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Totalment dekontabilizzat
|
Valur
|
Strument totalment dekontabilizzat, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Sorsi ta' gravami
|
Attribut tad-dejta
|
Tip ta' tranżazzjoni fejn l-iskopertura għandha piż skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi jiġu ttrattati bħala vinkolati jekk ikunu ġew mirhuna jew soġġetti għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxu, jikkolateralizzaw jew itejbu l-kreditu ta' kwakwe strument minn fejn ma jkunux jistgħu jinġibdu liberament.
|
|
Finanzjament tal-banek ċentrali
|
Valur
|
Finanzjament ta' bank ċentrali (ta' kull tip, inklużi riakkwisti), skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Derivattivi nnegozjati ta' skambju
|
Valur
|
Derivattivi nnegozjati fi skambju skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Derivat over the counter
|
Valur
|
Derivattivi barra l-borża skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Depożiti — ftehim għal xiri mill-ġdid mhux lil banek ċentrali
|
Valur
|
Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid minbarra lil banek ċentrali skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Depożiti li mhumiex ftehim għal xiri mill-ġdid
|
Valur
|
Depożiti minbarra ftehimiet ta' xiri mill-ġdid skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Titoli ta' dejn maħruġin — garanziji ta' bonds koperti
|
Valur
|
Titoli ta' bonds koperti maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Titoli ta' dejn maħruġin — titoli ggarantiti b'assi
|
Valur
|
Titoli ggarantiti b'assi (ABS) maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Titoli ta dejn maħruġin — li ma jkunux bonds koperti u ABSs
|
Valur
|
Titoli ta' dejn maħruġa minbarra bonds koperti u ABSs skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Sorsi oħra ta' vinkoli
|
Valur
|
Sorsi ta' gravami oħrajn skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
L-ebda piż
|
Valur
|
Strument li ma ġiex mirhun jew suġġett għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxi, jikkolateralizza jew itejjeb il-kreditu ta' kwalunkwe strument minn fejn ma jkunx jista' jinġibed liberament.
|
|
Tħassir akkumulat
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont kumulattiv ta' kapital u imgħax dovut ta' kwalunkwe strument ta' dejn li l-istituzzjoni m'għadhiex tirrikonoxxi għaliex kkunsidrati bħala li ma jinġabrux, indipendentement mill-portafoll fejn ġew inklużi. Kanċellazzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati kemm minn tnaqqis fl-ammont li jġorr l-assi finanzjarji rrikonoxxuti direttament fil-profitt u t-telf u minn tnaqqis fl-ammonti tal-kontijiet ta' provvedimenti għat-telf ta' kreditu paċuti kontra l-ammont riportat ta' assi finanzjarji.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Ammont ta' indeboliment akkumulat
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont ta' provvedimenti ta' telf li jinżammu kontra jew huma allokati għall-istrument fid-data ta' referenza tar-rapportar. Dan l-attribut tad-dejta japplika għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-istandard tal-kontabbiltà applikat.
Taħt l-IFRS, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:
|
(i)
|
Provvediment ta' telf f'ammont ta' 12-il xahar telf ta' kreditu mistenni;
|
|
(ii)
|
Provvediment ta' ammont ta' telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja;
|
Taħt GAAP, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:
|
(i)
|
Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti ġenerali;
|
|
(ii)
|
Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti speċifiċi.
|
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Tip ta' indeboliment
|
Attribut tad-dejta
|
Tip ta' indeboliment
|
|
Stadju 1 (IFRS)
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument mhux indebolit u jinġiet provvediment ta' telf f'ammont ta' telf ta' kreditu mistenni ta' 12-il xahar kontra l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.
|
|
Stadju 2 (IFRS)
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx indebolit u jinġieb provvediment ta' telf f'ammont ugwali għat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja kontra dan l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.
|
|
Stadju 3 (IFRS)
|
Valur
|
Li għandu jintuża jekk l-istrument huwa indeboliti fil-kreditu skont l-IFRS 9.
|
|
Provvedimenti ġenerali (GAAP)
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u ebda provvediment ta' telf speċifiku ma jitqajjem kontra l-istrument (mhux indebolit).
|
|
Provvedimenti speċifiċi (GAAP)
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u jitqajmu provvedimenti ta' telf speċifiċi, irrispettivament minn jekk dawk il-provvedimenti jkunux indirizzati individwalment jew b'mod kollettiv (indeboliti).
|
|
Mhux soġġett għal indeboliment
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.
|
|
Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Il-metodu li permezz tiegħu jiġi evalwat l-indeboliment, jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont l-istandards tal- kontabbiltà applikati. Issir distinzjoni bejn metodi kollettivi u individwali.
|
|
Ivvalutati individwalment
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u jkun ivvalutat individwalment għal indeboliment.
|
|
Ivvalutat kollettivament
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u huwa evalwat b'mod kollettiv għal indeboliment billi jiġi raggruppat flimkien ma' strumenti b'karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili.
|
|
Mhux soġġett għal indeboliment
|
Valur
|
Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.
|
|
Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu
|
Attribut tad-dejta
|
Tibdil akkumulat b'valur ġust minħabba l-kreditu tar-riskju skont il-Parti 2.46 tal-Anness V ta-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Status produttiv tal-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
L-istrument għandu jiġi kklassifikat fid-data ta' referenza tar-rapportar taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin.
|
|
Mhux produttiv
|
Valur
|
Strumenti kklassifikati bħala mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Produttiv
|
Valur
|
Strumenti li ma jkunux mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta l-istatus produttiv, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status produttiv tal-istrument”, huwa kkonsidrat li ġie stabbilit jew inbidel.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Provvedimenti assoċjati mal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont ta' provvedimenti għal impenji li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Status ta' trażżin u rinegozjar
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni ta' strumenti mrażżna u nnegozjati mill-ġdid.
|
|
Imrażżna: strumenti b'rata ta' imgħax immodifikata taħt il-kundizzjonijiet tas-suq
|
Valur
|
Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati inkluża modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34).
|
|
Imrażżna: strumenti b'termini u kundizzjonijiet oħrajn immodifikati
|
Valur
|
Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati, ħlief għal modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Imrażżna: dejn iffinanzjat mill-ġdid totalment jew parzjalment
|
Valur
|
Miżuri ta' trażżin japplikaw għal dejn iffinanzjat mill-ġdid skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Strument irrinegozjat mingħajr miżuri ta' grazzja
|
Valur
|
Strument li għalih il-kundizzjonijiet finanzjarji ġew immodifikati u li għalih ebda miżura ta' trażżin ma tapplika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Mhux imrażżan jew innegozjat mill-ġdid
|
Valur
|
La miżuri ta' grazzja u lanqas ta' rinegozjar ma japplikaw skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont totali rkuprat mid-data tal-inadempjenza
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta status ta' trażżin jew ta' rinegozjar kif irrapportat itaħt “status ta' trażżin u negozjar mill-ġdid” jitqies li seħħ.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Portafoll prudenzjali
|
Attribut tad-dejta
|
Klassifikazzjoni ta' skoperturi fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Portafoll tan-negozjar
|
Valur
|
Strumenti fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Ktieb mhux tan-negozju
|
Valur
|
Strumenti mhux fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Ammont riportat
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont li jinġarr skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Dejta dwar il-kontroparti — strument
|
|
Rwol tal-kontroparti
|
Attribut tad-dejta
|
Rwol tal-kontrapartijiet fi strument.
|
|
Kreditur
|
Valur
|
Il-kontroparti li jassumi r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.
|
|
Debitur
|
Valur
|
Kontroparti li jiġġenera r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.
|
|
Serviser
|
Valur
|
Kontroparti responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' strument;
|
|
Originator
|
Valur
|
Kontroparti fi transazzjoni ta' titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).
|
|
Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum
|
|
Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum
|
Attribut tad-dejta
|
Ammont nominali pendenti li għalih kull debitur huwa responsabbli fir-rigward ta' strument wieħed fejn hemm żewġ debituri jew iktar.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta
|
|
Data ta' maturità tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-protezzjoni, li tkun l-aktar data bikrija meta l-protezzjoni tista' tintemm jew tiġi mitmuma, waqt li jitqies kwalunkwe ftehim li jemenda l-kuntratti inizzjali.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Tip ta' protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Tip ta' protezzjoni riċevuta, irrispettivament mill-eliġibbiltà tagħha għal mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
|
|
Deheb
|
Valur
|
Deheb skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Valuta u depożiti
|
Valur
|
Muniti u depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Titoli
|
Valur
|
Titoli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.89 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Self
|
Valur
|
Self kif iddefinit fil-paragrafu 5.112 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment
|
Valur
|
Ekwità u ishma ta' fondi ta' investiment jew unitajiet kif iddefiniti fil-paragrafu 5.139 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.
|
|
Derivattivi tal-kreditu
|
Valur
|
Derivattivi tal-kreditu li huma:
|
—
|
Derivattivi tal-kreditu li josservaw id-definizzjoni ta' garanziji finanzjarji — kif imfisser fil-paragrafu 58(b) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
—
|
Derivattivi tal-kreditu li mhumiex garnziji finanzjarji — kif iddefiniti fil-paragrafu 67(d) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
Derivattivi tal-kreditu jinkludu d-derivattivi tal-kreditu eliġibbli indikati fl-Artikolu 204 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu
|
Valur
|
Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Riċevibbli kummerċjali
|
Valur
|
Ammont tal-Kummerċ riċevibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.
|
|
Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna
|
Valur
|
Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni li tagħti self skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Kollateral ta' beni immobbli residenzjali
|
Valur
|
Proprjetà residenzjali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali
|
Valur
|
Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Kollateral fuq proprjetà immobbli kummerċjali;
|
Valur
|
Proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali, postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali.
|
|
Kollateral fiżiku ieħor
|
Valur
|
Kollateral fiżiku ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex inklużi fil-valuri ta' qabel.
|
|
Protezzjoni oħra
|
Valur
|
Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.
|
|
Valur tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont tal-valur tal-protezzjoni kif stabbilit għat-“Tip ta' valur tal-protezzjoni” relevanti skont l-approċċ tal-valutazzjoni.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Tip ta' valur tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Identifikazzjoni tat-tip tal-valur ipprovdut fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.
|
|
Ammont nozzjonali
|
Valur
|
L-ammont nominali jew li jidher fil-wiċċ miftiehem kuntrattwalment li jintuża biex jiġu kkalkulati ħlasijiet f'każ li l-protezzjoni tiġi eżegwita.
|
|
Valur ġust
|
Valur
|
Il-prezz li jkollu jiġi riċevut biex jinbiegħ assi jew imħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni b'mod ordinat bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.
Għandu jintuża biss jekk il-protezzjoni ma tkunx proprjetà immobbli.
|
|
Valur tas-suq
|
Valur
|
Il-“valur tas-suq” attwali ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(76) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-suq huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.
|
|
Valur sostenibbli fit-tul
|
Valur
|
Il-“valur ta' tislif b'ipoteka” ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(74) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-self ipotekarju huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.
|
|
Valur tal-protezzjoni oriġinali
|
Valur
|
Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.
|
|
Post tal-kollateral ta' beni immobbli
|
Attribut tad-dejta
|
Reġjun jew pajjiż fejn jinsab il-kollateral.
|
|
Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2
|
Valur
|
Kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li ma jkunx jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.
|
|
Reġjuni ta' NUTS 3
|
Valur
|
Reġjuni ta' NUTS 3 fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li jkun jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.
|
|
Data ta' valur tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data meta saret l-aħħar stima jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel id-data ta' referenzata' rapportar.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Approċċ tal-valutazzjoni tal-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
Tip ta' valutazzjoni tal-protezzjoni; metodu użat biex jiġi ddeterminat il-valur tal-protezzjoni.
|
|
Mark-to-market
|
Valur
|
Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valur tal-protezzjoni huwa bbażat fuq prezzijiet ikkwotati mhux aġġustati għal assi u obbligazzjonijiet identiċi f'suq attiv.
|
|
Stima tal-kontroparti
|
Valur
|
Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valutazzjoni ssir mill-fornitur tal-protezzjoni.
|
|
Valutazzjoni tal-kreditur
|
Valur
|
Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu l-valutazzjoni ssir mill-kreditur: il-valutazzjoni ssir minn evalwatur estern jew li jkun membru tal-persunal li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valutazzjoni u li ma jkunx indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.
|
|
Valutazzjoni tat-terza persuna
|
Valur
|
Metodu ta' valutazzjoni fejn il-valutazzjoni ssir minn evalwatur li jkun indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.
|
|
Tip ieħor ta' valutazzjoni
|
Valur
|
Tip ieħor ta' valutazzjoni mhux inkluż f'kategoriji ta' valutazzjoni oħrajn.
|
|
Valur tal-protezzjoni oriġinali
|
Attribut tad-dejta
|
Il-valur ġust tal-protezzjoni fid-data meta ġiet riċevuta oriġinarjament bħala protezzjoni tal-kreditu.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Data tal-valur tal-protezzjoni oriġinali
|
Attribut tad-dejta
|
Id-data tal-valur oriġinali tal-protezzjoni, jiġifieri d-data meta saret l-aħħar evalwazzjoni jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel ma ġiet riċevuta inizzjalment bħala protezzjoni tal-kreditu.
|
|
Data
|
Valur
|
Definit bħala jj/xx/ssss.
|
|
Dejta dwar l-istrument u l-protezzjoni riċevuta
|
|
Valur tal-protezzjoni allokata
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont massimu tal-valur ta' protezzjoni li jista' jiġi kkunsidrat bħala protezzjoni tal-kreditu għall-istrument. L-ammont ta' pretenzjonijiet ta' prijorità ta' terzi persuni eżistenti jew tal-aġent osservat kontra l-protezzjoni għandu jiġi eskluż fil-valur allokat ta' protezzjoni. Għal protezzjoni li hija eliġibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan il-valur għandu jiġi rrapportat skont il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.
|
|
Pretenzjonijiet prijoritarji ta' terzi kontra l-protezzjoni
|
Attribut tad-dejta
|
L-ammont massimu ta' kwalunkwe lien ggradat ogħla eżistenti fir-rigward ta' terzi għajr għall-aġent osservat li jista' jintuża kontra l-protezzjoni.
|
|
Numeriku
|
Valur
|
Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.
|