+REGOLAMENT (UE) 2024/1789 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
------+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---------+Artikolu 1 (a)
---------+Artikolu 1 (b)
---------+Artikolu 1 2
---------+Artikolu 1 (a)
---------+Artikolu 1 (b)
---------+Artikolu 1 (c)
---------+Artikolu 1 3
---------+Artikolu 1 4
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 1
---------+Artikolu 2 2
---+KAPITOLU II REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAS-SISTEMI TAL-GASS NATURALI U S-SISTEMI TAL-IDROĠENU
------+Taqsima 1 Regoli ġenerali dwar l-organizzazzjoni tas-swieq u l-aċċess għall-infrastruttura
---------+L-Artikolu 3 Prinċipji ġenerali
------------+L-Artikolu 3 (a)
------------+L-Artikolu 3 (b)
------------+L-Artikolu 3 (c)
------------+L-Artikolu 3 (d)
------------+L-Artikolu 3 (e)
------------+L-Artikolu 3 (f)
------------+L-Artikolu 3 (g)
------------+L-Artikolu 3 (h)
------------+L-Artikolu 3 (i)
------------+L-Artikolu 3 (j)
------------+L-Artikolu 3 (k)
------------+L-Artikolu 3 (l)
------------+L-Artikolu 3 (m)
------------+L-Artikolu 3 (n)
---------+Artikolu 4 Żieda tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju fir-reġjuni tal-faħam u b’intensità qawwija tal-karbonju
---------+Artikolu 5 Separazzjoni tal-bażijiet tal-assi regolatorji
------------+Artikolu 5 1
------------+Artikolu 5 2
------------+Artikolu 5 3
------------+Artikolu 5 4
------------+Artikolu 5 5
------------+Artikolu 5 6
---------+Artikolu 6 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi rigward l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 6 1
------------+Artikolu 6 2
------------+Artikolu 6 3
------------+Artikolu 6 4
------------+Artikolu 6 5
------------+Artikolu 6 6
------------+Artikolu 6 7
---------+Artikolu 7 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi li jikkonċernaw lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu
------------+Artikolu 7 1
------------+Artikolu 7 2
------------+Artikolu 7 3
------------+Artikolu 7 4
------------+Artikolu 7 5
------------+Artikolu 7 6
------------+Artikolu 7 7
------------+Artikolu 7 8
------------+Artikolu 7 9
---------+Artikolu 8 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi li jikkonċernaw faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, terminals tal-idroġenu, faċilitajiet tal-LNG u faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu
------------+Artikolu 8 1
------------+Artikolu 8 2
------------+Artikolu 8 3
------------+Artikolu 8 4
------------+Artikolu 8 5
------------+Artikolu 8 6
------------+Artikolu 8 7
---------+Artikolu 9 Valutazzjoni tad-domanda tas-suq għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju mill-operaturi tas-sistemi tal-LNG u mill-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali
---------+Artikolu 10 Prinċipji tal-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 10 1
------------+Artikolu 10 2
------------+Artikolu 10 3
------------+Artikolu 10 4
---------+Artikolu 11 Prinċipji tal-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, it-terminals tal-idroġenu, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u l-faċilitajiet tal-LNG
------------+Artikolu 11 1
------------+Artikolu 11 2
------------+Artikolu 11 3
---------+Artikolu 12 Il-kummerċ ta’ drittijiet ta’ kapaċità
---------+Artikolu 13 Regoli ta’ bbilanċjar u ħlasijiet ta’ żbilanċ
------------+Artikolu 13 1
------------+Artikolu 13 2
------------+Artikolu 13 3
------------+Artikolu 13 4
---------+Artikolu 14 Ċertifikazzjoni ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu
------------+Artikolu 14 1
------------+Artikolu 14 2
------------+Artikolu 14 3
------------+Artikolu 14 4
------------+Artikolu 14 5
------------+Artikolu 14 6
---------+Artikolu 15 Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali
------------+Artikolu 15 1
------------+Artikolu 15 2
------------+Artikolu 15 3
------------+Artikolu 15 4
------------+Artikolu 15 5
------------+Artikolu 15 6
------------+Artikolu 15 7
------------+Artikolu 15 8
------------+Artikolu 15 9
------------+Artikolu 15 10
------------+Artikolu 15 11
------------+Artikolu 15 12
------------+Artikolu 15 13
---------+Artikolu 16 Kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 16 1
------------+Artikolu 16 2
------+Taqsima 2 Aċċess għan-networks
---------+Artikolu 17 Tariffi għal aċċess għan-networks
------------+Artikolu 17 1
------------+Artikolu 17 2
------------+Artikolu 17 3
------------+Artikolu 17 4
------------+Artikolu 17 5
---------+Artikolu 18 Skontijiet tariffarji għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju
------------+Artikolu 18 1
------------+Artikolu 18 2
------------+Artikolu 18 3
------------+Artikolu 18 4
------------+Artikolu 18 5
---------+Artikolu 19 Dħul tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 19 1
------------+Artikolu 19 2
------------+Artikolu 19 3
------+taqsima 3 operazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni, tal-ħażna tal-gass naturali, tal-lng u tat-terminals tal-idroġenu
---------+Artikolu 20 Kapaċità kostanti għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju għas-sistema ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 20 1
------------+Artikolu 20 2
---------+Artikolu 21 Koordinazzjoni transfruntiera fir-rigward tal-kwalità tal-gass fis-sistema tal-gass naturali
------------+Artikolu 21 1
------------+Artikolu 21 2
------------+Artikolu 21 3
------------+Artikolu 21 4
------------+Artikolu 21 5
------------+Artikolu 21 6
------------+Artikolu 21 7
------------+Artikolu 21 8
------------+Artikolu 21 9
------------+Artikolu 21 10
------------+Artikolu 21 11
------------+Artikolu 21 12
------------+Artikolu 21 13
------------+Artikolu 21 14
---------+Artikolu 22 Preżunzjoni ta’ konformità tal-prattiki mal-istandards armonizzati għall-gass naturali
---------+Artikolu 23 Speċifikazzjonijiet komuni għall-bijometan
------------+Artikolu 23 1
------------+Artikolu 23 2
------------+Artikolu 23 3
------------+Artikolu 23 4
------------+Artikolu 23 5
---------+Artikolu 24 Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass
---------+Artikolu 25 Organizzazzjoni tal-ENTSO tal-Gass
------------+Artikolu 25 1
------------+Artikolu 25 2
------------+Artikolu 25 3
------------+Artikolu 25 4
---------+Artikolu 26 Kompiti tal-ENTSO tal-Gass
------------+Artikolu 26 1
------------+Artikolu 26 2
------------+Artikolu 26 3
------------+Artikolu 26 4
------------+Artikolu 26 5
------------+Artikolu 26 6
------------+Artikolu 26 7
------------+Artikolu 26 8
------------+Artikolu 26 9
------------+Artikolu 26 10
------------+Artikolu 26 11
---------+Artikolu 27 Monitoraġġ mill-ACER tal-ENTSO tal-Gass
------------+Artikolu 27 1
------------+Artikolu 27 2
---------+Artikolu 28 Awtoritajiet regolatorji
---------+Artikolu 29 Konsultazzjonijiet mill-ENTSO tal-Gass
------------+Artikolu 29 1
------------+Artikolu 29 2
------------+Artikolu 29 3
---------+Artikolu 30 Kostijiet tal-ENTSO tal-Gass
---------+Artikolu 31 Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 31 1
------------+Artikolu 31 2
------------+Artikolu 31 3
---------+Artikolu 32 Pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha
------------+Artikolu 32 2
------------+Artikolu 32 (a)
------------+Artikolu 32 (b)
------------+Artikolu 32 (c)
------------+Artikolu 32 3
---------+Artikolu 33 Ir-rekwiżiti tat-trasparenza li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
------------+Artikolu 33 1
------------+Artikolu 33 2
------------+Artikolu 33 3
------------+Artikolu 33 4
------------+Artikolu 33 5
------------+Artikolu 33 6
------------+Artikolu 33 7
---------+Artikolu 34 Rekwiżiti ta’ trasparenza rigward il-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu, il-faċilitajiet tal-LNG u t-terminals tal-idroġenu
------------+Artikolu 34 1
------------+Artikolu 34 2
------------+Artikolu 34 3
------------+Artikolu 34 4
------------+Artikolu 34 5
------------+Artikolu 34 6
---------+Artikolu 35 Żamma tar-rekords mill-operaturi tas-sistemi
------+Taqsima 4 L-operazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
---------+Artikolu 36 Kapaċità kostanti għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju għas-sistema ta’ distribuzzjoni
------------+Artikolu 36 1
------------+Artikolu 36 2
---------+Artikolu 37 Kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
---------+Artikolu 38 Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
---------+Artikolu 39 Entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
------------+Artikolu 39 2
------------+Artikolu 39 3
---------+Artikolu 40 Bidliet fir-regoli u l-proċeduri prinċipali tal-entità tal-UE għad-DSO
------------+Artikolu 40 1
------------+Artikolu 40 2
------------+Artikolu 40 3
------------+Artikolu 40 4
------------+Artikolu 40 5
------------+Artikolu 40 6
------------+Artikolu 40 7
---------+Artikolu 41 Kompiti addizzjonali tal-entità tal-UE għad-DSO
------------+Artikolu 41 1
------------+Artikolu 41 2
------------+Artikolu 41 3
------------+Artikolu 41 4
------------+Artikolu 41 5
------+Taqsima 5 Aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, u mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
---------+Artikolu 42 Mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
---------+Artikolu 43 Kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi
------------+Artikolu 43 1
------------+Artikolu 43 2
---------+Artikolu 44 Kriterji għall-għażla tal-fornitur ta’ servizzi
------------+Artikolu 44 1
------------+Artikolu 44 2
------------+Artikolu 44 3
---------+Artikolu 45 Kompiti tal-fornitur ta’ servizzi
---------+Artikolu 46 Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
------------+Artikolu 46 1
------------+Artikolu 46 2
------------+Artikolu 46 3
------------+Artikolu 46 4
------------+Artikolu 46 5
------------+Artikolu 46 6
------------+Artikolu 46 7
---------+Artikolu 47 Limitazzjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
------------+Artikolu 47 1
------------+Artikolu 47 2
---------+Artikolu 48 Possibbiltà li tiġi limitata l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
------------+Artikolu 48 1
------------+Artikolu 48 2
------------+Artikolu 48 3
------------+Artikolu 48 4
------------+Artikolu 48 5
---------+Artikolu 49 Bord ta’ Tmexxija
------------+Artikolu 49 1
------------+Artikolu 49 2
---------+Artikolu 50 Garanziji
---------+Artikolu 51 Rapportar
------------+Artikolu 51 2
------------+Artikolu 51 (a)
------------+Artikolu 51 (b)
------------+Artikolu 51 (c)
------------+Artikolu 51 (d)
------------+Artikolu 51 (e)
---------+Artikolu 52 Mekkaniżmu biex jappoġġaw l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
------------+Artikolu 52 1
------------+Artikolu 52 2
------------+Artikolu 52 3
------------+Artikolu 52 4
------------+Artikolu 52 5
---------+Artikolu 53 Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
------------+Artikolu 53 1
------------+Artikolu 53 2
------------+Artikolu 53 3
---------+Artikolu 54 Possibbiltà li tiġi limitata l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
------------+Artikolu 54 1
------------+Artikolu 54 2
------------+Artikolu 54 3
---+KAPITOLU III REGOLI APPLIKABBLI GĦAN-NETWORKS TAL-IDROĠENU
------+Artikolu 55 Koordinazzjoni transfruntiera f’dak li jikkonċerna l-kwalità tal-idroġenu
---------+Artikolu 55 1
---------+Artikolu 55 2
---------+Artikolu 55 3
---------+Artikolu 55 4
---------+Artikolu 55 5
---------+Artikolu 55 6
---------+Artikolu 55 7
---------+Artikolu 55 8
---------+Artikolu 55 9
---------+Artikolu 55 10
---------+Artikolu 55 11
------+Artikolu 56 Kooperazzjoni bejn l-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu u l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu
------+Artikolu 57 Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks tal-Idroġenu
---------+Artikolu 57 1
---------+Artikolu 57 2
---------+Artikolu 57 3
---------+Artikolu 57 4
---------+Artikolu 57 5
---------+Artikolu 57 6
---------+Artikolu 57 7
---------+Artikolu 57 8
---------+Artikolu 57 9
---------+Artikolu 57 10
---------+Artikolu 57 11
---------+Artikolu 57 12
------+Artikolu 58 Tranżizzjoni lejn l-ENNOH
------+Artikolu 59 Kompiti tal-ENNOH
---------+Artikolu 59 1
---------+Artikolu 59 2
---------+Artikolu 59 3
---------+Artikolu 59 4
---------+Artikolu 59 5
---------+Artikolu 59 6
------+Artikolu 60 Pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-idroġenu għall-Unjoni kollha
---------+Artikolu 60 1
---------+Artikolu 60 2
---------+Artikolu 60 3
------+Artikolu 61 Ippjanar integrat tan-network fil-livell tal-Unjoni
---------+Artikolu 61 1
---------+Artikolu 61 2
---------+Artikolu 61 3
------+Artikolu 62 Kostijiet tal-ENNOH
------+Artikolu 63 Konsultazzjonijiet mill-ENNOH
---------+Artikolu 63 1
---------+Artikolu 63 2
---------+Artikolu 63 3
------+Artikolu 64 Il-monitoraġġ tal-ENNOH mill-ACER
---------+Artikolu 64 1
---------+Artikolu 64 2
---------+Artikolu 64 3
------+Artikolu 65 Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu
---------+Artikolu 65 1
---------+Artikolu 65 2
------+Artikolu 66 Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu
---------+Artikolu 66 1
---------+Artikolu 66 2
---------+Artikolu 66 3
---------+Artikolu 66 4
---------+Artikolu 66 5
---------+Artikolu 66 6
---------+Artikolu 66 7
---------+Artikolu 66 8
------+Artikolu 67 Żamma ta’ rekords fis-sistema tal-idroġenu
------+Artikolu 68 Preżunzjoni ta’ konformità mal-prattiki bi standards armonizzati għall-idroġenu
------+Artikolu 69 Speċifikazzjonijiet komuni għall-idroġenu
---------+Artikolu 69 1
---------+Artikolu 69 2
---------+Artikolu 69 3
---------+Artikolu 69 4
---+KAPITOLU IV KODIĊIJIET TAN-NETWORK U LINJI GWIDA
------+Artikolu 70 Adozzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida
---------+Artikolu 70 1
---------+Artikolu 70 2
---------+Artikolu 70 3
------+Artikolu 71 Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-gass naturali
---------+Artikolu 71 1
---------+Artikolu 71 2
---------+Artikolu 71 3
---------+Artikolu 71 4
---------+Artikolu 71 5
---------+Artikolu 71 6
---------+Artikolu 71 7
---------+Artikolu 71 8
---------+Artikolu 71 9
---------+Artikolu 71 10
---------+Artikolu 71 11
---------+Artikolu 71 12
---------+Artikolu 71 13
---------+Artikolu 71 14
---------+Artikolu 71 15
------+Artikolu 72 Stabbiliment ta’ kodiċijiet tan-network għall-idroġenu
---------+Artikolu 72 1
---------+Artikolu 72 2
---------+Artikolu 72 3
---------+Artikolu 72 4
---------+Artikolu 72 5
---------+Artikolu 72 6
---------+Artikolu 72 7
---------+Artikolu 72 8
---------+Artikolu 72 9
---------+Artikolu 72 10
---------+Artikolu 72 11
---------+Artikolu 72 12
---------+Artikolu 72 13
---------+Artikolu 72 14
---------+Artikolu 72 15
------+Artikolu 73 Emendi għall-kodiċijiet tan-network
---------+Artikolu 73 1
---------+Artikolu 73 2
---------+Artikolu 73 3
------+L-Artikolu 74 Linji gwida
---------+L-Artikolu 74 1
---------+L-Artikolu 74 2
---------+L-Artikolu 74 3
---------+L-Artikolu 74 4
---------+L-Artikolu 74 5
------+Artikolu 75 Dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal miżuri aktar dettaljati
------+Artikolu 76 Għoti ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità
---------+Artikolu 76 1
---------+Artikolu 76 2
---------+Artikolu 76 3
---------+Artikolu 76 4
---------+Artikolu 76 5
---------+Artikolu 76 6
---------+Artikolu 76 7
------+Artikolu 77 Penali
---------+Artikolu 77 1
---------+Artikolu 77 2
---------+Artikolu 77 3
---+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 78 Infrastruttura ġdida tal-gass naturali u tal-idroġenu
---------+Artikolu 78 1
---------+Artikolu 78 2
---------+Artikolu 78 3
---------+Artikolu 78 4
---------+Artikolu 78 5
---------+Artikolu 78 6
---------+Artikolu 78 7
---------+Artikolu 78 8
---------+Artikolu 78 9
---------+Artikolu 78 10
---------+Artikolu 78 11
------+Artikolu 79 Derogi
------+Artikolu 80 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 80 1
---------+Artikolu 80 2
---------+Artikolu 80 3
---------+Artikolu 80 4
---------+Artikolu 80 5
---------+Artikolu 80 6
------+Artikolu 81 Proċedura ta’ kumitat
---------+Artikolu 81 1
---------+Artikolu 81 2
---------+Artikolu 81 3
------+Artikolu 82 Rieżami u rapportar
---------+Artikolu 82 1
---------+Artikolu 82 2
------+Artikolu 83 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1227/2011
---------+Artikolu 83 (1)
---------+Artikolu 83 (2)
------+Artikolu 84 Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938
---------+Artikolu 84 (1)
---------+Artikolu 84 (2)
---------+Artikolu 84 (3)
---------+Artikolu 84 (4)
---------+Artikolu 84 (5)
---------+Artikolu 84 (6)
---------+Artikolu 84 (7)
---------+Artikolu 84 (8)
---------+Artikolu 84 (9)
---------+Artikolu 84 (10)
---------+Artikolu 84 (11)
---------+Artikolu 84 (12)
---------+Artikolu 84 (13)
---------+Artikolu 84 (14)
------+Artikolu 85 Emendi għar-Regolament (UE) 2019/942
---------+Artikolu 85 (1)
---------+Artikolu 85 (2)
---------+Artikolu 85 (3)
---------+Artikolu 85 (4)
---------+Artikolu 85 (5)
---------+Artikolu 85 (6)
---------+Artikolu 85 (7)
------+Artikolu 86 Emendi għar-Regolament (UE) 2022/869
---------+Artikolu 86 (1)
---------+Artikolu 86 (2)
------+Artikolu 87 Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2017/684
------+Artikolu 88 Tħassir
------+Artikolu 89 Dħul fis-seħħ
---------+Artikolu 89 1
---------+Artikolu 89 2
---+ANNEX I Guidelines
------+1. Information to be published on the methodology used to set the regulated revenue of the …
------+1. The entity responsible for calculating, setting and approving the different components of the …
------+2. A description of the methodology, including at least a description of: (a) the overall …
------+3. The values of the parameters used in the methodology: (a) the detailed values of the parameters …
------+4. The values of costs and expenditure that are used for setting the allowed or target revenue in …
------+5. Financial indicators to be provided for the transmission system operator. In the event of the …
------+6. Transmission system operators shall maintain and make available to the regulatory authority upon …
------+2. Principles of capacity-allocation mechanisms and congestion- management procedures concerning …
---------+2.1. Principles of capacity-allocation mechanisms and congestion-management procedures concerning …
------+1. Capacity-allocation mechanisms and congestion-management procedures shall facilitate the …
------+2. Those mechanisms and procedures shall take into account the integrity of the system concerned as …
---------+2.2. Congestion management procedures in the event of contractual congestion
------------+2.2.1. General provisions
------------+2.2.2. Capacity increase through oversubscription and buy-back scheme
------------+2.2.3. Firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism
------------+2.2.4. Surrender of contracted capacity
------------+2.2.5. Long-term use-it-or-lose-it mechanism
------+3. Those mechanisms and procedures shall neither hamper the entry of new market participants nor …
------+4. Those mechanisms and procedures shall provide appropriate economic signals for efficient and …
------+5. Network users shall be advised about the type of circumstance that could affect the availability …
------+6. Should difficulties in meeting contractual delivery obligations arise due to system integrity …
------+1. This point shall apply to interconnection points between adjacent entry-exit systems …
------+2. On the basis of the information published by the transmission system operators pursuant to point …
------+3. Any additional capacity made available through the application of one of the …
------+1. Transmission system operators shall propose and, after approval by the regulatory authority …
------+2. The oversubscription and buy-back scheme shall provide transmission system operators with an …
------+3. The oversubscription and buy-back scheme shall be based on an incentive regime reflecting the …
------+4. For the purpose of determining transmission system operators’ revenue, technical capacity, in …
------+5. In determining the additional capacity, the transmission system operator shall take into account …
------+6. Where necessary to maintain system integrity, transmission system operators shall apply a …
------+7. Transmission system operators shall, before applying a buy-back procedure, verify whether …
------+8. When proposing the oversubscription and buy-back scheme the transmission system operator shall …
------+1. Regulatory authorities shall require transmission system operators to apply at least the rules …
------+2. If, on the basis of the yearly monitoring report of ACER referred to in point 2.2.1(2), it is …
------+3. Firm renomination is permitted up to 90 % and down to 10 % of the contracted capacity by the …
------+4. The original holder of the contracted capacity may renominate the restricted part of its …
------+5. Point 3 shall not apply to network users – persons or undertakings and the undertakings they …
------+6. On interconnection points where a firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism in accordance with …
------+7. A regulatory authority may decide to implement a firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism …
------+1. Regulatory authorities shall require transmission system operators to partially or fully …
------+2. The application of a firm day-ahead use-it-or-lose-it mechanism shall not be considered to be …
------+3. Withdrawal shall result in the network user losing its contracted capacity partially or …
------+4. Transmission system operators shall regularly provide regulatory authorities with all the data …
------+3. Definition of the technical information necessary for network users to obtain effective access …
---------+3.1. Definition of the technical information necessary for network users to obtain effective access …
------------+3.1.1. Form of publication
------------+3.1.2. Content of publication
---------+3.2. Definition of all relevant points for transparency requirements
------+1. Transmission system operators shall provide all information referred to in point 3.1.2 and …
------+2. Transmission system operators shall provide details on actual changes to all information …
------+1. Transmission system operators shall publish at least the following information about their …
------+1. Relevant points shall include at least: (a) all entry and exit points to and from a transmission …
------+2. Information for single final customers and for production facilities, that is excluded from the …
------+3. Where points between two or more transmission operators are managed solely by the transmission …
---------+3.3. Information to be published at all relevant points and the time schedule according to which …
------+1. At all relevant points, transmission system operators shall publish the information as listed in …
------+2. At all relevant points, the information referred to in points 3.3(1)(a), (b) and (d) shall be …
------+3. At all relevant points, transmission system operators shall publish historical information on …
---------+3.4. Information to be published as regards the transmission system and the time schedule according …
------+4. Transmission system operators shall publish measured values of the gross calorific value, the …
------+5. For all relevant points, transmission system operators shall publish available capacities …
------+1. Transmission system operators shall ensure the publication on a daily basis and updated every …
------+2. Transmission system operators shall publish harmonised conditions under which capacity …
------+3. Regarding the balancing service of its system, each transmission system operator shall provide …
------+4. Where flexibility services, other than tolerances, are offered for third party access …
------+5. Transmission system operators shall publish, per balancing zone, the amount of gas in the …
------+6. Transmission system operators shall provide user-friendly instruments for calculating tariffs.
------+7. Transmission system operators shall keep at the disposal of the relevant national authorities …
------+8. Transmission system operators shall publish at least annually, by a predetermined deadline, all …
------+4. Format and content of the publication of technical information on network access by hydrogen …
---------+4.1. Format of the publication of technical information on network access
---------+4.2. Content of the publication of technical information on network access
---------+4.3. Information to be published at all relevant points and time schedule
------+1. Hydrogen network operators shall provide all information necessary for network users to obtain …
------+2. Hydrogen network operators shall provide details on actual changes to all information referred …
------+1. Hydrogen network operators shall publish at least the following information about their systems …
------+2. Relevant points shall include at least: (a) all entry and exit points to and from a hydrogen …
------+3. Information for single final customers and for production facilities, that is excluded from the …
------+1. At all relevant points, hydrogen network operators shall publish the information as listed in …
------+2. At all relevant points, the information referred to in points 1(a), (b) and (d) shall be …
------+3. At all relevant points, hydrogen network operators shall publish historical information on the …
------+4. Hydrogen network operators shall publish measured values of the hydrogen purity and contaminants …
------+5. Further details required to implement points 4.1, 4.2 and 4.3, for example details on the format …
---+ANNEX II Repealed Regulation with list of the successive amendments thereto
---+ANNEX III Correlation table
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT (UE) 2024/1789 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2024/1789 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2024

dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie emendat kemm-il darba u b’mod sostanzjali. Peress li jridu jsiru iżjed emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi rriformulat fl-interess taċ ċarezza.

(2)

Is-suq intern għall-gass naturali, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni, kemm jekk huma ċittadini jew jekk huma negozji, kif ukoll opportunitajiet ġodda ta’ negozju u aktar kummerċ transfruntier, sabiex jiżgura gwadanji f’termini ta’ effiċjenza, prezzijiet kompetittivi u standards ogħla ta’ servizz, u sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostenibbiltà.

(3)

Permezz tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Ir-regoli tas-suq intern għall-fjuwils gassużi jeħtieġ li jiġu allinjati ma’ dak ir-Regolament. F’dak il-kuntest, l-Unjoni stabbiliet kif taġġorna s-swieq tal-enerġija tagħha, inkluż fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni tas-swieq tal-gass, fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija” u “Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima” (“l-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu”), kif ukoll fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar approċċ Ewropew komprensiv għall-ħżin tal-enerġija (6). Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-istess ħin li tiżgura s-sigurtà tal-provvista u l-funzjonament tajjeb tas-swieq interni tal-gass naturali u tal-idroġenu.

(4)

Dan ir-Regolament jikkomplementa l-istrumenti ta’ politika u leġiżlattivi relatati tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk proposti skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Patt Ekoloġiku Ewropew”, bħar-Regolamenti (UE) 2023/857 (7), (UE) 2023/957 (8), (UE) 2023/1805 (9) u (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttivi (UE) 2023/959 (11), (UE) 2023/1791 (12) u (UE) 2023/2413 (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom l-għan li jinċentivaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni u jiżguraw li tibqa’ fuq trajettorja lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119. L-objettiv ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa li jippermetti u jiffaċilita tali tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jiżgura ż-żieda ta’ suq għall-idroġenu u suq effiċjenti għall-gass naturali.

(5)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-penetrazzjoni tal-gass rinnovabbli u tal-gass u l-idroġenu b’livell baxx tal-karbonju f’sistema tal-enerġija, u dan jabilita bidla lil hinn mill-gassijiet fossili, u jippermetti li l-gass rinnovabbli u l-gass u l-idroġenu b’livell baxx tal-karbonju jkollhom rwol importanti biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u n-newtralità klimatika tal-UE sal-2050. Dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jistabbilixxi qafas regolatorju li jippermetti u jinċentiva lill-parteċipanti kollha fis-suq biex iwettqu bidla lil hinn mill-gassijiet fossili u jippjanaw l-attivitajiet tagħhom biex jevitaw effetti ta’ intrappolament u jfittxu li jiżguraw tneħħija gradwali u fil-ħin tal-gassijiet fossili, b’mod partikolari fis-setturi industrijali rilevanti kollha u għal finijiet ta’ tisħin.

(6)

L-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu tirrikonoxxi li, peress li l-Istati Membri għandhom potenzjal differenti għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli, suq intern miftuħ u kompetittiv b’kummerċ transfruntier mingħajr xkiel għandu benefiċċji sinifikanti għall-kompetizzjoni, l-affordabbiltà u s-sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, l-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu tisħaq li t-tranżizzjoni lejn suq likwidu li jwettaq kummerċ tal-idroġenu bbażat fuq il-komodità tiffaċilita d-dħul ta’ produtturi ġodda u tkun ta’ benefiċċju għal integrazzjoni aktar sħiħa ma’ vetturi oħra tal-enerġija u tibgħat sinjali ta’ prezzijiet vijabbli għal deċiżjonijiet dwar investimenti u deċiżjonijiet operazzjonali. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiffaċilitaw it-twaqqif ta’ swieq għall-idroġenu, kummerċ tal-idroġenu bbażat fuq il-komodità u ċentri ta’ kummerċ likwidu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jeliminaw kull ostaklu bla bżonn, inklużi tariffi sproporzjonati f’punti ta’ interkonnessjoni. Filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-differenzi inerenti, għal suq tal-idroġenu jenħtieġ li jitqiesu wkoll ir-regoli eżistenti li abilitaw operazzjonijiet kummerċjali effiċjenti u kummerċ żviluppati għas-swieq għall-elettriku u l-gass naturali. Filwaqt li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali applikabbli għall-operazzjoni tas-suq għall-idroġenu, huwa xieraq li jitqies l-istadju tal-iżvilupp ta’ dak is-suq meta jiġu applikati dawk il-prinċipji.

(7)

L-appoġġ għar-reġjuni b’intensità qawwija tal-faħam u tal-karbonju fl-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili u l-introduzzjoni gradwali tal-enerġija rinnovabbli huwa element ewlieni tal-politika ta’ tranżizzjoni ġusta. Dak l-appoġġ irid jiġi segwit b’mod konsistenti mal-qafas legali rilevanti, b’mod partikolari l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), li jippermetti l-finanzjament ta’ teknoloġiji għall-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni għandha rwol ewlieni biex tiżgura tali appoġġ għall-politiki nazzjonali bil-mira li jnaqqsu b’mod progressiv il-kapaċità eżistenti tal-ġenerazzjoni u tal-estrazzjoni minerarja tal-faħam u ta’ fjuwils fossili solidi oħra. Dak il-proċess jirrikjedi finanzjament biex jindirizza l-impatt soċjali u ekonomiku, inkluż it-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol għall-fini tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa tar-reġjuni li jgħaddu minn bidla strutturali. L-appoġġ għar-reġjuni b’intensità qawwija tal-faħam u tal-karbonju se jkollu jqis l-għanijiet, il-kampijiet ta’ applikazzjoni u l-kriterji speċifiċi ta’ kull programm ta’ finanzjament rilevanti tal-Unjoni. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ma jipprevedix finanzjament ta’ teknoloġiji għajr l-enerġija rinnovabbli.

(8)

Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) tipprevedi l-possibbiltà ta’ operatur ta’ sistema kombinata. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jeħtiġux bidla fl-organizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva.

(9)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni tat-tariffi tal-aċċess għan-network, biex ikun żgurat li dawn jikkonformaw għalkollox mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mal-ħtiġijiet ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb, iqisu għalkollox il-ħtieġa tal-integrità tas-sistema u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba, dment li tali kostijiet ikunu jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network u jkunu trasparenti, filwaqt li jinkludu r-redditu xieraq mill-investimenti, u jabilitaw l-integrazzjoni tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju. Ir-regoli dwar it-tariffi tal-aċċess għan-network stabbiliti f’dan ir-Regolament huma kkumplimentati b’aktar regoli dwar it-tariffi tal-aċċess għan-network, b’mod partikolari fil-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fir-Regolamenti (UE) 2022/869 (16) u (UE) 2024/1787 (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u d-Direttiva (UE) 2023/1791.

(10)

B’mod ġenerali, ikun aktar effiċjenti li l-infrastruttura tiġi ffinanzjata permezz ta’ dħul li jinkiseb mingħand l-utenti ta’ dik l-infrastruttura u li jiġu evitati s-sussidji inkroċjati. Barra minn hekk, is-sussidji inkroċjati, f’każ ta’ assi regolati, ikunu kompatibbli mal-prinċipju ġenerali ta’ tariffi li jirriflettu l-kostijiet. F’każijiet eċċezzjonali, madankollu, is-sussidji inkroċjati jaf iwasslu għal benefiċċji soċjetali, b’mod partikolari waqt il-fażijiet bikrija tal-iżvilupp ta’ network meta l-kapaċità prenotata tkun baxxa meta mqabbla mal-kapaċità teknika u meta jkun hemm ċerta inċertezza sinifikanti b’rabta ma’ meta se timmaterjalizza d-domanda tal-kapaċità futura. Għaldaqstant, is-sussidji inkroċjati jistgħu jikkontribwixxu għal tariffi raġonevoli u prevedibbli għall-utenti tan-network bikrija u għal tnaqqis fir-riskji tal-investimenti magħmula mill-operaturi tan-networks, u b’hekk jikkontribwixxu għal klima ta’ investimenti li tappoġġa l-objettivi b’rabta mad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. Bħala alternattiva għat-tariffi ogħla tan-networks mistennija li inkella jkollhom jiġu ċċarġjati lill-utenti tan-network tal-idroġenu bikrija, jenħtieġ li jkun possibbli għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu li jxerrdu l-kostijiet tal-iżvilupp tan-network fuq medda ta’ żmien, billi l-Istati Membri jitħallew jipprevedu l-possibbiltà li l-utenti futuri jħallsu parti mill-kostijiet inizjali, permezz ta’ allokazzjoni intertemporali tal-kostijiet. Tali allokazzjoni tal-kostijiet intertemporali u l-metodoloġija u l-karatteristiċi sottostanti tagħha jenħtieġ li jkunu approvati mill-awtorità regolatorja. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jakkumpanjaw tali mekkaniżmu b’miżuri li jkopru r-riskju finanzjarju tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu, bħal garanzija mill-Istat, dment li jikkonformaw mal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Meta l-finanzjament tan-networks permezz ta’ tariffi tal-aċċess għan-networks imħallsa mill-utenti tan-network ma jkunx vijabbli, l-awtorità regolatorja jenħtieġ li tkun tista’ tippermetti trasferimenti finanzjarji bejn servizzi regolati separati min-networks tal-gass naturali u tal-idroġenu, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Il-kostijiet assoċjati mal-istudji tal-fattibbiltà relatati mal-adattament għal skop ġdid tan-networks tal-gass naturali għal networks tal-idroġenu jenħtieġ li ma jitqisux bħala sussidji inkroċjati. Jenħtieġ li s-sussidji inkroċjati ma jiġux iffinanzjati minn utenti tan-network fi Stati Membri oħra u b’hekk, ikun xieraq li l-finanzjament għas-sussidji inkroċjati jinġabar mill-punti ta’ ħruġ lejn il-klijenti finali fi ħdan l-istess Stat Membru. Barra minn hekk, peress li s-sussidji inkroċjati huma eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun żgurat li dawn ikunu proporzjonali, trasparenti, limitati fiż-żmien u stabbiliti taħt superviżjoni regolatorja, soġġetti għal notifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

(11)

L-użu ta’ arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal irkantijiet, biex jiġu ddeterminati t-tariffi, irid jikkonforma mad-Direttiva (UE) 2024/1788 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 (20).

(12)

Sett minimu komuni ta’ servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi huwa meħtieġ sabiex jiġi provdut standard minimu ta’ aċċess fil-prattika fl-Unjoni kollha, sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi ikunu suffiċjentement kompatibbli u sabiex jippermettu li jiġu sfruttati l-benefiċċji li jirriżultaw minn suq intern għall-gass naturali li jiffunzjona kif suppost.

(13)

L-arranġamenti dwar l-aċċess lil partijiet terzi jenħtieġ li jissejsu fuq prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ, li tippermetti allokazzjoni libera ta’ gass naturali abbażi ta’ kapaċità kostanti, intlaqgħet mill-Forum Regolatorju Ewropew dwar il-Gass XXIV (Forum ta’ Madrid) f’Ottubru 2013. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiddaħħal definizzjoni ta’ sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ, li tgħin biex jinkisbu l-kundizzjonijiet ekwi għal gass rinnovabbli u gass b’livell baxx tal-karbonju li jkunu konnessi mal-livell ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni. L-iffissar tat-tariffi għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u għall-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu u l-organizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-kapaċità bejn il-livelli ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għall-gass naturali u l-idroġenu jenħtieġ li jitħalla f’idejn l-awtoritajiet regolatorji abbażi tal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2024/1788.

(14)

L-aċċess għas-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ jenħtieġ li jkun ibbażat b’mod ġenerali fuq kapaċità kostanti. L-operaturi tan-networks jenħtieġ li jintalbu jikkooperaw b’mod li jimmassimizza l-offerta tal-kapaċità kostanti, u mbagħad dan min-naħa tiegħu jippermetti lill-utenti tan-network jallokaw liberalment il-gass naturali li jidħol u joħroġ abbażi tal-kapaċità kostanti lejn xi punt ta’ dħul jew ta’ ħruġ fl-istess sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ.

(15)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu integrazzjoni reġjonali sħiħa jew parzjali meta jingħaqdu żewġ sistemi kontigwi ta’ dħul u ta’ ħruġ jew aktar. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-integrazzjoni reġjonali parzjali tinkorpora diversi żoni tal-ibbilanċjar bħala pass importanti biex jiġu integrati swieq frammentati għall-gass naturali u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern għall-gass naturali.

(16)

Meta ssir integrazzjoni tas-swieq reġjonali, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati u l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jindirizzaw kwistjonijiet li jħallu impatt transfruntier bħall-istrutturi tariffarji, ir-reġim tal-ibbilanċjar, il-kapaċitajiet fil-bqija tal-punti transfruntieri, il-pjanijiet tal-investiment u t-twettiq tal-kompiti tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u tal-awtoritajiet regolatorji.

(17)

Jenħtieġ li l-kapaċità kundizzjonali tiġi offruta biss fejn l-operaturi tan-networks ma jkunux jistgħu joffru l-kapaċità kostanti. L-operaturi tan-networks jenħtieġ li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-kapaċità kundizzjonali abbażi ta’ restrizzjonijiet operazzjonali b’mod trasparenti u ċar. L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li japprovaw il-kundizzjonijiet u jiżguraw li l-għadd ta’ prodotti ta’ kapaċità kundizzjonali jkun limitat biex tiġi evitata frammentazzjoni tas-suq għall-gass naturali u biex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-għoti tal-aċċess effiċjenti lil partijiet terzi.

(18)

Sabiex jitlesta s-suq intern għall-gass naturali, jenħtieġ li jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni tal-gass naturali transfruntiera u titrawwem l-integrazzjoni tas-suq.

(19)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jappoġġa l-produzzjoni sostenibbli tal-bijometan fl-Unjoni. Fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tagħha tat-18 ta’ Mejju 2022“Implementing the Repower EU Action Plan: Investment needs, hydrogen accelerator and achieving the bio-methane targets” (L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni RepowerEU: Il-ħtiġijiet ta’ investiment, l-aċċeleratur tal-idroġenu u l-kisba tal-miri tal-bijometan), li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Pjan Repower EU” (il-“Pjan REPowerEU”), il-Kummissjoni pproponiet li żżid b’mod sinifikanti l-produzzjoni tal-bijometan sostenibbli fl-Unjoni sa 35 bcm fis-sena sal-2030.

(20)

L-immappjar ikkoordinat għall-użu tal-bijogass u tal-bijometan iservi bħala għodda għall-Istati Membri biex jiddeterminaw il-kontribut tal-bijometan għat-trajettorji stmati tagħhom mill-2021 sal-2030, inkluż il-konsum finali gross totali mistenni tal-enerġija u l-kapaċità installata totali ppjanata, kif previst fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima. Meta l-Istati Membri jkunu stabbilew trajettorji nazzjonali għall-bijogass u għall-bijometan, jenħtieġ li fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima jispeċifikaw il-politiki u l-miżuri għall-iżvilupp tagħhom, bħall-adozzjoni ta’ strateġiji nazzjonali dwar il-bijogass u l-bijometan sostenibbli jew l-istabbiliment ta’ miri nazzjonali tal-produzzjoni jew tal-konsum annwali tal-bijometan, espressi f’volumi assoluti jew bħala perċentwal tal-volum tal-gass naturali kkonsmat mill-klijenti konnessi man-network tal-gass naturali. Sabiex tiffaċilita dak, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri b’potenzjal sinifikanti tal-bijometan, analiżi tal-potenzjal nazzjonali tagħhom, kif ukoll suġġerimenti dwar kif il-potenzjal jista’ jiġi sfruttat bl-aħjar mod. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 25(2), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-bijogass li jiġi injettat fl-infrastruttura nazzjonali tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass għall-miri tas-settur tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 25(1) ta’ dik id-Direttiva.

(21)

Jeħtieġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni fost l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u, fejn relevanti, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni biex jinħolqu kodiċijiet tan-network biex jingħata u jkun immaniġġjat aċċess effettiv u trasparenti għan-networks ta’ trażmissjoni transfruntiera, u biex jiżguraw ippjanar ikkoordinat li jkollu viżjoni u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema tal-gass naturali fl-Unjoni, inkluż il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni, b’attenzjoni xierqa għall-ambjent. Il-kodiċijiet tan-network jenħtieġ li jaderixxu ma’ linji gwida qafas, li mhumiex ta’ natura vinkolanti u li huma żviluppati mill-ACER. L-ACER jenħtieġ li taqdi rwol fir-rieżami, abbażi tal-fatti, tal-abbozz tal-kodiċijiet tan-network, inkluż il-konformità tagħhom mal-linji gwida qafas, u jenħtieġ li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-ACER jenħtieġ ukoll li tivvaluta l-emendi proposti għall-kodiċijiet tan-network u li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jħaddmu n-networks tagħhom f’konformità ma’ dawk il-kodiċijiet tan-network.

(22)

Sabiex tkun żgurata l-aħjar tmexxija tan-network tat-trażmissjoni tal-gass naturali fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi previst Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni (l-“ENTSO tal-Gass”). Bl-għan li tiġi żgurata rappreżentanza ġusta ta’ Stati Membri żgħar, mhux interkonnessi jew iżolati, minbarra l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, dawk l-operaturi tas-sistemi tal-gass naturali li jibbenefikaw minn deroga mill-Artikolu 60 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 skont l-Artikolu 86 ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li jkunu eliġibbli li jkunu membri tal-ENTSO tal-Gass. Il-Kummissjoni, meta tapprova l-istatuti tal-ENTSO tal-Gass, tista’ tfittex li tiżgura differenzjazzjoni xierqa tad-drittijiet ta’ sħubija li tirrifletti l-istatus differenti tal-membri. Il-kompiti tal-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li huma applikabbli għad-deċiżjonijiet tal-ENTSO tal-Gass. Il-kompiti tal-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jiġu definiti tajjeb u l-metodi ta’ ħidma tiegħu jenħtieġ li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u n-natura rappreżentattiva tal-ENTSO tal-Gass. Fejn xieraq, il-kodiċijiet tan-network jistgħu jiġu żviluppati b’mod konġunt mill-ENTSO tal-Gass u min-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks għall-Idroġenu (ENNOH) fir-rigward ta’ kwistjonijiet transsettorjali. Il-kodiċijiet tan-network imħejjija mil-ENTSO tal-Gass mhumiex intiżi biex jissostitwixxu r-regoli tekniċi applikabbli nazzjonali għal kwistjonijiet mhux transfruntiera. Ladarba jista’ jsir aktar progress effettiv permezz ta’ azzjoni fuq livell reġjonali, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta’ kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma’ kodiċijiet tan-network u ma’ pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha mhux vinkolanti. Il-kooperazzjoni fi ħdan strutturi reġjonali bħal dawn tassumi separazzjoni effettiva ta’ attivitajiet ta’ network minn attivitajiet ta’ produzzjoni u provvista. Fl-assenza ta’ tali separazzjoni, kooperazzjoni reġjonali bejn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tagħti lok għal riskju ta’ attività anti-kompetittiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromovu l-kooperazzjoni u jissorveljaw l-effettività tal-operazzjonijiet tan-network f’livell reġjonali. Il-kooperazzjoni f’livell reġjonali jenħtieġ li tkun kompatibbli mal-progress li jwassal għal swieq interni kompetittivi u effiċjenti għall-gass naturali u l-idroġenu.

(23)

Sabiex tkun żgurata aktar trasparenza rigward l-iżvilupp tan-network ta’ trażmissjoni tal-gass naturali fl-Unjoni, l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jfassal, jippubblika u jaġġorna b’mod regolari pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha mhux vinkolanti għall-gass naturali (il-“pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha”) abbażi ta’ xenarju konġunt u l-mudell interkonness. Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha jenħtieġ li jiġi żviluppat skont proċess trasparenti li jinvolvi konsultazzjoni pubblika sinifikattiva, inkluż l-involviment ta’ korpi xjentifiċi indipendenti, u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi. Għal dak l-għan, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’ jipprovdi input dwar ix-xenarji għall-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha skont ir-Regolament (UE) 2022/869. Networks vijabbli ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u interkonnessjonijiet reġjonali meħtieġa, li jkunu relevanti mil-lat kummerċjali jew ta’ sigurtà tal-provvista, jenħtieġ li jkunu inklużi f’dak il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha. Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha jenħtieġ li jippromwovi l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u jikkontribwixxi għall-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali u għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija.

(24)

Sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni permezz ta’ suq likwidu tal-bejgħ tal-gass naturali bl-ingrossa, huwa importanti ħafna li l-gass naturali jkun jista’ jinbiegħ b’mod indipendenti minn fejn jinsab fis-sistema. Dan jista’ jsir biss jekk l-utenti tan-network jingħataw il-libertà li jipprenotaw indipendentement il-kapaċità ta’ dħul u ta’ ħruġ, biex b’hekk jinħolqu żoni għat-trasport tal-gass naturali u mhux tul il-linji kuntrattwali. Biex tkun żgurata l-libertà ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità b’mod indipendenti fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ, it-tariffi stabbiliti għal xi punt ta’ dħul partikolari, għalhekk, jenħtieġ li ma jkunux relatati mat-tariffa stabbilita għal xi punt ta’ ħruġ partikolari, iżda jenħtieġ li minflok jiġu offruti għal dawk il-punti b’mod separat, u t-tariffa jenħtieġ li ma tkunx tgħaqqad l-imposta ta’ dħul u ta’ ħruġ fi prezz wieħed.

(25)

Filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 (21) jipprevedi regoli għall-istabbiliment ta’ regoli tekniċi li jibnu reġim tal-ibbilanċjar, dan iħalli bosta alternattivi ta’ tfassil għal kull reġim tal-ibbilanċjar li jiġi applikat f’xi sistema speċifika ta’ dħul u ta’ ħruġ. Il-kombinament tal-alternattivi li saru jwasslu għal reġim tal-ibbilanċjar speċifiku li jkun applikabbli f’xi sistema speċifika ta’ dħul u ta’ ħruġ, li bħalissa qed jirriflettu l-iżjed it-territorji tal-Istati Membri.

(26)

Jenħtieġ li l-utenti tan-network jerfgħu r-responsabbiltà li jibbilanċjaw il-kontribut tagħhom fil-konfront tat-teħid tagħhom fuq il-pjattaformi tal-kummerċ stabbiliti biex jeħfief iżjed il-kummerċ tal-gass naturali bejn l-utenti tan-network. Sabiex jiġi żgurat li jingħata aċċess ugwali għas-suq għall-gass rinnovabbli u l-gass b’livell baxx tal-karbonju, iż-żona tal-ibbilanċjar jenħtieġ li tkopri wkoll, sa fejn ikun possibbli, il-livell tas-sistema ta’ distribuzzjoni. Il-punt ta’ kummerċ virtwali jenħtieġ li jintuża għall-iskambju tal-gass naturali bejn il-kontijiet tal-ibbilanċjar tal-utenti tan-network.

(27)

Ir-referenzi għall-kuntratti armonizzati ta’ trasport fil-kuntest ta’ aċċess nondiskriminatorju għan-network ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ma jfissrux li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti ta’ trasport ta’ operatur partikolari tas-sistema fi Stat Membru għandhom ikunu l-istess bħal dawk ta’ operatur ieħor tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor, sakemm ma jiġux stabbiliti rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu mill-kuntratti kollha ta’ trasport.

(28)

Jeħtieġ li jkun hemm aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u effiċjenti tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni globali tad-domanda u tal-provvista u sabiex jidentifikaw ir-raġunijiet għall-varjazzjoni fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Dak jinkludi tagħrif aktar preċiż dwar il-provvista u d-domanda, il-kapaċità tan-network, il-flussi u l-manutenzjoni, l-ibbilanċjar u d-disponibbiltà u l-użu tal-ħażna. L-importanza ta’ dik l-informazzjoni għall-funzjonament tas-suq tirrikjedi li jittaffew il-limitazzjonijiet eżistenti fuq il-pubblikazzjoni għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(29)

Madankollu r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva huma partikolarment rilevanti fejn hi kkonċernata data ta’ natura kummerċjalment strateġika għall-impriża, fejn hemm utent wieħed biss għal faċilità tal-ħażna tal-gass naturali, jew fejn hi kkonċernata data fir-rigward ta’ punti ta’ ħruġ f’sistema jew sottosistema li mhumiex konnessi ma’ sistema oħra ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni iżda ma’ klijent finali industrijali wieħed fejn il-pubblikazzjoni ta’ tali data tiżvela informazzjoni kunfidenzjali dwar il-proċess ta’ produzzjoni ta’ dan il-klijent.

(30)

Sabiex tiżdied il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti fis-suq jeħtieġu li jkunu ċerti li min jabbuża jista’ jkun suġġett għal penali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-data li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali tal-impriżi ta’ provvista. Fis-suq tal-gass naturali dawk id-deċiżjonijiet kollha huma kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f’forma ta’ riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema jenħtieġ li jżommu informazzjoni f’dan ir-rigward disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-awtoritajiet kompetenti għal perijodu stabbilit ta’ żmien. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li, barra minn dan, jissorveljaw b’mod regolari l-konformità mar-regoli tal-operaturi tas-sistemi.

(31)

L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali u għall-faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat (LNG) huwa insuffiċjenti f’xi Stati Membri, u għalhekk jeħtieġ li, fir-rigward tat-trasparenza u l-objettivi tal-Pjan REPowerEU, titjieb l-implimentazzjoni tar-regoli eżistenti. Tali titjib jenħtieġ li jqis il-potenzjal u l-użu tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju għal dawk il-faċilitajiet fis-suq intern.

(32)

Is-sistemi tal-ibbilanċjar għall-gass naturali li huma trasparenti u nondiskriminatorji, imħaddma minn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, huma mekkaniżmi importanti, b’mod partikolari għal suġġetti ġodda li jidħlu fis-suq li jista’ jkollhom iktar diffikultà minn impriżi li huma diġà stabbiliti f’suq rilevanti biex jibbilanċjaw il-portafoll ġenerali tal-bejgħ tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni joperaw tali mekkaniżmi b’mod li jkun kompatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-network li jkunu trasparenti, effettivi u nondiskriminatorji.

(33)

L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati fuq il-bażi tiegħu.

(34)

Fil-linji gwida stabbiliti f’ anness, jiġu stabbiliti regoli aktar dettaljati. Meta xieraq, dawk ir-regoli jenħtieġ li jevolvu maż-żmien, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-gass naturali u l-iżvilupp tagħhom.

(35)

Meta tipproponi l-emendar tal-linji gwida stabbiliti f’anness, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura konsultazzjoni minn qabel mal-partijiet rilevanti kollha li dawk il-linji gwida jikkonċernawhom, rappreżentati mill-organizzazzjonijiet professjonali, u mal-Istati Membri fil-Forum ta’ Madrid.

(36)

L-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jipprovdu, fuq talba, informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. It-talba għall-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi r-raġunijiet għaliex l-informazzjoni hija meħtieġa għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi trattata b’mod kunfidenzjali mill-Kummissjoni.

(37)

Dan ir-Regolament u l-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati f’konformità miegħu jkunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(38)

L-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib f’kull kwistjoni relatata mal-iżvilupp ta’ reġjun integrat ta’ kummerċ tal-gass naturali u jenħtieġ li ma jieħdu l-ebda miżura li tipperikola l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tal-gass naturali jew is-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti.

(39)

It-tranżizzjoni tal-enerġija u l-integrazzjoni kontinwa tas-suq għall-gass naturali jeħtieġu aktar trasparenza fir-rigward tad-dħul permess u mmirat tal-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni. Għadd ta’ deċiżjonijiet relatati man-networks tal-gass naturali jridu jkunu bbażati fuq dik l-informazzjoni. Pereżempju, it-trasferiment tal-assi tat-trażmissjoni minn operatur tan-network tal-gass naturali lejn operatur tan-networks tal-idroġenu jew l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (ITC) jeħtieġ aktar trasparenza minn dik li teżisti bħalissa. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-evoluzzjonijiet tat-tariffi fuq il-perijodu fit-tul teħtieġ ċarezza b’rabta mad-domanda għall-gass naturali u anki fuq il-projezzjonijiet tal-kostijiet. It-trasparenza fir-rigward tad-dħul permess x’aktarx li tiffaċilita l-projezzjonijiet tal-kostijiet. L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li, b’mod partikolari, jipprovdu regolarment informazzjoni dwar il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkolat id-dħul tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, il-valur tal-bażi tal-assi regolatorja tagħhom u d-deprezzament tagħha maż-żmien, il-valur tal-infiq operazzjonali, il-kost tal-kapital applikat għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-inċentivi u l-primjums applikati, kif ukoll l-evoluzzjoni fit-tul tat-tariffi ta’ trażmissjoni abbażi tal-bidliet mistennija għad-dħul permess jew immirat tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u fid-domanda għall-gass naturali. Sabiex jiġi żgurat il-koordinazzjoni tajjeb tal-proċess tal-ġbir u l-interpretazzjoni tad-data għall-istudju trasparenti u riproduċibbli ta’ tqabbil tal-effiċjenza tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, jenħtieġ li l-ACER tikkollabora mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mal-ENTSO tal-Gass.

(40)

In-nefqa tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni hija predominantement kostijiet fissi. Il-mudell kummerċjali tagħhom u l-oqfsa regolatorji nazzjonali attwali jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ użu għal perijodu fit-tul tan-networks tagħhom u dan ifisser perijodi twal ta’ deprezzament: minn 30 sa 60 sena. Għaldaqstant, fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jantiċipaw it-tnaqqis fid-domanda għall-gass naturali biex jimmodifikaw l-arranġamenti regolatorji fil-ħin u jevitaw sitwazzjoni fejn l-irkupru tal-kostijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni bit-tariffi jkun jhedded l-affordabbiltà tal-gass naturali għall-konsumaturi minħabba proporzjon dejjem akbar bejn il-kostijiet fissi u d-domanda għall-gass naturali. Meta meħtieġ, il-profil tad-deprezzament jew ir-rimunerazzjoni tal-assi ta’ trażmissjoni jistgħu, pereżempju, jiġu modifikati.

(41)

Jenħtieġ li tiżdied it-trasparenza tad-dħul permess jew immirat tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni komparattiva u valutazzjoni mill-utenti tan-network. Jenħtieġ li tiżdied ukoll it-trasparenza biex tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera u t-twaqqif tal-ICTs bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, għall-integrazzjoni reġjonali jew għall-implimentazzjoni tal-iskonti fit-tariffi għall-gass rinnovabbli u l-gass b’livell baxx tal-karbonju kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

(42)

Sabiex jiġu sfruttati l-aktar postijiet ekonomiċi għall-produzzjoni tal-gass rinnovabbli u l-gass b’livell baxx tal-karbonju, l-utenti tan-network jenħtieġ li jibbenefikaw minn skonti fit-tariffi bbażati fuq il-kapaċità. Tali skontijiet jistgħu jinkludu skont għall-injezzjoni minn faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gass rinnovabbli u l-gass b’livell baxx tal-karbonju, skont għat-tariffi fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali u fil-punti ta’ ħruġ lejhom, u skont fuq it-tariffi transfruntiera f’punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jkunu jistgħu jiddeċiedu li f’ċerti ċirkostanzi ma japplikawx l-iskonti għal dawk it-tariffi. Fil-każ ta’ bidla fil-valur tal-iskonti mhux transfruntieri, l-awtorità regolatorja jenħtieġ li tibbilanċja l-interess bejn l-utenti tan-networks u l-operaturi tan-networks filwaqt li tqis l-oqfsa finanzjarji stabbli speċifikament imfassla għall-investimenti eżistenti, b’mod partikolari għall-faċilitajiet tal-produzzjoni rinnovabbli. Fejn possibbli, l-indikaturi jew il-kundizzjonijiet biex jinbidel l-iskont jenħtieġ li jiġu pprovduti biżżejjed qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni biex jinbidel. Dak l-iskont jenħtieġ li ma jaffettwax il-metodoloġija ġenerali għall-iffissar tat-tariffi, iżda jenħtieġ li jiġi pprovdut ex post fuq it-tariffa rilevanti. Sabiex jibbenefikaw mill-iskont, l-utenti tan-network jenħtieġ li jippreżentaw lill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni l-informazzjoni meħtieġa abbażi ta’ ċertifikat tas-sostenibbiltà rreġistrat fil-bażi tad-data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(43)

It-tnaqqis fid-dħul mill-applikazzjoni tal-iskonti jenħtieġ li jiġi ttrattat bħala tnaqqis ġenerali fid-dħul, pereżempju minn bejgħ b’kapaċità mnaqqsa, u jkun jeħtieġ jiġi rkuprat fil-ħin mit-tariffi, pereżempju b’żieda fit-tariffi speċifiċi f’konformità mar-regoli ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(44)

Sabiex tiżdied l-effiċjenza fin-networks ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali fl-Unjoni u tkun żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mal-ENTSO tal-Gass, kif ukoll tiżdied l-effiċjenza fin-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu fl-Unjoni u tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u l-ENNOH, jenħtieġ li tkun prevista entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (l-entità tal-UE għad-DSO). L-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li tinkludi wkoll lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali u jenħtieġ li tkun tista’ tinkludi l-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu. Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li jiġu definiti sew u l-metodi ta’ ħidma tagħha jenħtieġ li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rappreżentattività fost l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-Unjoni u tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu. L-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li tkun libera li tistabbilixxi l-istatuti u r-regoli ta’ proċedura tagħha filwaqt li tqis id-differenzi bejn is-setturi tal-gass naturali, tal-idroġenu u tal-elettriku. L-entità tal-UE għad-DSO jenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-ENTSO tal-Gass u mal-ENNOH dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network, meta applikabbli, u jenħtieġ li taħdem biex tipprovdi gwida dwar l-integrazzjoni, fost l-oħrajn, tal-ġenerazzjoni distribwita u oqsma oħra li jirrelataw mal-ġestjoni tan-networks ta’ distribuzzjoni.

(45)

L-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jaqdu rwol importanti fejn tidħol l-integrazzjoni tal-gass rinnovabbli u l-gass b’livell baxx tal-karbonju fis-sistema, pereżempju madwar nofs il-kapaċità tal-produzzjoni tal-bijometan hija konnessa mal-grilja tad-distribuzzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ tali gass fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa, il-faċilitajiet tal-produzzjoni konnessi mal-grilja tad-distribuzzjoni fl-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-punt ta’ kummerċ virtwali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jenħtieġ li jaħdmu flimkien biex jippermettu flussi fid-direzzjoni opposta mid-distribuzzjoni għan-network ta’ trażmissjoni jew biex jiżguraw l-integrazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni permezz ta’ mezzi alternattivi, b’effett ekwivalenti, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-suq tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju.

(46)

Il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jista’ jkollhom rwol ċentrali biex jiksbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija: it-trasparenza tas-suq, id-dekarbonizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista.

(47)

Il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jikkontribwixxu għall-unità tas-suq tal-enerġija tal-Unjoni billi jtejbu t-trasparenza, kif ukoll jiżguraw il-viżibbiltà tad-domanda għas-sorsi tal-enerġija fl-Istati Membri kollha għall-fornituri kkonċernati.

(48)

L-aggregazzjoni tad-domanda għall-gass naturali tista’ ttejjeb is-sensibilizzazzjoni internazzjonali għall-fornituri tal-gass naturali, kemm jekk tal-pipeline jew tal-LNG, li hija essenzjali biex tgħin li jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-unità tas-suq tal-enerġija tal-Unjoni. B’mod partikolari, koordinazzjoni ħafna aktar b’saħħitha mal-Istati Membri u bejniethom fir-rigward ta’ pajjiżi terzi permezz tal-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jiżguraw użu aktar effettiv tal-piż kollettiv tal-Unjoni.

(49)

L-aggregazzjoni tad-domanda għall-gass naturali tista’ tikkontribwixxi għall-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni billi tinkorpora standards ambjentali fl-aggregazzjoni tad-domanda u l-ġbir tal-offerti. It-tnedija tal-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu tista’ tgħin ukoll biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(50)

Il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi għadd ta’ passi, li jibdew billi l-impriżi tal-gass naturali jew l-impriżi li jikkunsmaw il-gass naturali stabbiliti fl-Unjoni jkunu jistgħu jaggregaw id-domanda tagħhom għall-gass naturali permezz ta’ fornitur tas-servizzi, ikkuntrattat mill-Kummissjoni. Dak jippermetti lill-fornituri tal-gass naturali jagħmlu offerti abbażi ta’ volumi aggregati kbar, minflok ħafna offerti iżgħar lil xerrejja li javviċinawhom individwalment. Il-fornitur tas-servizzi mbagħad jiġbor l-offerti tal-provvista u jqabbilhom mal-ammonti ta’ gass naturali preċedentement aggregati. In-negozjar u l-konklużjoni ta’ kuntratti għax-xiri ta’ gass naturali wara l-aggregazzjoni tad-domanda jenħtieġ li jkunu volontarji.

(51)

L-aggregazzjoni tad-domanda tista’ tiżgura aċċess aktar ugwali għall-impriżi madwar l-Istati Membri għal sorsi ġodda jew addizzjonali tal-gass naturali u twassal għal kundizzjonijiet kuntrattwali kompetittivi għax-xiri tal-gass naturali mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi, għall-benefiċċju tal-klijenti finali. L-aggregazzjoni tad-domanda jenħtieġ li tkompli tappoġġa wkoll lil dawk l-impriżi li qabel kienu qed jixtru l-gass naturali biss jew prinċipalment mingħand fornitur wieħed billi tgħinhom jiksbu provvisti tal-gass naturali mingħand fornituri alternattivi tal-gass naturali f’kundizzjonijiet vantaġġużi. L-aggregazzjoni tad-domanda tista’ ttejjeb il-pożizzjoni ta’ tali impriżi fuq is-swieq globali tal-LNG.

(52)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jorganizzaw il-kompiti tagħhom kif stabbilit f’dan ir-Regolament filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-mekkaniżmu u l-ispeċifiċitajiet tal-gass naturali. B’mod partikolari, meta jallokaw l-offerti tal-provvista tal-gass naturali fost l-impriżi li jaggregaw id-domanda, il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li japplikaw metodi li ma jiddiskriminawx bejn parteċipanti iżgħar u akbar. Pereżempju, il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jallokaw offerti tal-provvista tal-gass naturali fi proporzjon mal-volumi li l-impriżi individwali ddikjaraw bħala domanda. Dan jista’ jkun rilevanti fejn il-provvista ma tkoprix biżżejjed id-domanda għall-gass naturali fis-suq tal-enerġija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli rilevanti għall-kompiti tal-fornituri tas-servizzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta rilevanti.

(53)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkuntratta s-servizzi meħtieġa tal-fornituri tas-servizzi permezz tal-proċeduri ta’ akkwist rilevanti skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) sabiex timplimenta l-mekkaniżmi stabbiliti skont dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, is-servizzi jenħtieġ li jiġu akkwistati minn fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni.

(54)

Il-proċess ta’ aggregazzjoni tad-domanda għall-gass naturali jenħtieġ li jitwettaq minn fornitur tas-servizzi xieraq. L-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri tal-gass naturali huwa proċess kumpless, li jeħtieġ li jqis diversi elementi, li mhumiex limitati għall-prezzijiet, iżda jinkludu wkoll volumi, punti tal-konsenja u parametri oħra. Minħabba l-importanza tas-servizzi relatati mal-aggregazzjoni tad-domanda tal-gass naturali u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu għat-trasparenza, id-diversifikazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, u s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista, l-impriżi soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jew l-Artikolu 215 tat-TFUE, jew li huma direttament jew indirettament proprjetà ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetti għal tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew ikkontrollati minnhom, jew jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġu esklużi milli jsiru fornitur tas-servizzi għall-aggregazzjoni tad-domanda għall-gass naturali jew fornitur tas-servizzi għall-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-fornituri tas-servizzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta.

(55)

Il-konsumaturi industrijali li jużaw il-gass naturali b’mod intensiv fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom, bħall-produtturi tal-fertilizzanti, l-azzar, iċ-ċeramika jew il-ħġieġ, jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-aggregazzjoni tad-domanda billi jippermettulhom jiġbru flimkien id-domanda tagħhom, jikkuntrattaw il-provvisti tal-gass naturali u tal-LNG, u jistrutturawhom skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Il-proċess li bih tiġi organizzata l-aggregazzjoni tad-domanda jenħtieġ ikollu regoli trasparenti dwar kif wieħed jista’ jingħaqad magħha u jenħtieġ li jiżgura l-ftuħ tagħha.

(56)

Il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-impriżi stabbiliti fl-Unjoni u, minħabba l-allinjament mill-qrib mal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni u mas-suq intern tal-enerġija, għall-impriżi stabbiliti fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, dment li jkunu fis-seħħ il-miżuri jew l-arranġamenti meħtieġa.

(57)

Madankollu, sabiex jitneħħew gradwalment id-dipendenzi eżistenti tal-Unjoni jew jiġu evitati dipendenzi ġodda fuq il-gass naturali jew l-idroġenu fornuti minn impriżi minn pajjiżi terzi soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni, u biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà, il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jenħtieġ li ma jkunux miftuħa għal impriżi soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 29 tat-TUE jew l-Artikolu 215 tat-TFUE, jew direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetti għal tali miżuri restrittivi, jew ikkontrollati minnhom, jew jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom. Tali impriżi jenħtieġ li għalhekk jiġu esklużi milli jipparteċipaw fiż-żewġ mekkaniżmi, b’mod partikolari bħala fornitur jew xerrej.

(58)

Sabiex jinvolvu ruħhom b’mod effettiv fix-xiri konġunt tal-gass naturali u jikkonkludu ftehimiet dwar il-gass naturali mal-fornituri, l-impriżi jistgħu joħolqu konsorzji jew jidħlu f’forom oħra ta’ kooperazzjoni bl-għan li jinnegozjaw b’mod konġunt ċerti kundizzjonijiet tax-xiri, bħall-volumi, il-kundizzjonijiet tal-konsenja tal-punti u ż-żmien tax-xiri, fil-limiti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-impriżi involuti f’xiri konġunt jiżguraw li l-informazzjoni skambjata direttament jew indirettament tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv segwit. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ xiri konġunt skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

(59)

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva hija ta’ importanza kbira meta l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-Bord ta’ Tmexxija, il-gruppi ta’ koordinazzjoni, il-gruppi esperti jew il-fornituri tas-servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika strumenti effettivi biex tipproteġi dik l-informazzjoni kontra kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat u riskji taċ-ċibersigurtà. Kull data personali li tista’ tiġi pproċessata bħala parti mill-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali u l-mekkaniżmu li jappoġġja l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jenħtieġ li tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (23) u (UE) 2018/1725 (24) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(60)

Il-gwerra mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna li bdiet fi Frar 2022, appoġġata mill-Belarussja, u t-tnaqqis sussegwenti fil-provvisti tal-gass naturali li ntuża bħala arma u l-manipulazzjoni tas-swieq permezz ta’ interruzzjonijiet intenzjonati fil-flussi tal-gass naturali żvelaw il-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha, bil-potenzjal ċar ta’ impatt dirett u serju fuq l-interessi tas-sigurtà essenzjali u tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħhom. Fl-istess ħin, sorsi alternattivi tal-provvista tal-gass mis-suq globali tal-LNG kibru biss modestament fl-2022 u fl-2023. Kapaċità ġdida sinifikanti ta’ likwifazzjoni tal-LNG għandha tibda tiffunzjona biss matul l-2025. Għalhekk, is-swieq globali tal-gass naturali għadhom ristretti ħafna u huma mistennija li jibqgħu ristretti għal ċertu perijodu ta’ żmien, li jwassal għal sitwazzjoni vulnerabbli kontinwa għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. F’dak l-isfond, huwa xieraq li jittieħdu miżuri biex tiġi indirizzata dik il-vulnerabbiltà kontinwa.

(61)

Il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali huwa strument importanti biex tiġi organizzata d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass naturali u l-eliminazzjoni gradwali tad-dipendenza fuq il-gass naturali Russu f’ħafna Stati Membri, f’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli” (ir-“REPowerEU”). Sabiex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, fl-interessi tas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista, u biex jiġu permessi t-tneħħija gradwali effettiva u rapida tad-dipendenza fuq il-gass naturali, il-provvisti tal-gass naturali li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja, jew il-provvisti tal-LNG minn faċilitajiet tal-LNG li jinsabu fihom, jenħtieġ li ma jiġux offruti permezz tal-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali sal-31 ta’ Diċembru 2025. Wara dik id-data, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi li teskludi temporanjament il-provvisti ta’ gass naturali li joriġina fil-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja, jew provvisti tal-LNG minn faċilitajiet tal-LNG li jinsabu fihom, għal perijodi sa sena, li jistgħu jiġġeddu jekk ikun iġġustifikat, meta dan ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. Jenħtieġ li kwalunkwe limitazzjoni bħal din ma tfixkilx bla bżonn il-funzjonament tajjeb tas-suq naturali intern għall-gass, u l-flussi transfruntiera tal-gass naturali bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ma jdgħajfux is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika, u jenħtieġ li jittieħdu f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

(62)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa disponibbli biex tiżgura l-fatt li l-provvisti tal-gass naturali jew tal-LNG li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja, u provvisti tal-LNG minn faċilitajiet tal-LNG li jinsabu fihom, jiġu esklużi b’mod effettiv mill-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt ta’ gass naturali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob lill-fornitur tas-servizzi rilevanti biex iwettaq il-verifiki meħtieġa. Dawk il-verifiki jistgħu jieħdu l-forma, fost l-oħrajn, ta’ talba mill-fornituri jew mill-produtturi tal-gass naturali li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u għax-xiri konġunt ta’ gass naturali biex jiġu pprovduti d-dokumenti rilevanti tat-trasport marittimu meta jiġu kkonsenjati l-provvisti, fejn ikun teknikament fattibbli. Barra minn hekk, il-parteċipanti fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt ta’ gass naturali jenħtieġ li jintalbu jipprovdu assigurazzjoni dwar il-konformità mal-obbligu tagħhom li ma joffrux jew ma jipprovdux gass naturali mill-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja, jew provvisti tal-LNG minn faċilitajiet tal-LNG li jinsabu fihom, fejn applikabbli.

(63)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita minn Bord ta’ Tmexxija magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni bl-għan li jiġu ffaċilitati l-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-aggregazzjoni tad-domanda tal-gass naturali. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri jenħtieġ li tkun volontarja u tiddependi b’mod partikolari fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija.

(64)

L-idroġenu huwa trasportatur tal-enerġija b’karatteristiċi differenti mill-gass naturali f’termini ta’ kwalità, mezzi tat-trasport u xejriet tad-domanda. Għad hemm ukoll distakk sinifikanti bejn il-kostijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju u l-prezz tas-suq ta’ alternattivi inqas sostenibbli, li jistgħu jirrikjedu intervent pubbliku biex jiġu pprovduti inċentivi sa tali żmien li l-elettrolizzaturi u teknoloġiji u inputs oħra tal-idroġenu relatati jkunu kompetittivi biżżejjed.

(65)

Madankollu, l-Unjoni għandha potenzjal qawwi ta’ produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu f’Marzu 2023. Il-Bank Ewropew tal-Idroġenu jiddeskrivi għadd ta’ attivitajiet, li permezz tagħhom il-Kummissjoni tiffaċilita l-ħolqien ta’ suq tal-idroġenu tal-Unjoni, tippermetti provvisti minn sħab internazzjonali affidabbli, u tiġbor u xxerred informazzjoni dwar l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu tal-Unjoni u l-finanzjament għal proġetti tal-idroġenu. Dawk l-attivitajiet jitwettqu fil-qafas tal-istrumenti legali eżistenti rilevanti, bħad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). L-għodod volontarji applikati għall-idroġenu fil-qafas tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu, b’mod partikolari l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu, jenħtieġ li jiffukaw fuq l-aċċellerazzjoni taż-żieda fil-produzzjoni tal-idroġenu tal-Unjoni u l-iżvilupp tas-suq, inkluż billi tiżdied it-trasparenza tad-domanda, tal-provvista, tal-flussi u tal-prezzijiet tal-idroġenu u billi jkollhom rwol ta’ koordinazzjoni, jgħaqqdu lill-produtturi u lill-konsumaturi u jiffaċilitaw it-taħlit mal-istrumenti finanzjarji eżistenti.

(66)

Fil-kuntest tal-ħidma mwettqa taħt il-Bank Ewropew tal-Idroġenu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi l-mekkaniżmu biex tappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu, b’enfasi fuq il-produzzjoni bbażata fl-Unjoni. Minħabba l-karatteristiċi tal-idroġenu u tas-suq tal-idroġenu, dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiġi stabbilit għal perijodu limitat sabiex jiġu identifikati l-aktar għodod effettivi għall-identifikazzjoni tad-domanda u tal-provvista tal-idroġenu fl-Unjoni u biex jiġu esplorati l-aktar arranġamenti ottimali tas-suq u tal-infrastruttura.

(67)

L-aċċess għall-informazzjoni għall-fornituri u l-off-takers fil-kuntest tal-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jenħtieġ li jkun soġġett għall-kunsens ta’ dawk l-impriżi u għall-konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

(68)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ hija stess timplimenta l-mekkaniżmu biex tappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jew jenħtieġ li tkun tista’ tagħmel dan permezz tal-fornituri tas-servizzi rilevanti. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li timplimenta tali mekkaniżmu permezz ta’ fornitur tas-servizzi, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward il-kuntratti mal-fornituri tas-servizzi, il-kriterji għall-għażla tal-fornituri tas-servizzi, u l-kompiti tal-fornituri tas-servizzi.

(69)

Il-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu jista’ jikkonsisti minn għodod iffukati fuq it-trasparenza, il-viżibbiltà tal-iżvilupp tas-suq u l-valutazzjoni volontarja tad-domanda. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiġi implimentat fil-qafas tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu. Il-Bank Ewropew tal-Idroġenu jenħtieġ li jikkoordina l-informazzjoni dwar il-provvista, id-domanda, il-flussi u l-prezzijiet tal-idroġenu biex isaħħaħ il-fiduċja fis-suq tal-idroġenu li qed jiżviluppa u jipprovdi viżibbiltà akbar tad-domanda għall-produtturi tal-idroġenu u għall-off-takers tal-idroġenu. Il-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tal-idroġenu fis-suq jenħtieġ li jqis il-maturità u l-likwidità tas-suq tal-idroġenu kif ukoll id-disponibbiltà tal-infrastruttura.

(70)

Jekk il-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta’ koordinazzjoni għal kwistjonijiet relatati mal-mekkaniżmu biex jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu, tali grupp ta’ koordinazzjoni jenħtieġ li jkun iddedikat speċifikament fuq l-idroġenu.

(71)

L-isforzi tal-Unjoni bl-għan li jeliminaw gradwalment id-dipendenza eżistenti fuq il-provvisti tal-gass naturali mill-Federazzjoni Russa u jevitaw dipendenza ġdida fuqhom u jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fil-kuntest tal-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tal-idroġenu fis-suq anki fid-dawl tal-użu tal-provvisti tal-enerġija bħala arma mill-Federazzjoni Russa kif muri mit-tnaqqis tal-provvisti tal-gass naturali u l-interruzzjonijiet fil-flussi tal-gass naturali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi li tirrestrinġi l-attivitajiet fir-rigward tal-valutazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-provvisti ta’ idroġenu li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jew mill-Belarussja fi ħdan il-mekkaniżmu biex tappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni. Tali deċiżjoni jenħtieġ li tittieħed biss meta tkun meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-istess prinċipji bħal dawk applikabbli għall-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u għax-xiri konġunt tal-gass naturali, iżda adattata għall-attivitajiet imwettqa permezz tal-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu. B’mod partikolari, l-iskeda ta’ żmien għall-adozzjoni u l-valutazzjoni minn qabel ta’ tali deċiżjoni jenħtieġ li tiġi aġġustata għat-tnedija ppjanata tal-operazzjoni tal-mekkaniżmu.

(72)

Qabel ma jiskadi l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-prestazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu u, b’mod partikolari, il-kontribut tiegħu għall-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu fl-Unjoni. Abbażi ta’ tali valutazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tiżviluppa mekkaniżmu volontarju ta’ aggregazzjoni tad-domanda u tax-xiri konġunt tal-idroġenu.

(73)

L-integrazzjoni ta’ volumi dejjem akbar ta’ gass rinnovabbli u gass b’livell baxx tal-karbonju fis-sistema tal-gass naturali tal-Unjoni se tbiddel il-kwalità tal-gass naturali trasportat u kkonsmat fl-Unjoni. Biex ikun żgurat fluss transfruntier bla xkiel tal-gass naturali, tinżamm l-interoperabbiltà tas-swieq u titħalla l-integrazzjoni tas-suq, jeħtieġ tiżdied it-trasparenza tal-kwalità tal-gass u l-kostijiet tal-ġestjoni tiegħu, jiġi previst approċċ armonizzat dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji u tal-operaturi tas-sistemi, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni transfruntiera. Filwaqt li jkun żgurat approċċ armonizzat għall-kwalità tal-gass fil-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera, jenħtieġ li tinżamm il-flessibbiltà tal-Istati Membri fejn tidħol l-applikazzjoni tal-istandards tal-kwalità tal-gass fis-sistemi nazzjonali tal-gass naturali tagħhom.

(74)

It-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali jenħtieġ li tkun soluzzjoni tal-aħħar istanza, peress li huwa inqas effiċjenti meta mqabbel mal-użu tal-idroġenu fil-forma pura tiegħu u jnaqqas il-valur tal-idroġenu. Dan jaffettwa wkoll l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass naturali, l-applikazzjonijiet tal-utenti finali, u l-interoperabbiltà tas-sistemi transfruntieri. Għalhekk, il-produzzjoni u l-użu tal-idroġenu fil-forma pura tiegħu u t-trasport tiegħu fis-sistema ddedikata tal-idroġenu jenħtieġ li jingħataw prijorità. Jenħtieġ li jsiru l-aħjar sforzi biex jiġi evitat l-użu tal-idroġenu għal applikazzjonijiet fir-rigward ta’ liema alternattivi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija jeżistu. Id-dritt tal-Istati Membri li jieħdu d-deċiżjoni dwar jekk japplikawx it-taħlita tal-idroġenu fis-sistemi nazzjonali tal-gass naturali tagħhom jenħtieġ li jiġi ppreservat. Fl-istess ħin, approċċ armonizzat dwar it-taħlit tal-idroġenu fis-sistema tal-gass naturali fil-forma ta’ limitu massimu permess għall-Unjoni kollha fil-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri, li permezz tiegħu l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jkollhom jaċċettaw gass naturali b’livell tal-idroġenu mħallat inqas mil-limitu massimu, jillimita r-riskju ta’ segmentazzjoni tas-suq. Is-sistemi ta’ trażmissjoni kontigwi jenħtieġ li jibqgħu liberi li jaqblu dwar livelli ogħla jew aktar baxxi ta’ taħlit tal-idroġenu għall-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera. Meta jikkunsidraw tali ftehimiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw lill-Istati Membri l-oħra li x’aktarx jiġu affettwati mill-miżura u jqisu s-sitwazzjoni f’dawk l-Istati Membri.

(75)

Koordinazzjoni transfruntiera soda u proċess għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni dwar il-kwalità tal-gass, inkluż dwar il-bijometan u t-taħlitiet tal-idroġenu, huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat it-trasport effiċjenti tal-gass naturali fis-sistemi tal-gass naturali fl-Unjoni u b’hekk tkompli titwettaq integrazzjoni akbar tas-suq intern. Rekwiżiti ta’ trasparenza mtejba dwar il-parametri tal-kwalità tal-gass, inkluż dwar il-valur kalorifiku gross, l-Indiċi Wobbe u l-kontenut tal-ossiġenu, u t-taħlitiet tal-idroġenu u l-iżvilupp tagħhom maż-żmien flimkien ma’ obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb ta’ suq intern għall-gass naturali miftuħ u effiċjenti.

(76)

Meta l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jew l-ACER jiddeċiedu li jżommu restrizzjoni transfruntiera kkawżata minn differenzi fil-livelli jew fil-prattiki tat-taħlit tal-idroġenu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jibqgħu jistgħu jużaw l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tagħhom tal-kwalità tal-gass. Il-possibbiltà li tinżamm tali restrizzjoni transfruntiera hija partikolarment importanti fl-Istati Membri b’punt uniku ta’ interkonnessjoni jew fejn il-volumi tal-gass naturali jidħlu prinċipalment minn punt uniku ta’ interkonnessjoni. Biex ikunu żgurati flussi transfruntieri mingħajr xkiel u tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern tal-enerġija, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati u l-ACER, meta rilevanti, jingħataw is-setgħa li jerġgħu jibdew il-proċess komuni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fuq bażi kontinwa, sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi li seħħew fis-swieq tal-gass naturali u t-teknoloġiji.

(77)

Regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju tad-data għas-sistema tal-gass naturali li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703 (26) huma essenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet ta’ interkonnessjoni, inkluż regoli għall-kontroll tal-fluss, prinċipji ta’ kejl għall-kwantità u l-kwalità tal-gass naturali, regoli għall-proċess ta’ tqabbil u għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet tal-gass naturali, proċeduri ta’ komunikazzjoni fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali; sett ta’ unitajiet komuni, kwalità tal-gass, inkluż regoli dwar il-ġestjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass u minħabba differenzi fil-prattiki ta’ odorizzazzjoni, il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass għal perijodu qasir u għal perijodu fit-tul, u l-għoti tal-informazzjoni; l-iskambju tad-data u r-rapportar dwar il-kwalità tal-gass; it-trasparenza, il-komunikazzjoni, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq.

(78)

Sabiex tkun żgurata tmexxija ottimali tan-network tal-idroġenu tal-Unjoni u jkunu jistgħu jsiru kummerċ u forniment transfruntieri tal-idroġenu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit l-ENNOH. Il-kompiti tal-ENNOH jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-kompiti tal-ENNOH jenħtieġ li jiġu definiti sew u l-metodi ta’ ħidma tiegħu jenħtieġ li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u n-natura rappreżentattiva tal-ENNOH. Fejn xieraq, il-kodiċijiet tan-network jistgħu jiġu żviluppati b’mod konġunt mill-ENTSO tal-Gass u mill-ENNOH dwar kwistjonijiet transsettorjali.

(79)

Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha li huma fil-proċess li jiżviluppaw in-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jkunu rappreżentati fl-ENNOH, jenħtieġ li, b’deroga minn regola ġenerali dwar is-sħubija tal-ENNOH stabbilita f’dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jinnominaw mill-anqas operatur wieħed tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu li jibbenefika minn deroga mill-Artikolu 68 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 bħala membru tal-ENNOH, dment li l-operatur ikun stabbilit fi Stat Membru fejn l-ebda operatur ieħor tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu ma jkun membru tal-ENNOH. L-Istati Membri li għad ma għandhomx operatur dedikat tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu iżda li qed jippjanaw li jiżviluppaw network ta’ trażmissjoni tal-idroġenu f'konformità mal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, jenħtieġ li jkunu jistgħu jinnominaw entità bħala sieħeb assoċjat fi ħdan l-ENNOH biex tiġi nfurmata dwar il-ħidma mwettqa mill-ENNOH, u, bħala tali, ikunu jistgħu jattendu l-laqgħat tal-assemblea, tal-bord u tal-kumitati u jipparteċipaw fi gruppi ta’ ħidma, sakemm l-operaturi tan-networks tal-idroġenu tagħhom isiru membri tal-ENNOH. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-rappreżentant ta’ assoċjazzjoni nazzjonali ddedikata għal kwistjonijiet tal-idroġenu.

(80)

Sabiex tkun żgurata t-trasparenza rigward l-iżvilupp tan-network tal-idroġenu fl-Unjoni, l-ENNOH jenħtieġ li jistabbilixxi, jippubblika u jaġġorna b’mod regolari pjan mhux vinkolanti fuq għaxar snin ta’ żvilupp tan-network tal-idroġenu għall-Unjoni kollha (il-“pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha”) maħsub għall-ħtiġijiet tas-swieq tal-idroġenu li qed jiżviluppaw. Fil-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha jenħtieġ li jiġu inklużi networks vijabbli ta’ trasport tal-idroġenu u l-interkonnessjonijiet meħtieġa, li jkunu rilevanti minn perspettiva kummerċjali. L-ENNOH jenħtieġ li jieħu sehem fl-iżvilupp tal-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha – li tinkludi l-mudell interkonness tas-suq tal-enerġija u n-network, inkluż l-infrastruttura tat-trasport tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, kif ukoll il-ħażna, l-LNG u l-elettrolizzaturi –, ix-xenarji għall-pjanijiet ta’ żvilupp tan-network ta’ għaxar snin u r-rapport li jidentifika l-lakuni fl-infrastruttura kif stabbilit fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2022/869 għall-iżvilupp tal-listi tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ENNOH jikkoopera mill-qrib man-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (l-“ENTSO tal-Elettriku”) u mal-ENTSO tal-Gass biex jiffaċilita l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.

(81)

Biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, jiġu sfruttati s-sinerġiji u tiġi appoġġata l-effiċjenza ġenerali tas-sistema, l-ENNOH, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib fl-ippjanar integrat tan-network fil-livell tal-Unjoni. Dik il-kooperazzjoni jenħtieġ li tkopri t-tħejjija tax-xenarji konġunti għall-elettriku, għall-idroġenu u għall-gass naturali, ir-rapporti kkoordinati dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, l-abbozzi tal-metodoloġiji konsistenti għall-analiżi tal-kostbenefiċċji tas-sistemi tal-enerġija kollha u l-mudell integrat skont l-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2022/869. Biex dik il-kooperazzjoni ssir effiċjenti, l-ENNOH, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma komuni li jħejju dawk ir-riżultati. Matul il-perijodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2027, l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jiżviluppa l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2026. Għal dak l-għan, l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jinvolvi bis-sħiħ lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u lill-ENNOH hekk kif jiġi stabbilit l-ENNOH. Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2026 jenħtieġ li jikkonsisti f’żewġ kapitoli separati, wieħed għall-idroġenu u wieħed għall-gass naturali. L-ENNOH jenħtieġ li jiżviluppa l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2028 f’konformità mal-ippjanar tan-network integrat fil-livell tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

(82)

Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom interess fil-kompiti mwettqa mill-ENNOH. Għalhekk hu essenzjali li jsir proċess ta’ konsultazzjoni effettiv. B’mod kumplessiv, l-ENNOH jenħtieġ li jfittex l-esperjenza ta’ ħidma tiegħu fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-operazzjoni tal-infrastruttura, jibni fuqha u jintegra fiha, b’kooperazzjoni ma’ parteċipanti rilevanti oħra fis-suq u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

(83)

Peress li b’approċċ fil-livell reġjonali jista’ jinkiseb progress aktar effettiv, l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jenħtieġ li jwaqqfu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva tal-kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli mal-kodiċijiet tan-network u l-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromovu l-kooperazzjoni u jimmonitorjaw l-effikaċja tan-network fil-livell reġjonali.

(84)

Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza huma meħtieġa biex ikun żgurat li fost il-parteċipanti fis-suq tkun tista’ tiġi żviluppata fiduċja fis-swieq emerġenti tal-idroġenu fl-Unjoni. Jeħtieġ ikun hemm aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u l-funzjonament tas-sistema tal-idroġenu, biex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni kumplessiva tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għall-iżviluppi fil-prezz tas-suq. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi żvelata dejjem b’mod sinifikattiv, faċilment aċċessibbli, u b’mod nondiskriminatorju.

(85)

L-ENNOH jenħtieġ li jistabbilixxi pjattaforma ċentrali bbażata fuq l-internet biex id-data kollha rilevanti ssir disponibbli għall-parteċipanti fis-suq ħalli jakkwistaw aċċess effettiv għan-network tal-idroġenu.

(86)

Il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks tal-idroġenu fil-fażi bikrija għall-iżvilupp tas-suq għall-idroġenu jenħtieġ li jiżguraw l-operazzjoni effiċjenti, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza għall-utenti tan-network tal-idroġenu filwaqt li jippreservaw flessibbiltà biżżejjed għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu. Il-limitazzjoni tat-terminu massimu tal-kuntratti tal-kapaċità jenħtieġ li tnaqqas ir-riskju tal-konġestjoni kuntrattwali u l-ikkapparrar tal-kapaċità.

(87)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ aċċess lill-partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u għat-terminals tal-idroġenu biex ikunu żgurati aċċess nondiskriminatorju u trasparenza għall-utenti tan-network tal-idroġenu.

(88)

L-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li jikkooperaw biex jiżviluppaw kodiċijiet tan-network għall-fini li jipprovdu u jiġġestixxu aċċess trasparenti u nondiskriminatorju għan-networks tal-idroġenu bejn il-fruntieri u biex jiżguraw l-iżvilupp ikkoordinat tan-network tal-idroġenu fl-Unjoni, inkluż il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ prijoritajiet għall-identifikazzjoni ta’ oqsma li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-network tal-idroġenu sena wara l-istabbiliment tal-ENNOH, kif previst f’dan ir-Regolament. Il-kodiċijiet tan-network jenħtieġ li jkunu konformi ma’ linji gwida qafas żviluppati mill-ACER. L-ACER jenħtieġ li taqdi rwol fir-rieżami, abbażi tal-fatti, tal-abbozz tal-kodiċijiet tan-network, inkluż il-konformità tagħhom mal-linji gwida qafas, u jenħtieġ li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-ACER jenħtieġ ukoll li tivvaluta l-emendi proposti għall-kodiċijiet tan-network u li tkun tista’ tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li joperaw in-networks tal-idroġenu tagħhom f’konformità ma’ dawk il-kodiċijiet tan-network.

(89)

Il-kodiċijiet tan-network imħejjija mill-ENNOH mhumiex intenzjonati biex jissostitwixxu r-regoli nazzjonali meħtieġa għal kwistjonijiet mhux transfruntiera.

(90)

Il-kwalità tal-idroġenu trasportat u kkonsmat fl-Unjoni tista’ tvarja skont it-teknoloġija tal-produzzjoni u l-ispeċifiċitajiet tat-trasport tiegħu. Għalhekk, approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kwalità tal-idroġenu fl-interkonnetturi transfruntieri jenħtieġ li jwassal għall-fluss transfruntier tal-idroġenu u għall-integrazzjoni tas-suq.

(91)

Meta l-awtorità regolatorja jidhrilha li huwa meħtieġ, l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jistgħu jsiru responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-idroġenu fin-networks tagħhom, fil-qafas tal-istandards tal-kwalità tal-idroġenu applikabbli, biex tiġi żgurata l-kwalità affidabbli u stabbli tal-idroġenu għall-konsumaturi finali.

(92)

Koordinazzjoni transfruntiera u proċess għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sodi bejn l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat it-trasport tal-idroġenu fin-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu fl-Unjoni u b’hekk tissokta tiżdied l-integrazzjoni tas-suq intern. Jenħtieġ li rekwiżiti ta’ trasparenza mtejba dwar il-parametri tal-kwalità tal-idroġenu u dwar l-iżvilupp tagħhom maż-żmien flimkien ma’ obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb ta’ suq intern miftuħ u effiċjenti għall-idroġenu.

(93)

Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat fir-rigward ta’ elementi mhux essenzjali ta’ ċerti oqsma speċifiċi li huma fundamentali għall-integrazzjoni tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigwardli jiġu pprovduti linji gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew mill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, jinbidlu l-livelli tal-iskont biex jittaffew l-iżbilanċi strutturali tad-dħul għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, tiġi stabbilita d-definizzjoni taż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta’ kooperazzjoni reġjonali, filwaqt li jitqiesu l-istrutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti, jiġu stabbiliti kodiċijiet tan-network u linji gwida għall-gass naturali u l-idroġenu, jiġu emendati linji gwida stabbiliti f’anness u jiġu stabbiliti linji gwida fir-rigward ta’ infrastruttura ġdida tal-gass naturali u tal-idroġenu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (27). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(94)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28).

(95)

Il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida jenħtieġ li jiġu applikati għall-punti ta’ dħul mill-pajjiżi terzi u l-punti ta’ ħruġ lejhom. Ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-eżistenza ta’ arranġamenti kuntrattwali fit-tul eżistenti jew diffikultajiet legali biex tiġi stabbilita proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim ma’ operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni jew fornituri tal-gass naturali stabbiliti f’pajjiżi terzi, jistgħu jipprevjenu applikazzjoni effettiva fi żmien qasir. Meta dan ikun iġġustifikat abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jkunu jistgħu ikellmu lill-Kummissjoni biex japplikaw għal deroga mill-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-network jew il-linji gwida, jew dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jistgħux jiġu implimentati fil-punti ta’ dħul minn pajjiżi terzi u fil-punti ta’ ħruġ lejhom. Tali derogi jenħtieġ li jkunu limitati fiż-żmien, għall-perijodu minimu meħtieġ biex jitneħħew l-ostakli eżistenti għall-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-network jew tal-linji gwida.

(96)

Biex tkun żgurata l-operazzjoni effiċjenti tan-networks tal-idroġenu Ewropej, l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tan-network tat-trasport tal-idroġenu b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ operaturi oħra tan-networks tal-idroġenu kif ukoll ma’ operaturi oħra ta’ sistemi li n-networks tagħhom ikunu konnessi magħhom, inkluż biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.

(97)

Huwa fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu stabbiliti standards li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Malli r-referenza għal tali standard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità miegħu jenħtieġ li tikkawża preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-miżura ta’ implimentazzjoni adottata skont dan ir-Regolament, għalkemm jenħtieġ li jkunu permessi wkoll mezzi oħra li juru din il-konformità. F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw speċifikazzjonijiet tekniċi, standards Ewropej u standards armonizzati. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-istandards armonizzati jenħtieġ li jkun li jgħinu lill-operaturi japplikaw il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva (UE) 2024/1788.

(98)

Il-qafas ta’ standardizzazzjoni attwali tal-Unjoni, li huwa bbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jirrappreżenta l-qafas awtomatiku biex jiġu elaborati standards li jipprevedu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament jew stabbiliti f’atti delegati jew ta’ implimentazzjoni speċifiċi adottati skont dan ir-Regolament. L-istandards Ewropej jenħtieġ li jkunu mmexxija mis-suq u jenħtieġ li jqisu l-interess pubbliku, kif ukoll l-objettivi ta’ politika ddikjarati b’mod ċar fit-talba tal-Kummissjoni lil waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jabbozzaw standards armonizzati, fi żmien stabbilit u abbażi ta’ kunsens. Madankollu, fin-nuqqas ta’ referenzi rilevanti għal standards armonizzati, jew meta l-proċess ta’ standardizzazzjoni jiġi mblukkat jew ikun hemm dewmien fl-istabbiliment ta’ standards armonizzati xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, dment li meta tagħmel dan tirrispetta debitament ir-rwol u l-funzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Jenħtieġ li dik l-għażla tinftiehem bħala soluzzjoni ta’ riżerva eċċezzjonali biex tgħin lill-operaturi japplikaw il-miżuri rilevanti skont l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) 2024/1788. Jekk dewmien fl-istabbiliment ta’ standards armonizzati jkun dovut għall-kumplessità teknika tal-istandard ikkonċernat, jenħtieġ li dan jiġi kkunsidrat mill-Kummissjoni qabel ma tikkontempla l-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet komuni.

(99)

Sabiex jitqiesu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-utenti finali tal-idroġenu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards tal-kwalità tal-idroġenu fin-network tal-idroġenu jenħtieġ li jqisu l-istandards diġà eżistenti li jistabbilixxu dawk ir-rekwiżiti tal-utenti finali, pereżempju, l-istandard EN 17124.

(100)

L-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jenħtieġ li jibnu kapaċità transfruntiera suffiċjenti għat-trasport tal-idroġenu li tilħaq id-domandi kollha ekonomikament raġonevoli u teknikament fattibbli għal din il-kapaċità, u b’hekk jabilitaw l-integrazzjoni tas-suq.

(101)

Fid-dawl tal-potenzjal tal-idroġenu bħala vettur tal-enerġija u l-possibbiltà li l-Istati Membri jinvolvu ruħhom fil-kummerċ tal-idroġenu ma’ pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġi ċċarat li l-obbligi ta’ notifika f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2017/684 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) għall-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija relatati mal-gass naturali japplikaw ukoll għall-ftehimiet intergovernattivi relatati mal-idroġenu, inkluż komposti tal-idroġenu bħall-ammonijaka u trasportaturi tal-idroġenu organiku likwidu. Għalhekk, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni tiġi emendata kif xieraq.

(102)

L-investimenti f’infrastrutturi kbar ġodda jenħtieġ li jiġu promossi bil-qawwa, filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-swieq interni għall-gass naturali u għall-idroġenu. Sabiex jiżdied l-effett pożittiv tal-proġetti eżentati tal-infrastruttura fuq il-kompetizzjoni u s-sigurtà tal-provvista, jenħtieġ li tul il-fażi tal-ippjanar tal-proġett jiġi ttestjat l-interess tas-suq, u jenħtieġ li jitħaddmu regoli dwar l-amministrazzjoni tal-konġestjoni. Meta infrastruttura tkun fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-ACER jenħtieġ li tittratta, bħala l-aħħar istanza, it-talba għall-eżenzjoni sabiex tqis aħjar l-implikazzjonijiet transfruntieri tal-eżenzjoni u tiffaċilita t-trattament amministrattiv ta’ dik it-talba. Barra minn hekk, minħabba l-profil ta’ riskju eċċezzjonali biex jinbnew dawk il-proġetti kbar ġodda ta’ infrastruttura li huma eżenti, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata b’mod temporanju deroga sħiħa jew parzjali għall-impriżi b’interessi ta’ forniment u produzzjoni fir-rigward tar-regoli tas-separazzjoni għall-proġetti kkonċernati. Il-possibbiltà ta’ derogi temporanji jenħtieġ li tapplika, għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista, b’mod partikolari għall-pipelines ġodda fl-Unjoni li jġorru l-gass naturali minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. L-eżenzjonijiet u d-derogi mogħtija skont id-Direttivi 2003/55/KE (31) u 2009/73/KE (32) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ li jkomplu japplikaw għall-perijodu li għalih ikunu ngħataw mill-eżenzjoni jew mid-deroga rilevanti.

(103)

L-eskalazzjoni tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna minn Frar 2022 wasslet għal tnaqqis fil-provvisti tal-gass naturali minn dak il-pajjiż, u r-riżorsi mill-bejgħ tal-gass naturali ntużaw biex jiffinanzjaw il-gwerra tar-Russja mal-fruntiera tal-Unjoni. B’mod partikolari, waqfu l-flussi tal-gass naturali fil-pipeline li jibda mir-Russja u jgħaddi mill-Belarussja u fil-pipeline Nord Stream 1 u naqsu b’mod kostanti l-provvisti tal-gass naturali mill-Ukrajna, u dan ipperikola serjament is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi. L-użu ta’ dak it-tnaqqis fil-provvisti tal-gass naturali bħala arma u l-manipulazzjoni tas-swieq permezz ta’ interruzzjonijiet intenzjonati fil-flussi tal-gass naturali żvelaw il-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi evidenti fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha bil-potenzjal ċar ta’ impatt dirett u serju fuq l-interessi essenzjali tas-sigurtà internazzjonali tagħhom. L-evidenza tal-passat uriet ukoll li l-gass jista’ jintuża biex is-swieq tal-enerġija jintużaw bħala arma u jiġu manipulati, pereżempju billi jinħażnu l-kapaċitajiet fl-infrastruttura tal-gass naturali, għad-detriment tal-interessi essenzjali tas-sigurtà internazzjonali tal-Unjoni. Sabiex jittaffa l-impatt ta’ tali avvenimenti, kemm fil-kuntest attwali kif ukoll għall-futur, jenħtieġ li l-Istati Membri, b’mod eċċezzjonali, ikunu jistgħu jieħdu miżuri proporzjonati biex jillimitaw temporanjament l-offerti bil-quddiem għall-kapaċità minn kwalunkwe utent uniku tan-network fil-punti ta’ dħul u fit-terminals tal-LNG għall-konsenji mill-Federazzjoni Russa u l-Belarussja, fejn ikun meħtieġ biex jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u dawk tal-Unjoni, u titqies ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali miżuri temporanji jiġġeddu meta jkun iġġustifikat. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika biss fir-rigward tal-Federazzjoni Russa u tal-Belarussja, bil-ħsieb li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrispondu b’miżuri adegwati għal kwalunkwe theddida għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u dawk tal-Unjoni li tirriżulta mis-sitwazzjoni, inkluż billi jnaqqsu b’mod gradwali d-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili Russi, fost l-oħrajn billi jieħdu azzjoni bikrija skont l-objettivi tar-REPowerEU. Jenħtieġ li kwalunkwe limitazzjoni bħal din ma tmurx kontra l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri u jenħtieġ li tkun f’konformità mal-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ. Qabel ma japplikaw tali limitazzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-Kummissjoni u, f’każ li x’aktarx jiġu affettwati mil-limitazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u jqisu s-sitwazzjoni f’dawk l-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’termini ta’ sigurtà tal-provvista. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu kif xieraq l-effetti potenzjali tal-miżura tagħhom fuq l-Istati Membri l-oħra u b’mod partikolari jirrispettaw il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika, inkluż bl-għan li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, meta jivvalutaw l-adegwatezza u l-ambitu ta’ kwalunkwe limitazzjoni prevista.

(104)

Is-settur tal-enerġija Ewropew għaddej minn bidla sinifikanti lejn ekonomija dekarbonizzata effiċjenti ferm ibbażata fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jrid jiżgura s-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività. Filwaqt li ċ-ċibersigurtà fis-subsettur tal-elettriku diġà qed tavvanza b’kodiċi tan-network dwar il-fluss transfruntier tal-elettriku, hemm bżonn regoli obbligatorji u speċifiċi għas-subsettur tal-gass naturali li jiżguraw is-sigurtà tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni.

(105)

B’reazzjoni għaż-żidiet sinifikanti u mifruxa mal-Unjoni kollha fil-prezzijiet tal-enerġija evidenzjati fil-ħarifa tal-2021 u l-impatti negattivi tagħhom, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ” saħqet fuq l-importanza ta’ suq intern tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb u ta’ koordinazzjoni aħjar tas-sigurtà tal-provvista bejn il-fruntieri għal reżiljenza kontra xokkijiet futuri. Fl-20-21 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li jistiednu lill-Kummissjoni tikkunsidra malajr miżuri li jżidu r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni u tas-suq intern tal-enerġija, inkluż miżuri li jtejbu s-sigurtà tal-provvista. B’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, fit-8 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni ppreżentat il-pjan REPowerEU sabiex tneħħi b’mod gradwali d-dipendenza tal-Unjoni mill-fjuwils fossili Russi u taċċelera t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Bħala kontribut għal rispons konsistenti u fil-ħin għal dik il-kriżi u għal kriżijiet ġodda possibbli fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti f’dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (33) regoli speċifiċi li jtejbu l-kooperazzjoni u r-reżiljenza, b’mod partikolari fir-rigward ta’ regoli ta’ solidarjetà. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1938 jiġi emendat kif xieraq.

(106)

Kif deher fis-simulazzjonijiet tal-2017, l-2021 u l-2022, fl-Unjoni kollha, il-kooperazzjoni reġjonali u l-miżuri ta’ solidarjetà huma essenzjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-Unjoni fil-każ ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni tal-provvista. Il-miżuri ta’ solidarjetà applikabbli fil-każ ta’ emerġenza jenħtieġ li jiżguraw il-provvista ta’ klijenti ta’ solidarjetà protetti bħall-unitajiet domestiċi bejn il-fruntieri f’kull sitwazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, inkluż bi qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati dwar arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeskrivu d-dettalji ta’ dawk l-arranġamenti fil-pjanijiet ta’ emerġenza tagħhom. Għall-Istati Membri li ma jaqblux dwar ftehimiet bilaterali, jenħtieġ li jkunu japplikaw ir-regoli awtomatiċi ta’ dan ir-Regolament sabiex tkun żgurata tali solidarjetà effettiva.

(107)

Għaldaqstant, tali miżuri ta’ solidarjetà jistgħu jwasslu għall-obbligu li Stat Membru jħallas kumpens lil min jiġi affettwat mill-miżuri tiegħu. Biex ikun żgurat li l-kumpens imħallas mill-Istat Membru li jitlob solidarjetà lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jkun ġust u raġonevoli, l-awtoritajiet regolatorji u l-ACER jenħtieġ li jkollhom, bħala awtoritajiet indipendenti, is-setgħa li jivverifikaw l-ammont ta’ kumpens mitlub u mħallas u, jekk ikun meħtieġ, li jitolbu rettifika, b’mod partikolari filwaqt li jitqies il-livell tal-kostijiet indiretti li jkunu seħħew minħabba l-għoti ta’ solidarjetà abbażi ta’ miżuri mhux ibbażati fuq is-suq. Il-kooperazzjoni li għadha kif ġiet stabbilita bejn Stati Membri konnessi indirettament li jużaw miżuri bbażati fuq is-suq skont dan ir-Regolament tgħin ukoll biex tnaqqas l-ispejjeż potenzjalment sostanzjali li jistgħu jinqalgħu meta jintużaw miżuri mhux ibbażati fuq is-suq li jiswew aktar.

(108)

Il-forniment ta’ kontribuzzjonijiet volontarji tal-gass naturali bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq lil Stati Membri konnessi indirettament jenħtieġ li jiġi introdott fir-Regolament (UE) 2017/1938 b’mod partikolari biex jiġi evitat li Stati Membri konnessi direttament ikollhom jużaw miżuri mhux ibbażati fuq is-suq fejn Stat Membru ieħor mhux konness direttament jista’ jipprovdi volumi ta’ gass naturali għas-solidarjetà bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq. In-natura volontarja tal-miżuri bbażati fuq is-suq u l-kontribut li jirriżulta tal-gass naturali huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jivvalutaw u jindikaw fil-ħin jekk il-miżuri bbażati fuq is-suq jistgħux jipprovdu l-gass naturali mitlub u kif jistgħu jagħmlu dan. Tali mekkaniżmu huwa intiż li jnaqqas il-kost indirett u globali tas-solidarjetà, billi jevita r-rikors għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq li jiswew aktar. Is-solidarjetà bejn l-Istati Membri konnessi indirettament tifrex il-piż fuq aktar Stati Membri u tgħin biex l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-LNG jkollhom aċċess għall-provvista globali tal-LNG.

(109)

L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex tiġi vvalutata s-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-istabbiliment ta’ miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni jenħtieġ li jinkludu xenarji li jeżaminaw l-impatt ta’ tnaqqis fid-domanda għall-gass naturali permezz ta’ miżuri tal-iffrankar tal-enerġija jew tal-effiċjenza enerġetika, inklużi s-simulazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tax-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass naturali u tal-infrastruttura skont dan ir-Regolament. L-eżami tax-xenarji tal-iffrankar tal-enerġija u tal-effiċjenza enerġetika jiżgura li s-simulazzjoni mal-Unjoni kollha, kif ukoll il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri preventivi nazzjonali u komuni sussegwenti, jibqgħu validi għall-futur u kompatibbli mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u mal-objettivi tal-Unjoni tan-newtralità klimatika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, u li jikkontribwixxu għat-tneħħija gradwali tad-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili Russi. Dan ir-Regolament jippermetti wkoll lill-Istati Membri jnaqqsu l-konsum tal-gass mhux essenzjali tal-klijenti protetti biex jiffaċilitaw aktar iffrankar tal-gass naturali, b’mod partikolari matul kriżi.

(110)

Ir-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass ikkawżati mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna li ġġustifikaw l-emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938 introdotti bir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) għadhom jippersistu llum. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati riskji supplimentari bħal tfixkil ulterjuri tal-infrastrutturi kritiċi, wara l-atti ta’ sabotaġġ kontra l-pipelines Nord Stream f’Settembru 2022 u t-tfixkil tal-pipeline Balticconnector f’Ottubru 2023, u deterjorament tal-ambjent ġeopolitiku u tax-xenarju ta’ theddid fir-reġjuni fornituri, pereżempju bil-kriżi fil-Lvant Nofsani. Għalhekk, ir-rapport li l-Kummissjoni trid tippreżenta sat-28 ta’ Frar 2025 irid ikun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2017/1938.

(111)

Ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed jibnu fuq il-miżuri ta’ kriżi introdotti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 (35) b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-kriżi sussegwenti tal-provvista tal-gass naturali. Filwaqt li r-Regolament (UE) 2022/2576 indirizza kriżi immedjata u severa tal-provvista tal-gass naturali, inkluż permezz ta’ deroga mill-qafas permanenti eżistenti, dan ir-Regolament għandu l-għan li jittrasforma xi wħud mill-miżuri ta’ kriżi f’karatteristiċi permanenti tas-suq tal-gass naturali. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt ta’ gass naturali, il-miżuri biex jissaħħaħ l-użu tal-faċilitajiet tal-LNG u tal-ħżin tal-gass naturali, kif ukoll miżuri ta’ solidarjetà addizzjonali f’każ ta’ emerġenza tal-gass naturali. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi permanenti tas-suq tal-gass naturali teħtieġ iż-żmien, fost l-oħrajn minħabba l-proċeduri tal-offerti meħtieġa għall-mekkaniżmu permanenti għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt ta’ gass naturali, li mhux se jiġu konklużi qabel tmiem l-2024. Barra minn hekk, ir-riskji relatati mal-provvista tal-gass naturali fl-Unjoni huma mistennija li jdumu sa tmiem l-2024. Għalhekk, sabiex jingħata biżżejjed lok għall-fażi preparatorja li tikkonċerna dawk il-miżuri u bil-ħsieb li tiġi evitata duplikazzjoni mal-miżuri introdotti bir-Regolament (UE) 2022/2576, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2025. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-istabbiliment u l-għażla ta’ fornitur tas-servizzi biex iwettaq kompiti skont il-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali jenħtieġ li japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu jkun operazzjonali mid-data li fiha jiskadi r-Regolament (UE) 2022/2576.

(112)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) u r-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 jiġu emendati kif xieraq.

(113)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli ġusti għall-kundizzjonijiet tal-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, għall-ħażna u għall-faċilitajiet tal-LNG u l-miżuri fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt ta’ gass naturali u l-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ tali azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU II REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAS-SISTEMI TAL-GASS NATURALI U S-SISTEMI TAL-IDROĠENU KAPITOLU II REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAS-SISTEMI TAL-GASS NATURALI U S-SISTEMI TAL-IDROĠENU
KAPITOLU III REGOLI APPLIKABBLI GĦAN-NETWORKS TAL-IDROĠENU KAPITOLU III REGOLI APPLIKABBLI GĦAN-NETWORKS TAL-IDROĠENU
KAPITOLU IV KODIĊIJIET TAN-NETWORK U LINJI GWIDA KAPITOLU IV KODIĊIJIET TAN-NETWORK U LINJI GWIDA
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ANNEX I Guidelines

ANNEX I

Guidelines

ANNEX II Repealed Regulation with list of the successive amendments thereto

ANNEX II

Repealed Regulation with list of the successive amendments thereto

Regulation (EC) No 715/2009 of the European Parliament and of the Council (OJ L 211, 14.8.2009, p. 36)

 

Commission Decision 2010/685/EU (OJ L 293, 11.11.2010, p. 67)

 

Commission Decision 2012/490/EU (OJ L 231, 28.8.2012, p. 16)

 

Regulation (EU) No 347/2013 of the European Parliament and of the Council (OJ L 115, 25.4.2013, p. 39)

(Only Article 22)

Commission Decision (EU) 2015/715 (OJ L 114, 5.5.2015, p. 9)

 

Regulation (EU) 2018/1999 of the European Parliament and of the Council (OJ L 328, 21.12.2018, p. 1)

(Only Article 50)

Regulation (EU) 2022/869 of the European Parliament and of the Council (OJ L 152, 3.6.2022, p. 45)

(Only Article 25)

Regulation (EU) 2022/1032 of the European Parliament and of the Council (OJ L 173, 30.6.2022, p. 17

(Only Article 2)

ANNEX III Correlation table

ANNEX III

Correlation table

Regulation (EC) No 715/2009

This Regulation

Article 1, first paragraph, introductory wording

Article 1, first paragraph, introductory wording

Article 1, first paragraph, point (a)

Article 1, first paragraph, point (a)

Article 1, first paragraph, point (b)

—

Article 1, first paragraph, point (c)

Article 1, first paragraph, point (b)

Article 1, second, third and fourth paragraphs

Article 1, second, third and fourth paragraphs

Article 2(1), introductory wording

Article 2(1), introductory wording

—

Article 2(1), point (1)

Article 2(1), point (1)

Article 2(1), point (2)

Article 2(1), point (2)

Article 2(1), point (3)

Article 2(1), point (3)

Article 2(1), point (4)

Article 2(1), point (4)

Article 2(1), point (5)

Article 2(1), point (5)

Article 2(1), point (6)

Article 2(1), point (6)

Article 2(1), point (7)

Article 2(1), point (7)

Article 2(1), point (8)

Article 2(1), point (8)

Article 2(1), point (9)

Article 2(1), point (9)

Article 2(1), point (10)

Article 2(1), point (10)

Article 2(1), point (11)

Article 2(1), point (11)

Article 2(1), point (12)

Article 2(1), point (12)

Article 2(1), point (13)

Article 2(1), point (13)

Article 2(1), point (14)

Article 2(1), point (14)

Article 2(1), point (15)

Article 2(1), point (15)

Article 2(1), point (16)

Article 2(1), point (16)

Article 2(1), point (17)

Article 2(1), point (17)

Article 2(1), point (18)

Article 2(1), point (18)

Article 2(1), point (19)

Article 2(1), point (19)

Article 2(1), point (20)

Article 2(1), point (20)

Article 2(1), point (21)

Article 2(1), point (21)

Article 2(1), point (22)

Article 2(1), point (22)

Article 2(1), point (23)

Article 2(1), point (23)

Article 2(1), point (24)

Article 2(1), point (24)

Article 2(1), point (25)

Article 2(1), point (25)

Article 2(1), point (26)

Article 2(1), point (26)

Article 2(1), point (27)

Article 2(1), point (27)

Article 2(1), point (28)

Article 2(1), point (28)

Article 2(1), point (29)

—

Article 2(1), points (30) to (83)

Article 2(2)

Article 2(2)

—

Articles 3, 4 and 5

Article 14(1)

Article 6(1)

—

Article 6(2)

Article 14(2)

Article 6(3)

—

Article 6(4)

Article 14(3)

Article 6(5)

—

Article 6(6) and (7)

—

Article 7

Article 15(1) and (2)

Article 8(1) and (2)

—

Article 8(3)

Article 15(3)

Article 8(4)

Article 15(4)

Article 8(5)

Article 15(5)

Article 8(6)

—

Article 8(7)

—

Article 9

Article 16(1), (2) and (3)

Article 10(1), (2) and (3)

Article 16(5)

Article 10(4)

Article 16(4)

—

Article 17

Article 11

Article 22

Article 12

Article 21

Article 13

Article 3

Article 14

Article 3a

Article 15

—

Article 16

Article 13

Article 17(1), (2) and (3)

—

Article 17(4) and (5)

—

Articles 18 to 23

Article 4

Article 24

Article 5

Article 25

Article 8(1), (2) and (3)

Article 26(1), (2) and (3), first subparagraph, points (a), (b), (c), (e), (f) and (g)

—

Article 26(3), first subparagraph, points (d), (h) and (i)

—

Article 26(3), second subparagraph

Article 8(4)

Article 26(4), first subparagraph

—

Article 26(4), second and third subparagraphs

Article 8(5), (7), (8) and (9)

Article 26(5) to (8)

Article 8(11) and (12)

Article 26(9) and (10)

—

Article 26(11)

Article 9

Article 27

Article 24

Article 28

Article 10

Article 29

Article 11

Article 30

Article 12

Article 31

Article 8(10)

Article 32

Article 18(1) to (6)

Article 33(1) to (6)

—

Article 33(7)

Article 19(1)

Article 34(1)

—

Article 34(2)

Article 19(2) to (5)

Article 34(3) to (6), first subparagraph

—

Article 34(6), second subparagraph

Article 20

Article 35

—

Articles 36 to 70

Article 8(6), points (a), (b), (f), (h) and (l)

Article 71(1), points (a) to (e)

—

Article 71(1), point (f)

Article 8(6), points (e), (g), (j) and (k)

Article 71(2), points (a) to (d)

—

Article 71(2), point (e)

Article 8(6), points (c), (d) and (i)

—

Article 6(1), (2) and (3)

Article 71(3), (4) and (5)

—

Article 71(6)

Article 6(4), (5) and (6)

Article 71(7), (8) and (9)

—

Article 71(10)

Article 6(7) and (8)

—

Article 6(9) to (12)

Article 71(11) to (14)

—

Article 71(15)

—

Article 72

Article 7

Article 73

Article 23

Article 74

Article 26

Article 75

Article 25

Article 76(1) and (2)

—

Article 76(3) to (7)

Article 27(1) and (2)

Article 77(1) and (3)

—

Article 77(2)

—

Article 78

Article 30

Article 79

—

Article 80

Article 28(1)

Article 81(1)

Article 28(2)

—

—

Article 81(2) and (3)

—

Articles 82 to 87

Article 31

Article 88

Article 32

Article 89

Annex I

Annex I

—

Annex II

Annex III

Annex III

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit