|
+Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku ---+Preamble: 1 ---+Article 1 ---+Article 2 ---+Article 3 ------+Article 3 — ------+Article 3 — ------+Article 3 — ---+Article 4 |
English -
European Union -
Energy -
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettrikuId-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku (90/653/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva 78/546/KEE [4], kif emendata l-aħħar mid-Direttivi 89/462/KEE [5], 80/1119/KEE [6] u 80/1177/KEE [7], it-tnejn kif emendati mill-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, dwar statistiċi għall-ġarr ta' oġġetti; Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva 90/377/KEE dwar proċedura tal-Komunità sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet ta' gass u elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali [8]; Billi mid-data ta' l-unifikazzjoni tal-Ġermanja 'l quddiem il-liġi tal-Komunità għandha tkun applikabbli bis-sħiħ fit-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja; Billi l-analiżi sistematika reġjonali għal statistiċi ta' ġarr għandha tiġi estiża sabiex tinkludi t-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja; Billi l-lista ta' amministrazzjonijiet li qegħdin imexxu s-sistemi ta' ferroviji ewlenin għandha tiġi emendata għall-iskop ta' statistiċi dwar il-ġarr ta' oġġetti bil-ferrovija; Billi l-analiżi sistematika skond ir-reġjun u l-lokalita' ta' statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku għandha tiġi estiża sabiex tinkludi dawk tat-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża; Billi s-sitwazzjoni preżenti ma tippermettix li r-reġjuni u l-lokalitajiet inkwestjoni jiġu definiti bi preċiżjoni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Għall-analiżi sistematika ta' statistiċi dwar il-ġarr ta' oġġetti li jaqgħu taħt id-Direttivi 78/546/KEE, 80/1177/KEE u 80/1119/KEE, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tiddefinixxi r-reġjuni fit-territorju ta' dak li qabel kien ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u għandha tikkomunikahom qabel id-data ta' meta l-miżuri proviżorji mpoġġija fuq il-mejda b'mod konformi mad-Direttiva 90/476/KEE jiġu mibdula b'miżuri transizzjonali, u f'kull kas mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Fir-rigward ta' l-istatistiċi reġjonali dwar il-ġarr ta' oġġetti bil-ferrovija li jaqgħu taħt id-Direttiva 80/1177/KEE, ir- Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tikkomunika l-ismijiet ta' l-amministrazzjonijiet li jmexxu linji tal-ferroviji u ta' l-installazzjonijiet fil-Ġermanja qabel id-data ta' meta l-miżuri proviżorji mpoġġija fuq il-mejda kif previst bid-Direttiva 90/476/KEE jiġu mibdula b'miżuri transizzjonali u f'kull kas mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Artikolu 2 Għall-analiżi sistematika skond ir-reġjun u l-lokalità ta' statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku li huma koperti bid-Direttiva 90/377/KEE, il-Ġermanja għandha tiddefinixxi sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1992 ir-reġjuni u l-lokalitajiet fit-territorju ta' dak li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u għandha tikkomunikahom lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata bħala informazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament. L-Artikolu 3 Il-Kummissjoni hija awtorizzata li temenda dawn li ġejjin: - L-Anness II tad-Direttivi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1(1); - L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 80/1177/KEE; - L-Annessi I u II tad-Direttiva 90/377/KEE, wara konsultazzjoni mal-kumitat kompetenti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 1990. Għall-Kunsill Il-President G. de Michelis [1] ĠU C 248, tat-2.10.1990, p. 7. [2] L-opinjoni mogħtija fil-21 ta' Novembru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] L-opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 29. [5] ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 8. [6] ĠU L 339, tal-15.12.1980, p. 30. [7] ĠU L 350, tat-23.12.1980, p. 23. [8] ĠU L 185, tas-17.7.1990, p. 16. -------------------------------------------------- 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|