+REGOLAMENT (UE) 2016/1952 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 3 Sorsi tad-data
------+Artikolu 3 (a)
------+Artikolu 3 (b)
------+Artikolu 3 (c)
---+Artikolu 4 Kopertura
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
---+Artikolu 5 Trażmissjoni tad-data
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
---+Artikolu 6 Perjodi ta’ referenza u frekwenza tat-trażmissjoni
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Żgurar tal-kwalità
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 7 5
---+Artikolu 8 Disseminazzjoni
---+Artikolu 9 Derogi
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
------+Artikolu 9 4
---+Artikolu 10 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Tħassir tad-Direttiva 2008/92/KE
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
---+Artikolu 12 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
------+1. Prezzijiet
------+2. Gass naturali
------+3. Unitajiet tar-rapportar
------+4. Unitajiet tal-kejl
------+5. Livelli tal-konsum
------+6. Livell ta’ dettall
------+7. Volumi tal-konsum
---+ANNESS II
------+1. Prezzijiet
------+2. Unitajiet tar-rapportar
------+3. Unitajiet ta’ kejl
------+4. Livelli tal-konsum
------+5. Livell ta’ detall
------+6. Volumi tal-konsum
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT (UE) 2016/1952 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2016/1952 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ottubru 2016

dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Il-kompetittività, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-enerġija huma l-miri globali ta’ unjoni tal-enerġija reżiljenti b’politika progressiva dwar it-tibdil fil-klima.

(2)

Hija meħtieġa data ta’ kwalità għolja, komparabbli, aġġornata, affidabbli u armonizzata dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku mposti fuq il-konsumaturi finali sabiex tiġi abbozzata politika tal-unjoni tal-enerġija u jsir monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija tal-Istati Membri.

(3)

Dan ir-Regolament jimmira li jipprovdi qafas komuni għall-istatistika Ewropea biex jirfdu l-politiki tal-enerġija b’mod partikolari lejn il-ħolqien ta’ suq intern tal-enerġija kompletament integrat għall-konsumaturi. Għandha ssir disponibbli iktar trasparenza dwar il-kostijiet u l-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll fil-livell tal-appoġġ pubbliku, biex titjieb l-integrazzjoni tas-suq. Dan ir-Regolament ma jinvolvi l-ebda armonizzazzjoni tal-istruttura tal-prezzijiet jew tal-imposti fost l-Istati Membri.

(4)

Sal-lum, id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ipprovdiet qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku imposti fuq il-konsumaturi industrijali fl-Unjoni.

(5)

Il-ġbir tad-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku imposti fuq il-konsumaturi finali fis-settur domestiku s’issa twettaq fuq bażi ta’ qbil volontarju.

(6)

Il-kumplessità dejjem tikber tas-suq intern tal-enerġija tagħmilha dejjem iktar diffiċli biex tinkiseb data tal-prezzijiet li hija affidabbli u aġġornata dwar gass naturali u l-elettriku fin-nuqqas ta’ obbligi legali vinkolanti biex tiġi pprovduta tali data, b’mod partikolari għas-settur domestiku.

(7)

Sabiex ikun garantit ir-rapportar tad-data tal-prezzijiet ta’ kwalità għolja għas-settur domestiku u għas-settur mhux domestiku, il-ġbir taż-żewġ tipi ta’ data għandu jkun kopert minn att leġiżlattiv.

(8)

Fil-biċċa l-kbira ta’ Stati Membri, id-data dwar is-sistemi ta’ trażmissjoni tinstab għand ir-regolaturi tal-enerġija. Madankollu, għadd ħafna ikbar ta’ kompilaturi tad-data huma involuti fil-kostijiet tad-distribuzzjoni u r-rapportar tad-data huwa kkunsidrat aktar diffiċli f’xi Stati Membri. Minħabba s-sinifikat tal-kostijiet tad-distribuzzjoni u l-ħtieġa għat-trasparenza f’din il-kwistjoni, il-ġbir tad-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u l-elettriku għandu jsegwi l-prattiċi stabbiliti fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(9)

Is-sistema tal-livelli tal-konsum użata mill-Kummissjoni (Eurostat) fil-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tagħha għandha tiżgura trasparenza tas-suq u disseminazzjoni mifruxa tad-data tal-prezzijiet mhux kunfidenzjali, u għandha tippermetti l-kalkolu tal-aggregati Ewropej.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huwa l-qafas ta’ referenza għall-istatistika Ewropea. Dak ir-Regolament jipprovdi għall-ġbir ta’ statistika f’konformità mal-prinċipji ta’ imparzjalità, trasparenza, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza professjonali u kosteffettività, filwaqt li tiġi protetta l-kunfidenzjalità statistika.

(11)

L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u l-elettriku billi jużaw l-aktar sorsi u metodi xierqa li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa.

(12)

Id-data dwar il-prezzijiet imposti fuq il-konsumaturi finali tal-gass naturali u tal-elettriku għandha tippermetti t-tqabbil mal-prezzijiet ta’ komoditajiet oħrajn tal-enerġija.

(13)

L-informazzjoni tal-ġbir tad-data dwar il-prezzijiet u l-kwalità tad-data għandha tiġi pprovduta bħala parti mill-proċedura standard ta’ rapportar.

(14)

Data dettaljata dwar it-tqassim tal-livelli tal-konsum u l-ishma tas-suq rispettivi tagħhom huma parti essenzjali mill-istatistika tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku.

(15)

L-analiżi tal-prezzijiet tista’ titwettaq biss jekk tkun disponibbli statistika uffiċjali ta’ kwalità għolja mill-Istati Membri fir-rigward tal-komponenti u s-subkomponenti differenti tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku. Metodoloġija riveduta għall-ġenerazzjoni ta’ tqassim dettaljat tal-komponenti u s-subkomponenti varji tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku imposti fuq il-konsumaturi finali se tippermetti li jiġi analizzat l-impatt ta’ aspetti differenti fuq il-prezzijiet finali.

(16)

Id-data pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ lill-konsumaturi finali, u t-tqassim tal-għadd ta’ konsumaturi finali skont il-konsum f’kull livell tal-konsum, għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar miżuri jew proposti xierqa f’rabta mal-politika tal-enerġija.

(17)

Fehim tajjeb tat-taxxi, t-tariffi, il-levies u l-imposti f’kull Stat Membru huwa essenzjali għall-iżgurar tat-trasparenza tal-prezzijiet. Ġiet identifikata l-importanza tat-tqassim tad-data dwar il-kostijiet tan-netwerk, it-taxxi, t-tariffi, il-levies u l-imposti.

(18)

L-Istati Membri li fihom hemm konsum baxx tal-gass naturali bħala proporzjon tal-konsum finali tal-enerġija tad-djar għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jfornu data dwar il-prezzijiet tal-gass natural għall-konsumaturi domestiċi finali.

(19)

Il-Kummissjoni (Eurostat) flimkien mal-Istati Membri, sabiex ittejjeb l-affidabbiltà tad-data, għandha tivvaluta u, jekk ikun hemm bżonn, ittejjeb, il-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data f’mod preċiż, f’konformità mal-qafas tal-governanza għall-istatistika. Għalhekk, ir-rapporti tal-kwalità għandhom jitħejjew regolarment u l-valutazzjonijiet tal-kwalità tad-data tal-prezzijiet għandhom jitwettqu regolarment.

(20)

Abbażi ta’ talba motivata minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tagħti derogi lil dak l-Istat Membru b’rabta mal-obbligi speċifiċi li għalihom l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għas-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ dak l-Istat Membru tirrikjedi adattamenti maġġuri jew aktarx twassal għal piż addizzjonali sinifikanti fuq dawk li jwieġbu.

(21)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ data, rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar fir-rigward tal-kontenut għar-rapporti standard tal-kwalità, u l-għoti ta’ derogi. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(22)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas legali komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(23)

Id-Direttiva 2008/92/KE għandha għalhekk titħassar.

(24)

Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Ottubru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. LESAY

Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għad-djar u l-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 3 Sorsi tad-data

L-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku, u l-komponenti u s-subkomponenti tagħhom li jikkonċernaw il-kostijiet, it-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti tan-netwerk, u dwar il-volumi tal-konsum, b’konformità mal-Annessi I u II. Għandhom jintużaw wieħed jew aktar minn dawn is-sorsi li ġejjin, wara li jittieħed kont tal-prinċipji tat-tnaqqis tal-piż fuq dawk li jwieġbu u tas-simplifikazzjoni amministrattiva:

Artikolu 4 Kopertura
Artikolu 5 Trażmissjoni tad-data
Artikolu 6 Perjodi ta’ referenza u frekwenza tat-trażmissjoni
Artikolu 7 Żgurar tal-kwalità
Artikolu 8 Disseminazzjoni

Artikolu 8

Disseminazzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina l-istatistika tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku mhux aktar tard minn ħames xhur wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ referenza.

Artikolu 9 Derogi
Artikolu 10 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 11 Tħassir tad-Direttiva 2008/92/KE
Artikolu 12 Dħul fis-seħħ

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2016 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2016.

(2)  Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(7)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

ANNESS I

ANNESS I

ANNESS II

ANNESS II

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit