+REGOLAMENT (UE) 2018/1724 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
---------+Artikolu 1 1.
---------+Artikolu 1 2.
---------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 2 Stabbiliment tal-gateway diġitali unika
---------+Artikolu 2 1.
---------+Artikolu 2 2.
---------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+KAPITOLU II SERVIZZI TAL-GATEWAY
------+Artikolu 4 Aċċess għall-informazzjoni
---------+Artikolu 4 1.
---------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 5 Aċċess għall-informazzjoni mhux inkluża fl-Anness I
---------+Artikolu 5 1.
---------+Artikolu 5 2.
---------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 6 Proċeduri li jridu jiġu offruti kompletament online
---------+Artikolu 6 1.
---------+Artikolu 6 2.
---------+Artikolu 6 3.
---------+Artikolu 6 4.
---------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 7 Aċċess għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
---------+Artikolu 7 1.
---------+Artikolu 7 2.
---------+Artikolu 7 3.
---------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 8 Rekwiżiti ta’ kwalità relatati mal-aċċessibbiltà għall-web
---+KAPITOLU III REKWIŻITI TAL-KWALITÀ
------+TAQSIMA 1 Rekwiżiti tal-kwalità relatati mal-informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli, dwar il-proċeduri u dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
---------+Artikolu 9 Kwalità tal-informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli
------------+Artikolu 9 1.
------------+Artikolu 9 2.
---------+Artikolu 10 Kwalità tal-informazzjoni dwar il-proċeduri
------------+Artikolu 10 1.
------------+Artikolu 10 2.
------------+Artikolu 10 3.
------------+Artikolu 10 4.
---------+Artikolu 11 Kwalità tal-informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
------------+Artikolu 11 1.
------------+Artikolu 11 2.
---------+Artikolu 12 Traduzzjoni tal-informazzjoni
------------+Artikolu 12 1.
------------+Artikolu 12 2.
------------+Artikolu 12 3.
------------+Artikolu 12 4.
------+TAQSIMA 2 Rekwiżiti relatati mal-proċeduri online
---------+Artikolu 13 Aċċess transfruntier għal proċeduri online
------------+Artikolu 13 1.
------------+Artikolu 13 2.
------------+Artikolu 13 3.
---------+Artikolu 14 Sistema teknika għall-iskambju transfruntier awtomatizzat ta’ evidenza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss”
------------+Artikolu 14 1.
------------+Artikolu 14 2.
------------+Artikolu 14 3.
------------+Artikolu 14 4.
------------+Artikolu 14 5.
------------+Artikolu 14 6.
------------+Artikolu 14 7.
------------+Artikolu 14 8.
------------+Artikolu 14 9.
------------+Artikolu 14 10.
------------+Artikolu 14 11.
---------+Artikolu 15 Il-verifika ta’ evidenza bejn l-Istati Membri
------+TAQSIMA 3 Rekwiżiti ta’ kwalità relatati mas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
---------+Artikolu 16 Rekwiżiti ta’ kwalità relatati mas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
------+TAQSIMA 4 Monitoraġġ tal-kwalità
---------+Artikolu 17 Monitoraġġ tal-kwalità
------------+Artikolu 17 1.
------------+Artikolu 17 2.
------------+Artikolu 17 3.
---+KAPITOLU IV SOLUZZJONIJIET TEKNIĊI
------+Artikolu 18 Interfaċċa komuni tal-utent
---------+Artikolu 18 1.
---------+Artikolu 18 2.
---------+Artikolu 18 3.
---------+Artikolu 18 4.
---------+Artikolu 18 5.
------+Artikolu 19 Repożitorju għal-links
---------+Artikolu 19 1.
---------+Artikolu 19 2.
---------+Artikolu 19 3.
---------+Artikolu 19 4.
---------+Artikolu 19 5.
---------+Artikolu 19 6.
---------+Artikolu 19 7.
------+Artikolu 20 Faċilità ta’ sejbien komuni għas-servizzi ta’ assistenza
---------+Artikolu 20 1.
---------+Artikolu 20 2.
---------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 21 Responsabbiltajiet għall-applikazzjonijiet tal-ICT li jappoġġaw lill-gateway
---------+Artikolu 21 1.
---------+Artikolu 21 2.
---+KAPITOLU V PROMOZZJONI
------+Artikolu 22 Isem, logo u tikketta tal-kwalità
---------+Artikolu 22 1.
---------+Artikolu 22 2.
------+Artikolu 23 Promozzjoni
---------+Artikolu 23 1.
---------+Artikolu 23 2.
---------+Artikolu 23 3.
---------+Artikolu 23 4.
---+KAPITOLU VI ĠBIR TA’ FEEDBACK U TA’ STATISTIKA MINGĦAND L-UTENTI
------+Artikolu 24 Statistika dwar l-utenti
---------+Artikolu 24 1.
---------+Artikolu 24 2.
---------+Artikolu 24 3.
---------+Artikolu 24 4.
------+Artikolu 25 Feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway
---------+Artikolu 25 1.
---------+Artikolu 25 2.
---------+Artikolu 25 3.
---------+Artikolu 25 4.
---------+Artikolu 25 5.
------+Artikolu 26 Rapportar dwar il-funzjonament tas-suq intern
---------+Artikolu 26 1.
---------+Artikolu 26 2.
---------+Artikolu 26 3.
------+Artikolu 27 Ħarsiet ġenerali fil-qosor online
---+KAPITOLU VII GOVERNANZA TAL-GATEWAY
------+Artikolu 28 Koordinaturi nazzjonali
---------+Artikolu 28 1.
---------+Artikolu 28 2.
---------+Artikolu 28 3.
------+Artikolu 29 Grupp ta’ koordinazzjoni
------+Artikolu 30 Kompiti tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway
---------+Artikolu 30 1.
---------+Artikolu 30 2.
------+Artikolu 31 Programm ta’ ħidma annwali
---------+Artikolu 31 1.
---------+Artikolu 31 2.
---+KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 32 Spejjeż
---------+Artikolu 32 1.
---------+Artikolu 32 2.
------+Artikolu 33 Protezzjoni tad-data personali
------+Artikolu 34 Kooperazzjoni ma’ netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u assistenza
---------+Artikolu 34 1.
---------+Artikolu 34 2.
------+Artikolu 35 Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
---------+Artikolu 35 1.
---------+Artikolu 35 2.
------+Artikolu 36 Rapportar u rieżami
------+Artikolu 37 Proċedura ta’ kumitat
---------+Artikolu 37 1.
---------+Artikolu 37 2.
------+Artikolu 38 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012
------+Artikolu 39 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)
---+ANNESS II Proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(1)
---+ANNESS III Lista tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2)
|
English -
European Union -
ICT -
REGOLAMENT (UE) 2018/1724 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2018/1724 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Ottubru 2018
li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II SERVIZZI TAL-GATEWAY
|
KAPITOLU II SERVIZZI TAL-GATEWAY
|
|
KAPITOLU III REKWIŻITI TAL-KWALITÀ
|
KAPITOLU III REKWIŻITI TAL-KWALITÀ
|
|
KAPITOLU IV SOLUZZJONIJIET TEKNIĊI
|
KAPITOLU IV SOLUZZJONIJIET TEKNIĊI
|
|
KAPITOLU V PROMOZZJONI
|
KAPITOLU V PROMOZZJONI
|
|
KAPITOLU VI ĠBIR TA’ FEEDBACK U TA’ STATISTIKA MINGĦAND L-UTENTI
|
KAPITOLU VI ĠBIR TA’ FEEDBACK U TA’ STATISTIKA MINGĦAND L-UTENTI
|
|
KAPITOLU VII GOVERNANZA TAL-GATEWAY
|
KAPITOLU VII GOVERNANZA TAL-GATEWAY
|
|
KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
|
ANNESS I Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)
|
ANNESS I
Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)
Oqsma ta’ informazzjoni relatati maċ-ċittadini:
|
Area
|
INFORMAZZJONI LI TIRRIGWARDA D-DRITTIJIET, L-OBBLIGI U R-REGOLI LI JIRRIŻULTAW MIL-LIĠI TAL-UNJONI U DIK NAZZJONALI
|
|
A. L-ivvjaġġar fl-Unjoni
|
1. dokumenti meħtieġa miċ-ċittadini tal-Unjoni, mill-membri tal-familja tagħhom li mhumiex ċittadini tal-Unjoni, mill-minuri li jivvjaġġaw waħedhom u ċittadini li mhumiex tal-Unjoni meta jivvjaġġaw bejn il-fruntieri fl-Unjoni (karta tal-identità, viża, passaport)
2. id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk li jivvjaġġaw fl-Unjoni u li jitilqu mit-territorju tal-Unjoni bl-ajruplan, bil-ferrovija, bil-vapur u bix-xarabank, u ta’ dawk li jixtru pakketti tal-ivvjaġġar jew arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta
3. l-assistenza f’każ ta’ mobbiltà mnaqqsa waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni u waqt it-tluq mit-territorju tal-Unjoni
4. it-trasport ta’ annimali, pjanti, alkoħol, tabakk, sigaretti u oġġetti oħrajn waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni
5. it-telefonati bil-vuċi u l-bgħit u r-riċezzjoni ta’ messaġġi elettroniċi u ta’ data elettronika fl-Unjoni
|
|
B. Ix-xogħol u l-irtirar fl-Unjoni
|
1. it-tiftix ta’ impjieg fi Stat Membru ieħor
2. il-bidu ta’ impjieg fi Stat Membru ieħor
3. ir-rikonoxximent tal-kwalifiki biex wieħed jaħdem fi Stat Membru ieħor
4. it-tassazzjoni fi Stat Membru ieħor
5. ir-regoli dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni obbligatorji marbuta mar-residenza jew impjieg fi Stat Membru ieħor
6. it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, inkluż għall-ħaddiema stazzjonati, kif stipulati bil-liġi jew permezz ta’ strument statutorju (inkluż informazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċijiet u s-sensji)
7. it-trattament indaqs (regoli li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, regoli dwar paga indaqs għan-nisa u l-irġiel u dwar paga indaqs għall-impjegati b’kuntratt fiss jew b’kuntratti ta’ impjieg permanenti)
8. l-obbligi tas-saħħa u tas-sigurtà b’rabta ma’ tipi differenti ta’ attività
9. id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni inklużi dawk relatati mat-teħid ta’ pensjonijiet
|
|
C. Il-vetturi fl-Unjoni
|
1. it-teħid ta’ vettura bil-mutur fuq bażi temporanja jew permanenti fi Stat Membru ieħor
2. l-akkwist u t-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan
3. ix-xiri ta’ assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur obbligatorja
4. ix-xiri u l-bejgħ ta’ vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor
5. ir-regoli dwar it-traffiku nazzjonali u r-rekwiżiti għas-sewwieqa, inklużi r-regoli ġenerali għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq nazzjonali: it-tariffi bbażati fuq il-ħin (vinjetta), it-tariffi bbażati fuq id-distanza (pedaġġ), l-istikers tal-emissjonijiet
|
|
D. Ir-residenza fi Stat Membru ieħor
|
1. iċ-ċaqliq temporanju jew permanenti lejn Stat Membru ieħor
2. ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli, inkluża kull kundizzjoni u obbligu relatati mat-tassazzjoni, is-sjieda, jew l-użu ta’ tali proprjetà, inkluż l-użu tagħha bħala residenza sekondarja
3. il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
4. ir-rekwiżiti għall-karti ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom, inklużi l-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-Unjoni
5. ir-rekwiżiti applikabbli għan-naturalizzazzjoni għal ċittadini minn Stat Membru ieħor
6. ir-regoli applikabbli f’każ ta’ mewt, inkluż regoli dwar ir-ripatrijazzjoni tal-mejjet lejn Stat Membru ieħor
|
|
E. L-edukazzjoni jew it-taħriġ fi Stat Membru ieħor
|
1. is-sistema edukattiva fi Stat Membru ieħor, inklużi l-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija, l-edukazzjoni primarja u sekondarja, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tal-adulti
2. il-volontarjat fi Stat Membru ieħor
3. it-taħriġ fi Stat Membru ieħor
4. ir-riċerka fi Stat Membru ieħor bħala parti minn programm edukattiv
|
|
F. Il-kura tas-saħħa
|
1. it-trattament mediku fi Stat Membru ieħor
2. ix-xiri online jew fiżiku ta’ prodotti farmaċewtiċi bir-riċetta fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet ir-riċetta
3. ir-regoli tal-assigurazzjoni tas-saħħa applikabbli fil-każ ta’ soġġorn qasir jew fuq perjodu twil fi Stat Membru ieħor, inkluż kif wieħed japplika għal Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea
4. informazzjoni ġenerali għad-drittijiet jew l-obbligi tal-aċċess għall-parteċipazzjoni f’miżuri pubbliċi disponibbli dwar il-kura tas-saħħa preventiva
5. is-servizzi pprovduti permezz ta’ numri nazzjonali ta’ emerġenza, inklużi n-numri “112” u “116”
6. id-drittijiet u l-kundizzjonijiet biex wieħed imur joqgħod f’dar residenzjali tal-kura
|
|
G. Id-drittijiet taċ-ċittadini u tal-familja
|
1. it-twelid, il-kustodja għall-minuri, ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, ir-regoli dwar il-maternità surrogata u l-adozzjoni, inkluża l-adozzjoni mit-tieni ġenitur, l-obbligi ta’ manteniment b’konnessjoni mat-tfal f’sitwazzjoni ta’ familja transfruntiera
2. il-ħajja f’koppja ta’ nazzjonalitajiet differenti, inklużi l-koppji tal-istess sess (iż-żwieġ, is-sħubija ċivili jew irreġistrata, is-separazzjoni, id-divorzju, id-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali, id-drittijiet tal-koabitanti)
3. ir-regoli dwar ir-rikonoxximent tal-ġeneru
4. id-drittijiet u l-obbligi b’rabta mas-suċċessjoni fi Stat Membru ieħor, inklużi r-regoli tat-taxxa
5. id-drittijiet u r-regoli applikabbli f’każ ta’ ħtif transfruntier tat-tfal mill-ġenituri
|
|
H. Id-drittijiet tal-konsumaturi
|
1. ix-xiri online u fiżiku ta’ oġġetti, kontenut diġitali jew servizzi (inklużi servizzi finanzjarji) minn Stat Membru ieħor
2. il-pussess ta’ kont tal-bank fi Stat Membru ieħor
3. il-konnessjoni mal-utilitajiet, bħall-gass, l-elettriku, l-ilma, ir-rimi tal-iskart tad-djar, it-telekoms u l-Internet
4. il-pagamenti, inklużi t-trasferimenti ta’ kreditu, id-dewmien fil-pagamenti transfruntiera
5. id-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati max-xiri ta’ oġġetti u servizzi, inklużi l-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi u kumpens
6. is-sikurezza u s-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur
7. il-kiri ta’ vettura bil-mutur
|
|
I. Il-protezzjoni tad-data personali
|
1. l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali
|
Oqsma ta’ informazzjoni marbuta man-negozji:
▼M3
▼B
|
Qasam
|
INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI
|
|
J. Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju
|
1. ir-reġistrazzjoni, il-bdil tal-forma legali jew l-għeluq ta’ negozju (il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l-formoli legali għat-twettiq ta’ negozju)
2. it-trasferiment ta’ negozju lejn Stat Membru ieħor
3. id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark, ta’ tpinġija jew disinn, il-kisba ta’ liċenzja għar-riproduzzjoni)
4. il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi
5. l-offerta’ ta’ faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibiegħ oġġetti u servizzi online
6. id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi
7. il-proċedimenti ta’ insolvenza u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji
8. l-assigurazzjoni tal-krediti
9. l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji jew il-bejgħ ta’ negozju
10. ir-responsabbiltà ċivili tad-diretturi ta’ kumpanija
11. ir-regoli u l-obbligi li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali
|
|
K. Impjegati
|
1. it-termini tal-impjieg stipulati bil-liġi jew permezz ta’ strument statutorju (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċijiet u s-sensji)
2. id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni (ir-reġistrazzjoni bħala impjegatur, ir-reġistrazzjoni tal-impjegati, in-notifika ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ impjegat, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)
3. l-impjieg tal-ħaddiema fi Stati Membri oħrajn (il-kollokament tal-ħaddiema, ir-regoli dwar il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, ir-rekwiżiti ta’ residenza għall-ħaddiema)
4. it-trattament indaqs (regoli li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, regoli dwar paga indaqs għan-nisa u l-irġiel u paga indaqs għall-impjegati b’kuntratt fiss jew b’kuntratti ta’ impjieg permanenti)
5. ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni tal-persunal
|
|
L. Taxxi
|
1. VAT: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-VAT u l-ħlas tal-VAT, u kif tikseb rifużjoni
2. id-dazji tas-sisa: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tas-sisa u l-ħlas tat-taxxa tas-sisa, u kif tikseb rifużjoni
3. id-dazji doganali u taxxi u dazji oħrajn li jinġabru fuq l-importazzjonijiet
4. il-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.
5. taxxi oħrajn: pagamenti, rati, dikjarazzjonijiet tat-taxxa
|
|
M. Oġġetti
|
1. il-kisba ta’ markar CE
2. ir-regoli u r-rekwiżiti tal-prodott
3. l-identifikazzjoni ta’ standards applikabbli, speċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti
4. ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni
5. ir-rekwiżiti rigward il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ għas-sustanzi kimiċi perikolużi
6. il-bejgħ mill-bogħod/barra mill-post tan-negozju: l-informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti minn qabel, il-konferma tal-kuntratt bil-miktub, l-irtirar minn kuntratt, il-konsenja tal-oġġetti, obbligi speċifiċi oħrajn
7. il-prodotti difettużi: id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, ir-responsabbiltajiet ta’ wara l-bejgħ, il-mezzi ta’ rimedju għal parti li ssofri dannu
8. iċ-ċertifikazzjoni, it-tikketti (EMAS, it-tikketti tal-enerġija, l-Ekodisinn, l-Ekotikketta tal-UE)
9. ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart
|
|
N. Servizzi
|
1. il-kisba ta’ liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi għall-bidu u l-operat ta’ negozju 2. in-notifika lill-awtoritajiet dwar attivitajiet transfruntiera 3. ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
►M2
4. informazzjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, inkluż il-listi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
◄
|
|
O. Il-finanzjament tan-negozju
|
1. il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-għotjiet għan-negozju
2. il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell nazzjonali
3. inizjattivi indirizzati lill-imprendituri (skambji organizzati għall-imprendituri l-ġodda, programmi ta’ mentoraġġ eċċ.)
|
|
P. Kuntratti pubbliċi
|
1. il-parteċipazzjoni f’sejħiet għall-offerti pubbliċi: regoli u proċeduri
2. il-preżentazzjoni ta’ offerta online bi tweġiba għal sejħa għall-offerti pubblika
3. ir-rapportar ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-proċess ta’ sejħiet għall-offerti
|
|
Q. Is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol
|
1. l-obbligi dwar is-saħħa u s-sikurezza fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ attività, inklużi l-prevenzjoni tar-riskji, l-informazzjoni u t-taħriġ
|
|
►M4
R. Proġetti ta’ manifattura tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti ◄
|
►M4
1. informazzjoni dwar il-proċess għall-għoti ta’ permessi; 2. is-servizzi ta’ finanzjament u investiment; 3. il-possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; 4. is-servizzi ta’ appoġġ għan-negozju, inklużi iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali, il-liġi tax-xogħol. ◄
|
|
▼M3
|
|
AJ. Proġetti ta’ materja prima kritiċi
|
1. il-punti ta’ kuntatt uniku stabbiliti jew maħtura skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);
2. informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi.
3. informazzjoni dwar servizzi tal-finanzjament u tal-investiment
4. informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri
5. informazzjoni dwar servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali jew il-liġi tax-xogħol
|
|
▼B
|
(1)
Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1028, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1028/oj).
▼B
|
|
|
ANNESS II Proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(1)
|
ANNESS II
Proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(1)
|
Avvenimenti tal-ħajja
|
Proċeduri
|
Ir-riżultat mistenni soġġett għal valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali, fejn rilevanti
|
|
Twelid
|
Talba għal prova tar-reġistrazzjoni tat-twelid
|
Prova tar-reġistrazzjoni tat-twelid jew ċertifikat tat-twelid
|
|
Residenza
|
Talba għal prova ta’ residenza
|
Konferma tar-reġistrazzjoni fl-indirizz attwali
|
|
Studju
|
Applikazzjoni għal finanzjament ta’ studju fl-edukazzjoni terzjarja, bħal għotjiet u self ta’ studju minn korp jew istituzzjoni pubblika
|
Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal finanzjament jew konferma tar-riċevuta
|
|
Tressiq ta’ applikazzjoni inizjali għall-ammissjoni f’istituzzjoni tal-edukazzjoni terzjarja pubblika
|
Konferma tal-irċevuta tal-applikazzjoni
|
|
Talba għar-rikonoxximent akkademiku ta’ diplomi, ċertifikati jew provi oħrajn ta’ studji jew korsijiet
|
Deċiżjoni dwar it-talba għar-rikonoxximent
|
|
Xogħol
|
Talba għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli f’konformità mat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ()
|
Deċiżjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli
|
|
In-notifika ta’ bidliet fiċ-ċirkustanzi personali jew professjonali tal-persuna li tkun qed tirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali, rilevanti għat-tali benefiċċji
|
Konferma tal-irċevuta tan-notifika ta’ tali bidliet
|
|
Applikazzjoni għal Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC)
|
Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC)
|
|
Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul
|
Konferma tal-irċevuta tad-dikjarazzjoni
|
|
Ċaqliq
|
Reġistrazzjoni ta’ bidla tal-indirizz
|
Konferma ta’ dereġistrazzjoni fl-indirizz preċedenti u tar-reġistrazzjoni tal-indirizz il-ġdid
|
|
Reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur li toriġina minn Stat Membru, jew li hija diġà rreġistrata fih, fi proċeduri standard ()
|
Prova tar-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur
|
|
L-akkwist ta’ stikers għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq nazzjonali: it-tariffi bbażati fuq il-ħin (vinjetta), it-tariffi bbażati fuq id-distanza (pedaġġ), maħruġa minn korp pubbliku jew istituzzjoni pubblika
|
Ir-riċevuta ta’ stiker tal-pedaġġ jew ta’ vinjetta jew prova oħra ta’ ħlas
|
|
L-akkwist ta’ stikers tal-emissjonijiet maħruġa minn korp pubbliku jew istituzzjoni pubblika
|
Ir-riċevuta ta’ stiker tal-emissjonijiet jew prova oħra ta’ ħlas
|
|
Irtirar
|
Talba għall-pensjoni u għall-benefiċċji ta’ qabel l-irtirar minn skemi obbligatorji
|
Konferma tal-irċevuta tat-talba jew id-deċiżjoni rigward it-talba għal pensjoni jew għal benefiċċji ta’ qabel l-irtirar
|
|
Talba għal informazzjoni dwar id-data relatata mal-pensjoni minn skemi obbligatorji
|
Dikjarazzjoni tad-data tal-pensjoni personali
|
|
▼M1
|
|
Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju
|
Notifika tal-attività ta’ negozju, permess għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ negozju, bidliet fl-attività ta’ negozju u t-terminazzjoni ta’ attività ta’ negozju li ma tinvolvix proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ likwidazzjoni, bl-esklużjoni tar-reġistrazzjoni inizjali ta’ attività ta’ negozju mar-reġistru tan-negozji u minbarra l-proċeduri li jirrigwardaw il-kostituzzjoni ta’ kumpaniji jew ditti, jew kwalunkwe preżentazzjoni sussegwenti minnhom, skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE
►M2
Dikjarazzjonijiet mill-ospitanti għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir ◄
|
Konferma tar-riċevuta tan-notifika jew bidla, jew tat-talba għal permess għal attività tan-negozju
►M2
Il-ħruġ ta’ numru tar-reġistrazzjoni ◄
|
|
|
Reġistrazzjoni ta’ impjegatur (persuna fiżika) mal-iskemi obbligatorji tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni
|
Konferma tar-reġistrazzjoni jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali
|
|
Reġistrazzjoni ta’ impjegati mal-iskemi obbligatorji tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni
|
Konferma tar-reġistrazzjoni jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali
|
|
Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva
|
Konferma tal-irċevuta tad-dikjarazzjoni
|
|
Notifika lill-iskemi tas-sigurtà soċjali tat-tmiem ta’
|
Konferma tal-irċevuta tan-notifika
|
|
kuntratt ma’ impjegat, minbarra l-proċeduri għat-tmiem kollettiv tal-kuntratti tal-impjegati
|
Wasla jew forma oħra ta’ konferma ta’ pagament ta’
|
|
Pagament ta’ kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati
|
kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati
|
|
Notifika ta’ fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
|
Konferma tal-wasla tan-notifika
|
|
▼M3
|
|
Proġetti ta’ materja prima kritiċi
|
Proċedura relatata mal-permessi rilevanti kollha għall-bini u l-operat tal-proġetti ta’ materja prima kritika, inkluż il-permessi tal-konnessjoni tal-bini, kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali fejn meħtieġ, u li tinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri kollha mir-rikonoxximent li l-applikazzjoni hija kompluta san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1252.
|
L-eżiti kollha relatati mal-proċeduri varji, mir-rikonoxximent li l-applikazzjoni hija kompluta san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1252
|
|
▼B
|
|
►M4
Proġetti ta’ manifattura tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti ◄
|
►M4
Proċeduri għall-permessi rilevanti kollha għall-bini, l-espansjoni, il-konverżjoni u t-tħaddim ta’ proġetti ta’ manifattura tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, u proġetti strateġiċi b’emissjonijiet żero netti, inkluż permessi għall-bini, għas-sustanzi kimiċi għall-konnessjoni mal-grilja, valutazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet ambjentali fejn meħtieġa, u li jinkludu l-applikazzjonijiet u l-proċeduri kollha ◄
|
►M4
L-eżiti kollha li jappartjenu għall-proċeduri li jvarjaw mir-rikonoxximent li l-applikazzjoni tkun kompluta san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-punt ta’ kuntatt iddeżinjat. ◄
|
(1)
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
(2)
Dan ikopri l-vetturi li ġejjin: (a) kwalunkwe vettura bil-mutur jew karru kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1) u (b) kwalunkwe vettura bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta, kemm jekk rota doppja jew xort’oħra, maħsuba għall-ivvjaġġar fit-triq, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
|
|
|
ANNESS III Lista tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2)
|
ANNESS III
Lista tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2)
(1)
Punti ta’ kuntatt waħdieni (
1
)
(2)
Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti (
2
)
(3)
Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini (
3
)
(4)
Ċentri ta’ assistenza nazzjonali għall-kwalifiki professjonali (
4
)
(5)
Punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali (
5
)
(6)
Netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES) (
6
)
▼M5
(7)
Il-lista ta’ entitajiet ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
)
▼M4
(8)
Punti uniċi ta’ kuntatt stabbiliti jew iddeżinjati, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (
8
), inkluż għall-finijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament NZIA u punti ta’ kuntatt stabbiliti jew iddeżinjati skont l-Artikolu 33(1) tiegħu
▼M3
(9)
Il-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1252.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|