+REGOLAMENT (UE) 2021/694 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 Objettivi tal-programm
---------+Artikolu 3 1.
---------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 4 L-Objettiv Speċifiku 1- Computing ta’ Prestazzjoni Għolja
---------+Artikolu 4 1.
---------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 5 L-Objettiv Speċifiku 2 - Intelliġenza Artifiċjali
---------+Artikolu 5 1.
---------+Artikolu 5 2.
---------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 6 L-Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja
---------+Artikolu 6 1.
---------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 7 L-Objettiv Speċifiku 4 - Ħiliet Diġitali Avvanzati
---------+Artikolu 7 1.
---------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 8 L-Objettiv Speċifiku 5 - L-implimentazzjoni u l-Aħjar Użu tal-Kapaċitajiet Diġitali u l-Interoperabbiltà
---------+Artikolu 8 1.
---------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8a Objettiv Speċifiku 6 — Semikondutturi
------+Artikolu 9 Baġit
---------+Artikolu 9 1.
---------+Artikolu 9 2.
---------+Artikolu 9 3.
---------+Artikolu 9 4.
---------+Artikolu 9 5.
---------+Artikolu 9 6.
---------+Artikolu 9 7.
---------+Artikolu 9 8.
------+Artikolu 10 Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
---------+Artikolu 10 1.
---------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 11 Kooperazzjoni internazzjonali
---------+Artikolu 11 1.
---------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 12 Sigurtà
---------+Artikolu 12 1.
---------+Artikolu 12 2.
---------+Artikolu 12 3.
---------+Artikolu 12 4.
---------+Artikolu 12 5.
---------+Artikolu 12 5a.
---------+Artikolu 12 5b.
---------+Artikolu 12 6.
---------+Artikolu 12 7.
------+Artikolu 13 Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni
---------+Artikolu 13 1.
---------+Artikolu 13 2.
---------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 14 Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
---------+Artikolu 14 1.
---------+Artikolu 14 2.
---------+Artikolu 14 3.
---------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 15 Sħubijiet Ewropej
------+Artikolu 16 Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej
---------+Artikolu 16 1.
---------+Artikolu 16 2.
---------+Artikolu 16 3.
---------+Artikolu 16 4.
---------+Artikolu 16 5.
---------+Artikolu 16 6.
---------+Artikolu 16 7.
------+Artikolu 16a Kunflitti ta’ regoli
---+KAPITOLU II ELIĠIBBILTÀ
------+Artikolu 17 Azzjonijiet eliġibbli
---------+Artikolu 17 1.
---------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 18 Entitajiet ġuridiċi eliġibbli
---------+Artikolu 18 1.
---------+Artikolu 18 2.
---------+Artikolu 18 3.
---------+Artikolu 18 4.
---+KAPITOLU III GĦOTJIET
------+Artikolu 19 Għotjiet
------+Artikolu 20 Kriterji tal-għotjiet
---------+Artikolu 20 1.
---------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 21 Evalwazzjoni
---+KAPITOLU IV OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT U FINANZJAMENT IMĦALLAT IEĦOR
------+Artikolu 22 Operazzjonijiet ta’ taħlit
------+Artikolu 23 Finanzjament kumulattiv, komplementarju u mħallat
---------+Artikolu 23 1.
---------+Artikolu 23 2.
---+KAPITOLU V PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
------+Artikolu 24 Programmi ta’ ħidma
---------+Artikolu 24 1.
---------+Artikolu 24 2.
---------+Artikolu 24 3.
---------+Artikolu 24 4.
---------+Artikolu 24 5.
---------+Artikolu 24 6.
------+Artikolu 25 Monitoraġġ u rapportar
---------+Artikolu 25 1.
---------+Artikolu 25 2.
---------+Artikolu 25 3.
---------+Artikolu 25 4.
---------+Artikolu 25 5.
------+Artikolu 26 Evalwazzjoni tal-Programm
---------+Artikolu 26 1.
---------+Artikolu 26 2.
---------+Artikolu 26 3.
---------+Artikolu 26 4.
---------+Artikolu 26 5.
------+Artikolu 27 Awditi
---------+Artikolu 27 1.
---------+Artikolu 27 2.
---------+Artikolu 27 3.
---------+Artikolu 27 4.
---------+Artikolu 27 5.
------+Artikolu 28 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
------+Artikolu 29 Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, appoġġ ta’ politika u disseminazzjoni
---------+Artikolu 29 1.
---------+Artikolu 29 2.
---------+Artikolu 29 3.
---+KAPITOLU VI ATTI DELEGATI, ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
------+Artikolu 30 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 30 1.
---------+Artikolu 30 2.
---------+Artikolu 30 3.
---------+Artikolu 30 4.
---------+Artikolu 30 5.
---------+Artikolu 30 6.
------+Artikolu 31 Proċedura ta’ kumitat
---------+Artikolu 31 1.
---------+Artikolu 31 2.
------+Artikolu 32 Tħassir
------+Artikolu 33 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---------+Artikolu 33 1.
---------+Artikolu 33 2.
---------+Artikolu 33 3.
------+Artikolu 34 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS I AZZJONIJIET
---+ANNESS II INDIKATURI LI JITKEJLU SABIEX JIMMONITORJAW L-IMPLIMENTAZZJONI U SABIEX JIRRAPPORTAW DWAR IL-PROGRESS TAL-PROGRAMM GĦALL-KISBA TAL-OBJETTIVI SPEĊIFIĊI
---+ANNESS III Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni
English - European Union - ICT - Cybersecurity - Artificial Intelligence -

REGOLAMENT (UE) 2021/694 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2021/694 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2021

li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II ELIĠIBBILTÀ KAPITOLU II ELIĠIBBILTÀ
KAPITOLU III GĦOTJIET KAPITOLU III GĦOTJIET
KAPITOLU IV OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT U FINANZJAMENT IMĦALLAT IEĦOR KAPITOLU IV OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT U FINANZJAMENT IMĦALLAT IEĦOR
KAPITOLU V PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL KAPITOLU V PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
KAPITOLU VI ATTI DELEGATI, ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI KAPITOLU VI ATTI DELEGATI, ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
ANNESS I AZZJONIJIET




ANNESS I

AZZJONIJIET

Deskrizzjoni teknika tal-Programm: l-ambitu tal-azzjonijiet

L-azzjonijiet inizjali, u fejn xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti tal-Programm għandhom jiġu implimentati skont id-deskrizzjoni teknika li ġejja:

Objettiv Speċifiku 1 - Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-programm għandu jimplimenta l-istrateġija Ewropea dwar l-HPC bl-appoġġ ta’ ekosistema sħiħa tal-Unjoni li tipprovdi l-HPC u l-kapaċitajiet tad-data meħtieġa għall-Ewropa biex tikkompeti globalment. L-istrateġija għandha l-għan li tiskjera HPC u infrastruttura tad-data tal-ogħla livell b’kapaċitajiet fuq skala eksa bejn l-2022 u l-2023, u b’faċilitajiet fuq skala posteksa bejn l-2026 u l-2027 biex jagħnu lill-Unjoni bi provvista ta’ teknoloġija tal-HPC indipendenti u kompetittiva tagħha stess, tilħaq l-eċċellenza fl-applikazzjonijiet tal-HPC u twessa’ d-disponibbiltà u l-użu tal-HPC.

L-azzjonijiet inizjali, u fejn xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti taħt dan l-objettiv għandhom jinkludu:

1. 

Qafas ta’ akkwist konġunt li jippermetti approċċ kodisinnjat għall-akkwist ta’ network integrat ta’ HPC tal-ogħla livell, inkluż l-akkwist ta’ supercomputing u infrastruttura tad-data ta’ skala eksa. Dak in-network ser ikun faċilment aċċessibbli għall-utenti pubbliċi u privati, b’mod partikolari l-SMEs, irrispettivament mill-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, u ser ikunu aċċessibbli faċilment għal skopijiet ta’ riċerka, skont ir-Regolament (UE) 2018/1488.

2. 

Qafas ta’ akkwist konġunt għall-akkwist ta’ infrastruttura ta’ supercomputing ta’ skala posteksa inkluż l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ computing quantum.

3. 

Il-koordinazzjoni u r-riżorsi finanzjarji xierqa fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġaw l-iżvilupp, l-akkwist u t-tħaddim ta’ din l-infrastruttura.

4. 

In-networking tal-HPC ta’ Stati Membri u l-kapaċitajiet ta’ data u l-appoġġ għall-Istati Membri li jkunu jixtiequ jaġġornaw jew jakkwistaw kapaċitajiet ġodda tal-HPC.

5. 

In-networking taċ-ċentri nazzjonali ta’ kompetenza tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, mill-anqas wieħed għal kull Stat Membru u assoċjati maċ-ċentri nazzjonali tas-supercomputing tagħhom biex jipprovdu servizzi ta’ HPC lill-industrija, b’mod partikolari lill-SMEs, il-komunità akkademika u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

6. 

L-implimentazzjoni ta’ teknoloġija lesta biex tintuża operattiva, b’mod partikolari is-supercomputing bħala servizz li jirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni biex tinbena ekosistema tal-HPC Ewropea integrata, li tkopri s-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiku u industrijali (hardware, software, applikazzjonijiet, servizzi, interkonnessjonijiet u ħiliet diġitali avvanzati).

Objettiv Speċifiku 2 - Intelliġenza Artifiċjali

Il-Programm għandu jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-IA ewlenin fl-Ewropa, inkluż ir-riżorsi tad-data u r-repożitorji ta’ algoritmi, u jagħmilhom aċċessibbli għal-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji kollha, u għandu jsaħħaħ u jagħmel network ta’ faċilitajiet eżistenti u dawk stabbiliti reċentement tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni tal-IA fl-Istati Membri.

L-azzjonijiet inizjali, u fejn xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti taħt dan l-objettiv għandhom jinkludu:

1. 

Il-ħolqien ta’ spazji komuni Ewropej tad-data li jagħmlu d-data madwar l-Ewropa aċċessibbli, inkluż informazzjoni miġbura mill-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, u jsiru sors ta’ input tad-data għal soluzzjonijiet tal-IA. L-ispazji jenħtieġ li jkunu miftuħa għas-setturi pubbliċi u privati. Għal aktar użu, id-data fi ħdan spazju trid issir interoperabbli, b’mod partikolari permezz ta’ formati ta’ data li huma miftuħa, jinqraw mill-magni, standardizzati u dokumentati, kemm fl-interazzjonijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati, kif ukoll fi ħdan is-setturi u bejn is-setturi (l-interoperabbiltà semantika).

2. 

L-iżvilupp ta’ libreriji jew interfaċċi komuni Ewropej għal libreriji ta’ algoritmi li jagħmluhom faċilment aċċessibbli għall-utenti Ewropej potenzjali kollha fuq il-bażi ta’ termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji. In-negozji u s-settur pubbliku jridu jkunu jistgħu jidentifikaw u jakkwistaw kwalunkwe soluzzjoni li taħdem l-aħjar għall-bżonnijiet tagħhom.

3. 

Il-koinvestiment mal-Istati Membri f’faċilitajiet ta’ referenza tal-ogħla livell għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni f’ambjent reali li jiffoka fuq l-applikazzjonijiet tal-IA f’setturi essenzjali bħas-saħħa, il-monitoraġġ tad-dinja jew tal-ambjent, it-trasport u l-mobbiltà, is-sigurtà, il-manifattura u l-finanzi, kif ukoll f’oqsma oħra ta’ interess pubbliku. Dawk il-faċilitajiet iridu jkunu miftuħa għall-atturi kollha madwar l-Ewropa u konnessi man-network ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej. Dawk il-faċilitajiet iridu jiġu attrezzati bi jew konnessi ma’ faċilitajiet kbar ta’ computing u li jipproċessaw id-data, kif ukoll bl-aħħar teknoloġiji tal-IA, inklużi oqsma emerġenti bħall-computing newromorfiku, l-apprendiment profond u r-robotika.

▼M2

Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja

Il-Programm għandu jistimula t-tisħiħ, il-bini u l-ksib ta’ kapaċitajiet essenzjali biex jiġi assigurati l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tal-Unjoni permezz tat-tisħiħ tal-potenzjal industrijali u tal-kompetittività fl-ambitu taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, kif ukoll biex jitjiebu l-kapaċitajiet kemm tas-settur privat kif ukoll tas-settur pubbliku biex jiġu protetti ċ-ċittadini u n-negozji mit-theddidiet ċibernetiċi, inkluż permezz tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148.

L-azzjonijiet inizjali u, fejn jkun xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti skont dan l-objettiv għandhom jinkludu:

1. 

Il-koinvestiment mal-Istati Membri f’tagħmir avvanzat għaċ-ċibersigurtà, f’infrastruttura u f’know-how li huma essenzjali għall-ħarsien tal-infrastrutturi kritiċi u s-Suq Uniku Diġitali inġenerali. Tali koinvestiment jista’ jinkludi investimenti f’faċilitajiet kwantistiċi u riżorsi tad-data għas-ċibersigurtà, l-għarfien tas-sitwazzjoni fiċ-ċiberspazju inklużi ċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u ċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri li jiffurmaw is-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà, kif ukoll f’għodod oħra li jridu jkunu disponibbli għas-settur pubbliku u dak privat fl-Ewropa kollha;

2. 

It-titjib tal-kapaċitajiet teknoloġiċi eżistenti u n-networking ta’ ċentri ta’ kompetenza fl-Istati Membri u li jiġi żgurat li dawk il-kapaċitajiet jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u tal-industrija, inkluż permezz ta’ prodotti u servizzi li jsaħħu ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja fi ħdan is-Suq Uniku Diġitali;

3. 

Il-garanzija ta’ użu wiesa’ ta’ soluzzjonijiet ta’ ċibersigurtà u fiduċja effettivi u mill-aktar avvanzati fl-Istati Membri kollha. Tali użu jinkludi t-tisħiħ tas-sigurtà u tas-sikurezza ta’ prodotti, mid-disinn sal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom;

4. 

L-appoġġ għall-għeluq tad-distakk fil-ħiliet taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn il-ġeneri, billi, pereżempju, jiġu allinjati l-programmi tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà, jiġu adattati għall-ħtiġijiet settorjali speċifiċi u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-taħriġ speċjalizzat immirat;

5. 

Il-promozzjoni tas-solidarjetà fost l-Istati Membri fit-tħejjija u fir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira permezz tal-użu ta’ servizzi ta’ ċibersigurtà f’livell transfruntier, inkluż l-appoġġ għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-istabbiliment ta’ riżerva ta’ fornituri fdati ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti fil-livell tal-Unjoni.

▼B

Objettiv Speċifiku 4 - Ħiliet diġitali Avvanzati

Il-Programm għandu jappoġġa l-aċċess għal ħiliet diġitali avvanzati u opportunitajiet ta’ taħriġ dwar dawk il-ħiliet, b’mod partikolari, fil-HPC, fl-analitika tal-big data, fl-IA, fit-teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż. blockchain) u fiċ-ċibersigurtà għall-forza tax-xogħol attwali u futura, billi, fost l-oħrajn, l-istudenti, il-gradwati reċenti, il-ħaddiema attwali u ċ-ċittadini ta’ kull età bi bżonn ta’ titjib tal-ħiliet, ikunu fejn ikunu, jiġu offruti l-mezzi biex jakkwistaw u jiżviluppaw dawk il-ħiliet.

L-azzjonijiet inizjali, u fejn xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti taħt dan l-objettiv għandhom jinkludu:

1. 

Aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol bil-parteċipazzjoni f’apprendistati f’ċentri tal-kompetenza u f’negozji li jużaw teknoloġiji diġitali avvanzati.

2. 

Aċċess għal korsijiet f’teknoloġiji diġitali avvanzati li jridu jiġu offruti mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, istituzzjonijiet ta’ riċerka u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni professjonali tal-industrija b’kooperazzjoni mal-korpi involuti fil-Programm (is-suġġetti mistennija jinkludu l-IA, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż. blockchain), il-HPC u t-teknoloġiji quantum).

3. 

Parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali speċjalizzat, għal terminu qasir li ġew preċertifikati, pereżempju fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

L-interventi għandhom jiffokaw fuq ħiliet diġitali avvanzati relatati ma’ teknoloġiji speċifiċi.

Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej previsti fl-Artikolu 16 għandhom jaġixxu bħala faċilitaturi għall-opportunitajiet ta’ taħriġ, b’kollegament mal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Objettiv Speċifiku 5 - L-implimentazzjoni u l-Aħjar Użu tal-Kapaċitajiet Diġitali u l-Interoperabbiltà

Proġetti li jipprevedu l-implimentazzjoni u l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali jew l-interoperabilità għandhom jikkostitwixxu proġetti ta’ interess komuni.

I. L-azzjonijiet inizjali, u fejn xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti taħt dan l-objettiv relatati mat-trasformazzjoni diġitali ta’ oqsma ta’ interess pubbliku għandhom jinkludu:

1. 

L-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet pubbliċi:

1.1. 

Appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern elettroniku fl-oqsma kollha tal-politika, billi jinħolqu, fejn meħtieġ, ir-reġistri meħtieġa u l-interkonnessjoni tagħhom b’konformità sħiħa mar-Regolament(UE) 2016/679.

1.2. 

Appoġġ għat-tfassil, il-pilotaġġ, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni, l-evoluzzjoni u l-promozzjoni ta’ ekosistema koerenti ta’ infrastruttura tas-servizzi diġitali transfruntiera u jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet u oqsfa komuni fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma mingħajr xkiel minn tarf sa tarf, siguri, interoperabbli, multilingwi, transfruntiera jew transsettorjali. Għandhom jiġu inklużi wkoll metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-benefiċċji.

1.3. 

Appoġġ għall-valutazzjoni, l-aġġornament u l-promozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet u standards komuni eżistenti kif ukoll l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-promozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet ġodda komuni, speċifikazzjonijiet u standards miftuħa permezz tal-pjattaformi ta’ standardizzazzjoni tal-Unjoni u b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew internazzjonali kif xieraq.

1.4. 

Kooperazzjoni lejn ekosistema Ewropea għal infrastrutturi affidabbli, possibbilment bl-użu ta’ servizzi u applikazzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż. blockchain), li jinkludu l-appoġġ għal interoperabbiltà u standardizzazzjoni u li jrawmu l-użu ta’ applikazzjonijiet transfruntiera tal-Unjoni.

2. 

Is-Saħħa

2.1. 

Jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom kontroll fuq id-data personali tagħhom u jkunu jistgħu jaċċessaw, jikkondividu, jużaw u jiġġestixxu d-data personali tas-saħħa tagħhom bejn il-fruntieri b’mod sigur u b’mod li jiggarantixxi l-privatezza tagħhom, irrispettivament minn fejn jinsabu jew fejn tinsab id-data, b’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Titlesta l-infrastruttura Ewropea ta’ servizzi diġitali tas-Saħħa elettronika u tiġi estiża permezz ta’ servizzi diġitali ġodda fir-rigward tal-prevenzjoni tal-mard, is-saħħa u l-kura u tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ tali servizzi, li jibni fuq appoġġ wiesa’ mill-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b’mod partikolari fin-Network tas-Saħħa elettronika skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).

2.2. 

Issir disponibbli data aħjar għar-riċerka, il-prevenzjoni tal-mard u s-saħħa u l-kura personalizzati. Jiġi żgurat li r-riċerkaturi tas-saħħa u prattikanti kliniċi Ewropej ikollhom aċċess għall-iskala meħtieġa ta’ riżorsi (spazji ta’ data kondiviża, inkluż il-ħżin tad-data u l-computing, għarfien espert u kapaċitajiet analitiċi) biex jinkisbu s-suċċessi rivoluzzjonarji f’mard ewlieni kif ukoll f’mard rari. Il-mira hija li jiġi żgurat koort ibbażat fuq il-popolazzjoni ta’ mill-inqas 10 miljun ċittadin.

2.3. 

Isiru disponibbli għodod diġitali għat-tisħiħ tas-setgħat taċ-ċittadini u għall-kura ċċentrata fuq il-persuna billi jiġi appoġġat l-iskambju tal-aħjar prattiki u dawk innovattivi fis-saħħa diġitali, il-bini tal-kapaċità u l-assistenza teknika, b’mod partikolari għaċ-ċibersigurtà, l-IA u l-HPC.

3. 

Il-ġudikatura

Ikun hemm komunikazzjoni elettronika bla xkiel u sigura bejn il-fruntieri fi ħdan il-ġudikatura u bejn il-ġudikatura u korpi oħra kompetenti oħra fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali. Jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-informazzjoni ġuridika u l-proċeduri għaċ-ċittadini, in-negozji, il-ġuristi u l-membri tal-ġudikatura billi jkunu pprovduti interkonnessjonijiet mal-bażijiet tad-data u r-reġistri kif ukoll bl-iffaċilitar ta’ soluzzjoni tat-tilwim straġudizzjarja online. Jiġu promossi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għall-qrati u l-professjoni legali bbażati, fost l-oħrajn, fuq soluzzjonijiet tal-IA li probabbilment jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri (pereżempju, applikazzjonijiet “tekniċi ġuridiċi”).

▼M3

4. 

It-trasport, il-mobbiltà, l-enerġija u l-ambjent

Jiġu implimentati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastruttura meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal sewqan awtomatizzat konness, vetturi tal-ajru, tal-art, tal-wiċċ u ta’ taħt l-ilma mingħajr bdot abbord, kunċetti ta’ mobbiltà intelliġenti, bliet intelliġenti, żoni rurali intelliġenti jew reġjuni ultraperiferiċi, b’appoġġ għall-politiki tat-trasport, tal-enerġija u tal-ambjent u f’koordinazzjoni mal-azzjonijiet għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi tat-trasport u tal-enerġija taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa..

▼B

5. 

Edukazzjoni, kultura u midja

Jingħata aċċess lill-kreaturi, lill-industrija kreattiva u lis-setturi kulturali fl-Ewropa għall-aħħar teknoloġiji diġitali mill-IA għall-computing avvanzat. Jiġi sfruttat il-wirt kulturali Ewropew, inkluż Europeana, biex tiġi appoġġata l-edukazzjoni u r-riċerka u għall-promozzjoni tad-diversità kulturali, il-koeżjoni soċjali u s-soċjetà Ewropea. Jiġi appoġġat it-teħid ta’ teknoloġiji diġitali fl-edukazzjoni, kif ukoll fl-istituzzjonijiet kulturali finanzjati privatament jew pubblikament.

6. 

Azzjonijiet oħra li jappoġġaw is-Suq Uniku Diġitali

Jiġu appoġġati azzjonijiet bħat-trawwim tal-litteriżmu diġitali u tal-media u jiżdied l-għarfien fost il-minorenni, il-ġenituri u l-għalliema dwar ir-riskji li l-minuri jistgħu jiltaqgħu magħhom online u l-mezzi sabiex jipproteġuhom, l-indirizzar tal-intimidazzjoni elettronika u t-tixrid ta’ materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal online permezz tal-appoġġ lil network pan-Ewropew ta’ Ċentri għal Internet aktar Sikur. Jiġu promossi miżuri mmirati lejn is-sejba u l-ġlieda kontra t-tixrid ta’ diżinformazzjoni intenzjonali, biex b’hekk iżidu r-reżiljenza globali tal-Unjoni; jiġi appoġġat osservatorju tal-Unjoni għall-ekonomija tal-pjattaforma diġitali kif ukoll għall-istudji u għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni.

L-azzjonijiet imsemmija fil-punti 1 sa 6 jistgħu jkunu parzjalment sostnuti mill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej permezz tal-istess kapaċitajiet żviluppati biex jgħinu lill-industrija fit-trasformazzjoni diġitali tagħhom (ara l-punt II).

II. L-azzjonijiet inizjali u, fejn xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti taħt dan l-objettiv relatati mat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija għandhom jinkludu:

Il-kontribut għall-espansjoni tan-network tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej biex jiġi żgurat aċċess għall-kapaċitajiet diġitali għal kwalunkwe negozju, b’mod partikolari l-SMEs, fi kwalunkwe reġjun madwar l-Unjoni. Tali kontribuzzjoni tinkludi:

1. 

Aċċess għall-ispazji komuni Ewropej tad-data u l-pjattaformi tal-IA u għall-faċilitajiet tal-HPC Ewropej għall-analiżi tad-data u għall-applikazzjonijiet intensivi tal-computing

2. 

Aċċess għall-faċilitajiet ta’ ttestjar tal-IA fuq skala kbira u għodod avvanzati taċ-ċibersigurtà

3. 

Aċċess għall-ħiliet diġitali avvanzati

L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ser ikunu kkoordinati ma’, u ser jikkomplementaw, l-azzjonijiet ta’ innovazzjoni f’teknoloġiji diġitali appoġġati, b’mod partikolari, taħt Orizzont Ewropa, kif ukoll investimenti fil-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej appoġġati taħt il-FEŻR. Jistgħu jingħataw ukoll għotjiet għar-replikazzjoni tas-suq mill-Programm, b’konformità mar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat. Appoġġ għall-aċċess biex jiġu ffinanzjati aktar passi fit-trasformazzjoni diġitali tagħhom ser jinkiseb bl-istrumenti finanzjarji li jagħmlu użu mill-Programm InvestEU.

▼M1

Objettiv Speċifiku 6 — Semikondutturi

L-azzjonijiet tal-Objettiv Speċifiku 6 huma pprovduti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/1781.

▼B

ANNESS II INDIKATURI LI JITKEJLU SABIEX JIMMONITORJAW L-IMPLIMENTAZZJONI U SABIEX JIRRAPPORTAW DWAR IL-PROGRESS TAL-PROGRAMM GĦALL-KISBA TAL-OBJETTIVI SPEĊIFIĊI




ANNESS II

INDIKATURI LI JITKEJLU SABIEX JIMMONITORJAW L-IMPLIMENTAZZJONI U SABIEX JIRRAPPORTAW DWAR IL-PROGRESS TAL-PROGRAMM GĦALL-KISBA TAL-OBJETTIVI SPEĊIFIĊI

Objettiv speċifiku 1 - Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC)

1.1. L-għadd ta’ infrastrutturi tal-HPC akkwistati b’mod konġunt

1.2. L-użu totali ta’ kompjuters fuq skala eksa u skala posteksa u minn diversi gruppi ta’ partijiet ikkonċernati (universitajiet, SMEs eċċ.)

Objettiv speċifiku 2 - Intelliġenza Artifiċjali

2.1. L-ammont totali investit b’mod konġunt f’faċilitajiet ta’ ttestjar u esperimentazzjoni

2.2. L-użu ta’ libreriji jew interfaċċi Ewropej komuni għal-libreriji tal-algoritmi, l-użu ta’ spazji komuni Ewropej tad-Data u l-użu ta’ faċilitajiet ta’ ttestjar u esperimentazzjoni marbut mal-azzjonijiet skont dan ir-Regolament

2.3. L-għadd ta’ każijiet li għalihom l-organizzazzjonijiet jiddeċiedu li jintegraw l-IA fil-prodotti, il-proċessi jew is-servizzi tagħhom, bħala riżultat tal-Programm

▼M2

Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja

3.1. L-għadd ta’ infrastrutturi jew għodod taċ-ċibersigurtà, jew tat-tnejn, akkwistati b’mod konġunt inkluż fil-kuntest tas-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà

3.2. L-għadd ta’ utenti u komunitajiet ta’ utenti li għandhom aċċess għal faċilitajiet ta’ ċibersigurtà Ewropej

3.3 L-għadd ta’ azzjonijiet li jappoġġaw it-tħejjija u r-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà skont il-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà

▼B

Objettiv speċifiku 4 - Ħiliet Diġitali Avvanzati

4.1. L-għadd ta’ persuni li rċevew taħriġ biex jiksbu ħiliet diġitali avvanzati appoġġati mill-Programm

4.2. L-għadd ta’ intrapriżi, speċjalment SMEs, li jkollhom diffikultà biex jirreklutaw speċjalisti tal-ICT

4.3. L-għadd ta’ persuni li jirrappurtaw sitwazzjoni imtejba ta’ impjieg wara t-tmiem tat-taħriġ appoġġat mill-Programm

Objettiv speċifiku 5 - L-implimentazzjoni u l-Aħjar Użu tal-Kapaċità Diġitali u l-Interoperabilità

5.1. It-teħid tas-servizzi pubbliċi diġitali

5.2. L-intrapriżi b’punteġġ għoli ta’ intensità diġitali

5.3. Il-livell safejn sar l-allinjament tal-Qafas Nazzjonali ta’ Interoperabbiltà mal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà

5.4. L-għadd ta’ negozji u entitajiet fis-settur pubbliku li użaw is-servizzi tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej

▼M1

Objettiv Speċifiku 6 — Semikondutturi

Indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u għar-rapportar dwar il-progress tal-Objettiv Speċifiku 6 huma previsti fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2023/1781.

▼B

ANNESS III Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni




ANNESS III

Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni

1. Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa għandhom jiżguraw li:

(a) 

għalkemm diversi oqsma tematiċi indirizzati mill-Programm u minn Orizzont Ewropa jikkonverġu, it-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta’ intervent tagħhom huma differenti u komplimentari;

(b) 

Orizzont Ewropa ser jipprovdi appoġġ estensiv għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni, il-pilotaġġ, il-prova tal-kunċett, l-ittestjar u l-innovazzjoni inkluż l-użu prekummerċjali ta’ teknoloġiji diġitali innovattivi, b’mod partikolari permezz ta’:

(i) 

baġit iddedikat fil-pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea” għar-raggruppament “Diġitali, Industrija u Spazju” biex jiżviluppa teknoloġiji abilitanti (l-IA u r-Robotika, l-Internet tal-Ġenerazzjoni li jmiss, l-HPC u l-Big Data, teknoloġiji diġitali ewlenin, li jikkombinaw it-teknoloġiji diġitali ma’ teknoloġiji oħra);

(ii) 

appoġġ għall-Infrastrutturi tar-riċerka taħt il-pilastru “Xjenza Eċċellenti”;

(iii) 

l-integrazzjoni tat-teknoloġija diġitali fl-Isfidi Globali kollha (is-saħħa, is-sigurtà, l-enerġija u l-mobbiltà, il-klima, eċċ.); u

(iv) 

l-appoġġ għall-espansjoni tal-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji taħt il-pilastru “Ewropa Innovattiva” (li ħafna minnhom ser jgħaqqdu flimkien it-teknoloġiji diġitali u fiżiċi);

(c) 

il-Programm ser jinvesti:

(i) 

fil-bini ta’ kapaċità diġitali fl-HPC, l-IA, it-teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż il-blockchain), iċ-ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u

(ii) 

fl-implimentazzjoni nazzjonali„ reġjonali u lokali f’qafas ta’ kapaċitajiet diġitali tal-Unjoni u l-aħħar teknoloġiji diġitali f’oqsma ta’ interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs);

(d) 

il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tal-Programm isiru disponibbli għall-komunità ta’ riċerka u innovazzjoni li jinkludu l-azzjonijiet appoġġati minn Orizzont Ewropa, inklużi l-ittestjar, l-esperimentazzjoni u d-dimostrazzjonijiet fis-setturi u d-dixxiplini kollha;

(e) 

billi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali ġodda jimmatura matul Orizzont Ewropa, dawk it-teknoloġiji ser jiġu akkwistati b’mod progressiv u implimentati mill-Programm;

(f) 

l-inizjattivi ta’ Orizzont Ewropa għall-iżvilupp ta’ kurrikulu ta’ ħiliet u kompetenzi, inklużi dawk imwassla fiċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KICs tal-EIT, jiġu kkomplimentati mill-bini tal-kapaċitajiet f’ħiliet diġitali avvanzati appoġġati mill-Programm;

(g) 

jiġu stabbiliti mekkaniżmi b’saħħithom ta’ koordinazzjoni għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, filwaqt li jiġu allinjati l-proċeduri kollha għaż-żewġ programmi sa fejn ikun possibbli. L-istrutturi ta’ governanza tagħhom ser jinvolvu s-servizzi kkonċernati kollha tal-Kummissjoni.

2. Is-sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, inkluż il-FEŻR, il-FSE+, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajdu l-Akkwakultura, għandhom jiżguraw li:

(a) 

arranġamenti għal finanzjament komplimentari minn programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża u l-Programm jintużaw biex jappoġġaw azzjonijiet li jipprovdu pont bejn l-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti u l-appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropej;

(b) 

il-FEŻR jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali u lokali, trasformazzjoni industrijali, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, biex b’hekk tiġi stimulata wkoll l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern elettroniku. Dan jinkludi l-appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u t-teħid tar-riżultati, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi. Il-Programm ser jikkomplementa u jappoġġa n-networking tranżnazzjonali u l-immappjar tal-kapaċitajiet diġitali biex jagħmluhom aċċessibbli għall-SMEs u biex jagħmlu s-soluzzjonijiet interoperabbli tal-IT aċċessibbli għar-reġjuni kollha tal-Unjoni.

3. Is-sinerġiji mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-programm jiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-infrastruttura diġitali fuq skala kbira fl-oqsma tal-HPC, l-IA, iċ-ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati, li jimmiraw lejn it-teħid u l-implimentazzjoni wesgħin madwar l-Ewropa tas-soluzzjonijiet innovattivi kritiċi eżistenti jew ttestjati f’qafas tal-Unjoni f’oqsma ta’ interess pubbliku jew falliment tas-suq. Il-Programm irid jiġi prinċipalment implimentat permezz ta’ investimenti kkoordinati u strateġiċi mal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ akkwist pubbliku konġunt, f’kapaċitajiet diġitali biex jiġu kondiviżi madwar l-Ewropa u f’azzjonijiet madwar l-Unjoni li jappoġġaw l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni bħala parti mill-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali;

(b) 

il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tal-Programm iridu jsiru disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-qasam tal-mobbiltà u t-trasport. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa trid tappoġġa l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-qasam tal-mobbiltà u t-trasport;

(c) 

iridu jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni b’mod partikolari permezz ta’ strutturi xierqa ta’ governanza.

4. Is-sinerġiji mal-Programm InvestEU għandhom jiżguraw li:

(a) 

appoġġ permezz ta’ finanzjament ibbażat fis-suq, inkluż billi jiġu segwiti l-objettivi ta’ politika taħt il-Programm ikun ipprovdut taħt ir-Regolament (UE) 2021/523; tali finanzjament ibbażat fuq is-suq jista’ jiġi kkombinat mal-għotja ta’ sostenn;

(b) 

aċċess għall-istrumenti finanzjarji min-negozji tkun iffaċilitata permezz tal-appoġġ ipprovdut mill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej.

5. Is-sinerġiji ma’ Erasmus+ għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-Programm jappoġġa l-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet diġitali avvanzati meħtieġa għall-użu ta’ teknoloġiji avvanzati, bħalma huma l-IA jew l-HPC, f’kooperazzjoni mal-industriji rilevanti.

(b) 

il-parti tal-ħiliet avvanzati tal-programm Erasmus+ tikkomplementa l-interventi tal- Programm, li jindirizzaw il-kisba ta’ ħiliet fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha permezz ta’ esperjenzi ta’ mobbiltà.

6. Is-sinerġiji ma’ Ewropa Kreattiva stabbilit b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-fergħa MEDIA ta’ Ewropa Kreattiva jappoġġa inizjattivi li jistgħu jiġġeneraw impatt reali fuq is-setturi kulturali u kreattivi madwar l-Ewropa, u b’hekk jgħinhom jadattaw għat-trasformazzjoni diġitali;

(b) 

il-Programm, fost l-oħrajn, jipprovdi aċċess lill-kreaturi, lill-industrija kreattiva u lis-settur kulturali fl-Ewropa għall-aħħar teknoloġiji diġitali mill-IA għall-computing avvanzat.

7. Is-sinerġiji ma’ programmi u inizjattivi oħra tal-Unjoni dwar il-kompetenzi u l-ħiliet għandhom ikunu żgurati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit