+REGOLAMENT (UE) 2018/1845 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-21 ta' Novembru 2018 dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta' krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità tal-obbligu ta' kreditu li jkun dovut
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
---+Artikolu 4 Data ta' applikazzjoni tal-limitu minimu tal-materjalità
---+Artikolu 5 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT (UE) 2018/1845 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-21 ta' Novembru 2018 dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta' krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26)

REGOLAMENT (UE) 2018/1845 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta' Novembru 2018

dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta' krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Il-BĊE bil-preżenti jeżerċita d-diskrezzjoni mogħtija lil awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mal-limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut. Dan ir-Regolament għandu japplika esklużivament fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju tagħhom.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).

Artikolu 3 Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità tal-obbligu ta' kreditu li jkun dovut

Artikolu 3

Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità tal-obbligu ta' kreditu li jkun dovut

1.  Għall-fini tal-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw il-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut kontra l-limitu minimu li ġej, li jinkludi żewġ komponenti:

(a) 

limitu f'termini ta' somom tal-ammonti kollha dovuti mill-obbligant lill-istituzzjoni ta' kreditu, lill-impriża prinċipali ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha (iktar 'il quddiem “l-obbligu ta' kreditu li jkun dovut”) ta':

(i) 

għall-iskoperturi bl-imnut, EUR 100;

(ii) 

għall-iskoperturi li m'humiex skoperturi bl-imnut, ta' EUR 500; u

(b) 

limitu f'termini tal-ammont tal-obbligu ta' kreditu li jkun dovut b'rabta mal-ammont totali tal-iskoperturi kollha fuq il-karta tal-bilanċ għal dak l-obbligant għall-istituzzjoni ta' kreditu, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe sussidjarja tagħha, esklużi skoperturi ta 1 %.

2.  Għal istituzzjonijiet ta' kreditu li japplikaw id-definizzjoni ta' inadempjenza stipulata fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi bl-imnut fil-faċilità ta' kreditu individwali, il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika fil-livell tal-faċilità ta' kreditu individwali mogħtija lill-obbligant mill-istituzzjoni ta' kreditu, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha.

▼C1

3.  Inadempjenza għandha titqies li sseħħ meta ż-żewġ limiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jinqabżu għal iktar minn 90 jum konsekuttiv.

▼B

Artikolu 4 Data ta' applikazzjoni tal-limitu minimu tal-materjalità

Artikolu 4

Data ta' applikazzjoni tal-limitu minimu tal-materjalità

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw il-limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut stipulat minn dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE, qabel l-1 ta' Ġunju 2019, dwar id-data eżatta meta jkunu ser jibdew japplikaw dak il-limitu minimu.

Artikolu 5 Dħul fis-seħħ

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-ghoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1845
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.