Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Il-BĊE bil-preżenti jeżerċita d-diskrezzjoni mogħtija lil awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mal-limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut. Dan ir-Regolament għandu japplika esklużivament fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju tagħhom.