+Linji gwida tal-EBA dwar ir-rata ta’ skont nozzjonali applikabbli għar - rimunerazzjoni varjabbli Werrej (EBA/GL/2014/01)
---+Status ta’ dawn il-Linji gwida
---+Rekwiżiti tar -rapportar
---+Titolu I – Suġġett u definizzjonijiet
------+1. Ir- rimunerazzjoni varjabbli li tista’ tiġi skontata 3
------+2. L- elementi inklużi fil -kalkolu tar-rata ta’ skont 4
------+3. Kalkolu tar-rata ta’ skont 5
------+4. Applikazzjoni tar-rata ta’ skont 6
---+Titolu II – Rekwiżiti li jikkonċernaw ir - rata ta’ skont għar - rimunerazzjoni varjabbli
------+1. L-Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE jitlob lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu …
------+2. Dawn il-linji gwida jistabbilixxu l-kalkolu u l-applikazzjoni tar- rata ta’ skont imsemmija fl - …
------+3. Il- linji gwida japplikaw għall - istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill - għażla li japplikaw ir …
------+Formoli għall -kalkolu tar-rata ta’ skont
---------+4. Għall - finijiet ta’ dawn il -linji gwida, ir- rata ta’ skont hija l - valur li bih l -ammont …
---------+5. Documentation and transparency 18. Institutions should document the calculation and use of the …
---------+6. Supervisory review of the discount rate 21. When competent authorities review the remuneration …
---+Titolu III - Dispożizzjonijiet finali u implimentazzjoni
---+Anness – Eżempji ta’ kif tiġi applikata r - rata ta’ skont għar - rimunerazzjoni varjabbli
---+Eżempju 1
------+Fattur għall -inflazzjoni (i)
------+Fattur għall -bonds tal-gvern tal-UE (g)
------+Fattur ta’ inċentiv b’differiment fit -tul (id)
------+Tul tal-perjodu ta’ vestiment (n)
------+Ammont ta’ EUR 20 000 iddifferit għal ħames snin:
------+20 000 (1 + 0.02 + 0.0273+ 0.10) = 061.09
------+10 000 (1 + 0.02 + 0.0273+ 0.14) = .
---+Eżempju 2
------+Fattur għall -inflazzjoni (i)
------+Fattur għall -bonds tal-gvern tal-UE (g)
------+Fattur ta’ inċentiv b’differiment fit -tul (id)
------+Tul tal-perjodu ta’ vestiment (n)
------+vestiment prorata huwa s-somma ta’ dawn is- sitt valuri li ġejjin:
------+6 250 (1 + 0.02+ 0.0273+ 0.14) = 264.04
---+Eżempju 3
|
English -
European Union -
Financial Industry -
Linji gwida tal-EBA dwar ir-rata ta’ skont nozzjonali applikabbli għar - rimunerazzjoni varjabbli Werrej (EBA/GL/2014/01)
Linji gwida tal-EBA dwar ir-rata ta’ skont nozzjonali applikabbli għar - rimunerazzjoni varjabbli Werrej (EBA/GL/2014/01) https://www.eba.europa.eu/activities/single-rulebook/regulatory-activities/remuneration/guidelines-applicable-notional-discount-rate-variable-remuneration – PDF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Status ta’ dawn il-Linji gwida
|
Dan id- dokument fih linji gwida maħruġa skont l -Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d- Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id - Deċiż joni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (‘ir-Regolament tal-EBA’). Skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-EBA, l-awtoritajiet kompetenti u l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal -linji gwida. Il-linji gwida jistabbilixxu l-opinjoni tal-EBA dwar il- prattiki superviżorji xierqa fis -Sistema Ewropea tas- Superviżuri Finanzjarji jew dwar kif il - liġi tal - Unjoni għandha tiġi applikata f’qasam partikolari. L- EBA għalhekk tistenna li l -awtoritajiet kompetenti u l- istituzzjonijiet finanzjarji kollha li lejhom huma indirizzati l - linji gwida jikkonformaw mal -linji gwida. L- awtoritajiet kompetenti li għalihom japplikaw il- linji gwida għandhom jikkonformaw billi jinkorporawhom fil - prattiki superviżorji tagħhom kif xieraq (eż. billi jemen daw il- qafas legali tagħhom jew il - proċessi superviżorji tagħhom), inkluż fejn il - linji gwida huma indirizzati primarjament lejn l -istituzzjonijiet.
|
|
Rekwiżiti tar -rapportar
|
Skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-EBA, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill- EBA jekk jikkonformawx jew jekk ikunux biħsiebhom jikkonformaw ma’ dawn il -linji gwida, jew inkella jagħtu r - raġunijiet għan - nuqqas ta’ konformità, sas - 27.05.2014. Fin - nuqqas ta’ kwalunkwe notifika sa din l -iskadenza, l-awtoritajiet kompet enti jitqiesu mill - EBA li mhumiex konformi. In-notifiki għandhom jintbagħtu billi tiġi sottomessa l - formola pprovduta fit - Taqsima 5 lil compliance@eba.europa.eu bir- referenza ‘EBA/GL/2014/01’. In- notifiki għandhom jiġu sottomessi minn persuni b’awtorità xierqa li jirrapportaw il - konformità f’isem l -awtoritajiet kompetenti tagħhom. In- notifiki se jiġu ppubblikati fuq il -websajt tal- EBA, f’konformità mal -Artikolu 16(3). Error! Reference source not found.
|
|
Titolu I – Suġġett u definizzjonijiet
|
Titolu I – Suġġett u definizzjonijiet
|
|
Titolu II – Rekwiżiti li jikkonċernaw ir - rata ta’ skont għar - rimunerazzjoni varjabbli
|
Titolu II – Rekwiżiti li jikkonċernaw ir - rata ta’ skont għar - rimunerazzjoni varjabbli
|
|
Titolu III - Dispożizzjonijiet finali u implimentazzjoni
|
22. Il-linji gwida japplikaw mill-[1 ta’ Ġunju 2014] u japplikaw għall - finijiet tal -kalkolu tal-proporzjon bejn il- komponent varjabbli u dak fiss tar - rimunerazzjoni totali mogħtija għall - prestazzjoni u s-servizzi mis- sena 2014 ’il quddiem. 7 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali għall -istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). Error! Reference source not found.
|
|
Anness – Eżempji ta’ kif tiġi applikata r - rata ta’ skont għar - rimunerazzjoni varjabbli
|
Kalkolu tal-parti skontata tar- rimunerazzjoni varjabbli (‘dvr’) għall - finijiet tal -kalkolu tal-proporzjon bejn il- komponent varjabbli u dak fiss tar - rimunerazzjoni: 𝑑𝑑𝑟𝑟 𝑖𝑖𝑑𝑑𝑟𝑟 = 𝑠𝑠 (1+ 𝑖𝑖 + 𝑔𝑔 + 𝑖𝑖𝑖𝑖 ) Fejn: dvr = ir -rimunerazzjoni varjabbli skontata; vr = ir -rimunerazzjoni varjabbli soġġetta għall -iskont (massimu ta’ 25 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali sakemm titħallas fi strumenti li huma differiti għal mill - inqas ħames snin); i = ir -rata tal- inflazzjoni f’perċentwal; g = ir -rata tal- imgħax għall -medja tal-UE tal-bonds tal- gvern f’perċentwal; id = il - fattur ta’ inċentiv għall - użu ta’ differiment fit - tul f’perċentwal; n = in - numru ta’ snin fil -perjodu ta’ vestiment. Ir- rimunerazzjoni varjabbli totali hija s -somma tal-parti skontata tar-rimunerazzjoni varjabbli u l-parti mhux skontata tar -rimunerazzjoni varjabbli. Error! Reference source not found.
|
|
Eżempju 1
|
Assumi f’dan l - eżempju li l -Istat Membru inkwistjoni jkun ippermetta lill-istituzzjonijiet japplikaw rata ta’ skont għal massimu ta’ 25 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali. Assumi wkoll li l-azzjonisti tal- istituzzjoni ma approvawx proporzjon massimu ogħla minn dak previst fid - Direttiva 2013/36/UE. L- istituzzjoni tixtieq tagħti lil membru tal -persunal rimunerazzjoni totali ta’ EUR 285 000, li minnhom EUR 135 000 għandhom ikunu rimunerazzjoni fissa u l-ammont potenzjali ta’ EUR 150 000 għandu jkun rimunerazzjoni varjabbli. Il-membru tal- persunal inkwistjoni huwa persunal identifikat u qed nikkunsidraw ir - rimunerazzjoni mogħtija għas -sena ta’ prestazzjoni tal-2014. Il-proporzjon tar-rimunerazzjoni var jabbli/fissa abbażi tal - ammonti nominali f’dan il - każ ikun jaqbeż il - proporzjon ammissibbli ta’ 1:1. Madankollu, wara l-applikazzjoni tar-rata ta’ skont għall -porzjon tar- rimunerazzjoni varjabbli mħallas fi strumenti differiti għal perjodu ta’ mill - inqas ħ ames snin, il- proporzjon huwa kompatibbli mal -Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE kif muri hawn taħt. L-istruttura tar- rimunerazzjoni varjabbli f’dan l - eżempju tkun kif ġej: - EUR 20 000 tar- rimunerazzjoni varjabbli titħallas fi strumenti differiti għal ħames snin;
- EUR 10 000 jitħallsu fi strumenti differiti għal sitt snin;
- il- bqija tar - rimunerazzjoni varjabbli totali titħallas bil - quddiem, mhux fi strumenti jew tiġi differita għal perjodu ta’ żmien iqsar minn ħames snin.
Id-Direttiva 2013/36/UE teħtieġ li mill - inqas 40 % tar- rimunerazzjoni varjabbli tiġi differita fuq perjodu li ma jkunx inqas minn tliet snin sa ħames snin. Fil - każ ta’ komponent partikolarment għoli tar -rimunerazzjoni varjabbli mill- inqas 60 % jeħtieġ li jiġu differiti. Mill- inqas 50 % tar-rimunerazzjoni varjabbli għandha titħallas fi strumenti. Dawn il- proporzjonijiet kollha japplikaw għall -ammonti tar- rimunerazzjoni varjabbli mogħtija lil membru individwali tal - persunal qabel ma tiġi applikata r -rata ta’ skont. F’dan l - eżempju, mhux qed jiġi kkunsidrat il -vestiment prorata. L-ammonti ta’ EUR 20 000 u EUR 10 000 imħallsa fi strumenti jvestu bis - sħiħ wara ħames u sitt snin, rispettivament. Abbażi tar -rimunerazzjoni varjabbli ta’ EUR 150 000, l-ammont massimu ta’ EUR 37 500 seta’ jiġi s kontat (li jirrappreżenta 25 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali ta’ EUR 150 000), li kieku kellu jitħallas fi strumenti differiti għal iżjed minn ħames snin. Madankollu, f’dan l - eżempju, huma biss EUR 30 000 li jissodisfaw dawn iż - żewġ kundizzjonijiet u huma biss dawn l - ammonti li jistgħu jiġu skontati. Error! Reference source not found.
|
|
Eżempju 2
|
Assumi li fi Stat Membru, l -istituzzjoni tixti eq tagħti lil membru tal - persunal (identifikat li għandu impatt materjali fuq il - profil tar -riskju tal- istituzzjoni) li jirċievi rimunerazzjoni fissa ta’ EUR 135 000, l-ammont ta’ EUR 150 000 bħala rimunerazzjoni varjabbli. L- istess preżunzjonijiet rigward it- traspożizzjoni mill -Istat Membru tad-Direttiva 2013/36/UE (massimu ta’ 25 %), l-approvazzjoni tal- azzjonisti ta’ proporzjon ogħla minn 1:1 (xejn) u s -sena ta’ prestazzjoni (2014) japplikaw bħal fl - eżempju 1. L -istruttura tar- rimunerazzjoni varjabbli hija kif ġej: - 60 % tar- rimunerazzjoni varjabbli totali, jiġifieri EUR 90 000, tiġi differita għal sitt snin u tvesti prorata fuq dan il -perjodu,
- EUR 37 500 mir- rimunerazzjoni varjabbli t’hawn fuq iddifferita għal perjodu ta’ sitt snin titħallas fi strumenti . Dan jimplika li kull sena, ivesti l-ammont ta’ EUR 6 250 imħallas fi strumenti.
F’dan l - eżempju, qed jiġi kkunsidrat il -vestiment prorata. Ir- rata ta’ skont tista’ tiġi applikata għal massimu ta’ 25 % tar- rimunerazzjoni varjabbli totali, sakemm titħallas fi strumenti differiti għal perjodu ta’ mill- inqas ħames snin. Figura 1 : Ħarsa ġenerali skematika lejn l - arranġamenti ta’ differiment u l -applikazzjoni tar-rata ta’ skont għar - rimunerazzjoni varjabbli mħallsa fi strumenti differiti għal sitt snin u b’vestiment prorata. quddiem li Il-parti rimunerazzjoni varjabbli s-sena n tal-ghotja bil- Vestimentproratata’ rimunerazzjonivarjabblidifferitaghal sittsnin tvesti 100 %10 10 40 % | 40 | Ir-ratata’skonttista’tigiapplikataghalmassimuta’25%tar-rimunerazzjonivarjabbli,jekktithallasfistrumentidifferitifit-tul; huwapermessil-vestimentproratata’dawnl-ammontimatulil-perjoduta’differimentta’mill-inqashamessnin | | n n+1 | n+2 n+3 n+4 n+5 n+6 snin |
40% tar-rimunerazzjonivarjabblitotali mhallsa bil- quddiem ;60% tar-rimunerazzjoni varjabblitotali differitaghal sittsnin mifruxa b’modugwali | Error! Reference source not found. |
|
|
Eżempju 3
|
L- eżempju li ġej huwa bbażat fuq ammont speċifiku ta’ rimunerazzjoni fissa ta’ EUR 100 000 u juri kif għandu jiġi kkalkulat l - ammont massimu possibbli ta’ rimunerazzjoni varjabbli li jista’ jingħata jekk 25 % tar- rimunerazzjoni varjabbli titħallas fi strumenti li huma differiti għal ħames sni n, jekk wieħed jassumi li l - ammont sħiħ ivesti fl - aħħar tal - perjodu ta’ differiment. Qed jintużaw ir -rata ta’ inflazzjoni u r -rata tal- imgħax għall -bonds tal- gvern previsti taħt l - eżempju 1. L-istess preżunzjonijiet rigward it - traspożizzjoni mill -Istat Membru tad-Direttiva 2013/36/UE (25 %), l-approvazzjoni tal- azzjonisti ta’ proporzjon ogħla minn 1:1 (xejn) u s -sena ta’ prestazzjoni (2014) japplikaw bħal fl - eżempju 1. Jekk jiġu preskritti rati iżjed baxxi mill -Istat Membru, il- formola jeħtieġ li tiġi emendata kif xieraq billi ż - 0.25 jiġi sostitwit bil - perċentwal iżjed baxx. F’dan l - eżempju, ir - rimunerazzjoni varjabbli totali li tista’ titħallas hija sa massimu ta’ 100 % tal-komponenti fissi tar -rimunerazzjoni u r-rimunerazzjoni varjabbli massima li tista’ tiġi skontata hija ta’ 25 % sakemm titħallas fi strumenti li huma differiti għal mill - inqas ħames snin. Għalhekk, nistgħu niktbu din l - ekwazzjoni li ġejja: 0.25 ∗𝑟𝑟𝑑𝑑𝑟𝑟 𝑓𝑓𝑟𝑟 = (1 − 0.25) ∗𝑟𝑟𝑑𝑑𝑟𝑟 + 𝑠𝑠 fr = ir - rimunerazzjoni fissa (1+ 𝑖𝑖 + 𝑔𝑔 + 𝑖𝑖𝑖𝑖 ) tvr = ir -rimunerazzjoni varjabbli totali i = ir - rata ta’ inflazzjoni; g = ir -rata tal- imgħax għall -medja tal-UE tal-bonds tal-gvern; id = il - fattur ta’ inċentiv għall - użu ta’ differiment fit -tul; n = it -tul tal-perjodu ta’ vestiment. Bis-sostituzzjoni tal-ammonti korrispondenti kkunsidrati f’dan l - eżempju għal kull varjabbli fl - ekwazzjoni t’hawn fuq, ik ollna: 0.25 ∗𝑟𝑟𝑑𝑑𝑟𝑟 100 000= 0.75 ∗𝑟𝑟𝑑𝑑𝑟𝑟 +5 fr = 100 000 (1+0.02+0.0273+0.10) i = 2 %, fattur għall - inflazzjoni g = 2.73 % fattur għar -rata tal- imgħax tal -bonds tal-gvern id = 10 % , fattur għal differiment ta’ ħam es snin, n = 5, tul tal -perjodu ta’ vestiment. Jekk insolvu l- ekwazzjoni ta’ qabel għal tvr, ikollna: 100 000 ∗ 1.987856 𝑟𝑟𝑑𝑑𝑟𝑟 = = 114 186.10 0.75 ∗ 1.987856+0.25 F’dan l - eżempju t’hawn fuq, ir - rimunerazzjoni varjabbli massima li tista’ titħallas jekk 25 % tar-rimunerazzjoni varjabb li tiġi skontata hija ta’ EUR 114 186.10. Error! Reference source not found.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|