+10. Fir-rigward tar-rekwiżit li jinbiegħu assi speċifiċi skont il-punt (d) tal-Artikolu 17(5) …
|
10. Fir-rigward tar-rekwiżit li jinbiegħu assi speċifiċi skont il-punt (d) tal-Artikolu 17(5) …
Fir-rigward tar-rekwiżit li jinbiegħu assi speċifiċi skont il-punt (d) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ibiegħu l-assi qabel ir-riżoluzzjoni jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni teħtieġ il-bejgħ ta’ dawn l-assi u jekk dan il-bejgħ fir-riżoluzzjoni jkollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-użu jew l-implimentazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni jew jagħmilha aktar diffiċli b’mod sinifikanti. Jekk din il-miżura tiġi applikata, l-assi li għandhom jinbiegħu għandhom ikunu dawk, li l-bejgħ tagħhom fil-qafas ta’ żmien stipulat skont l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni x’aktarx jirriżulta fi pressjoni fuq il-prezzijiet għall-assi, il-qerda tal-valur u inċertezza u vulnerabbiltà addizzjonali tas-swieq finanzjarji u istituzzjonijiet oħra, jekk dawn l-effetti jistgħu jikkawżaw konsegwenzi negattivi sinifikanti għas-sistemi finanzjarji.
- (b) Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li japplikaw din il-miżura jekk l-istruttura eżistenti tal-assi tal-istituzzjoni probabbilment ikollha effetti negattivi fuq il-fattibilità jew il-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Meta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tiddependi fuq likwidazzjoni tal-assi biex tiġġenera likwidità għall-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ibiegħu l-assi, li x’aktarx ikunu likwidi taħt kundizzjonijiet ta’ stress jew fil-punt tar-riżoluzzjoni, biex jiżdied il-proporzjon tal-assi li huma mistennija li jkunu aktar likwidi minflok. Din il-miżura għandha tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward ta’ assi li jfixklu l-fattibbiltà tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw ukoll ir-riskju li l-assi jew il-finanzjament jistgħu jiġu maqbuda f’pajjiżi terzi.
- (c) Meta japplikaw din il-miżura, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw l-impatt taċ-ċessjoni fuq is-suq għall-assi kkonċernati, bħala riżultat ukoll ta’ ċessjonijiet meħtieġa minn istituzzjonijiet oħrajn.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|