+13. Fir-rigward tar-rekwiżit tal-bidla fl-istruttura legali jew operazzjonali ta’ istituzzjoni …
|
13. Fir-rigward tar-rekwiżit tal-bidla fl-istruttura legali jew operazzjonali ta’ istituzzjoni …
Fir-rigward tar-rekwiżit tal-bidla fl-istruttura legali jew operazzjonali ta’ istituzzjoni sabiex titnaqqas il-kumplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jistgħu jiġu legalment u ekonomikament mifruda minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni skont il-punt (g) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) L-applikazzjoni ta’ din il-miżura għandha tiġi kkunsidrata jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta l-istruttura legali u operattiva tal-istituzzjoni jew tal-grupp bħala kumplessa wisq jew interkonnessa wisq biex tkun tista’ tinżamm il-kontinwità tal-aċċess għall-funzjonijiet kritiċi f’riżoluzzjoni, jew biex tkun maqsuma taħt strateġija ta’ riżoluzzjoni li timplika tkissir tal-grupp jew stralċ jew trasferiment ta’ ċerti assi u obbligazzjonijiet.
- (b) Jekk ikun neċessarju għall-implimentazzjoni effettiva ta’ strateġija tal-MPE u biex jiġi żgurat li ċerti sub-gruppi jew entitajiet ikunu separabbli, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu gruppi biex jorganizzaw entitajiet legali skont blokok reġjonali jew linji tan-negozju ewlenin, b’mod partikolari jekk il-funzjonijiet kritiċi jkunu attribwibbli għal ċerti linji tan-negozju filwaqt li linji oħrajn tan-negozju ma jkoprux funzjonijiet kritiċi. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-iħħeġġjar ċentralizzat u l-ġestjoni tar-riskju, negozju u l-ġestjoni tal-likwidità, u ġestjoni kollaterali, ġestjoni tal-likwidità jew funzjonijiet ewlenin oħrajn tat-teżor u tal-finanzi, sakemm dawn il-funzjonijiet ikunu jistgħu jiġu sostitwiti minn tranżazzjonijiet tas-suq ma’ partijiet barranin. Skont l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprevjenu reġistrazzjoni estensiva bejn l-entitajiet u prattiki tal-iħħeġġjar, u jiżguraw li l-entitajiet li għandhom jiġu solvuti b’mod separat ikollhom biżżejjed reġistrazzjoni awtonoma u ġestjoni tar-riskji. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jimplimentaw arranġamenti awtonomi effettivi ta’ governanza, kontroll u ġestjoni f’kull subgrupp jew entità.
- (c) Meta skont rekwiżiti leġiżlattivi jew deċiżjonijiet superviżorji tkun meħtieġa separazzjoni strutturali ta’ ċerti attivitajiet, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu separazzjoni ta’ attivitajiet addizzjonali jekk ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni f’kull parti tal-grupp wara s-separazzjoni.
- (d) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li jkunu importanti għall-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jkunu jinsabu fl-UE jew f’ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li ma jimponux impedimenti għar-riżoluzzjoni.
- (e) Jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tipprovdi għal tkissir tal-istituzzjoni jew tal-grupp jew bidla fis-sjieda permezz ta’ bejgħ jew trasferiment, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjoni torganizza funzjonijiet kritiċi u aċċess għall-infrastruttura jew servizzi kondiviżi li huma neċessarji għall-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi b’mod li jiffaċilita l-kontinwità tagħhom. Jekk ikun neċessarju biex l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ssir kredibbli u fattibbli, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jibdlu l-istruttura operattiva tagħhom biex inaqqsu jew jipprevjenu d-dipendenza ta’ entitajiet materjali jew linji tan-negozju ewlenin f’kull subgrupp dwar l-infrastruttura ewlenija, IT, persunal jew servizzi kritiċi kondiviżi oħrajn minn subgruppi differenti. Dan għandu jinkludi sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni. Għandu jiġi żgurat li l-arranġamenti adegwati ta’ governanza u ta’ kontroll ikunu fis-seħħ u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa jkunu disponibbli sabiex il-fornituri tas-servizz interni u esterni jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom.
- (f) Fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-provvista ta’ servizzi kritiċi kondiviżi wara riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet biex imexxu lil dawn is-servizzi f’sussidjarji operattivi separati. Jekk japplikaw din il-miżura, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lil dawn is-sussidjarji operattivi
- - jillimitaw l-attivitajiet tagħhom għall-provvista ta’ dawn is-servizzi u japplikaw restrizzjonijiet adegwati rigward ir-riskji u l-attivitajiet,
- - jiġu kapitalizzati b’mod adegwat biex jissodisfaw l-ispejjeż operattivi tagħhom għal qafas ta’ żmien xieraq,
- - jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għal esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet kkonċernati u
- - jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt ftehimiet kuntrattwali intragrupp fil-livell ta’ servizz li huma robusti taħt riżoluzzjoni.
It-termini ta’ dawn il-ftehimiet, l-arranġamenti ta’ governanza ta’ dawn is-sussidjarji u l-istruttura tas-sjieda tagħhom għandhom ikunu xierqa biex jiżguraw it-tkomplija tas-servizzi wara r-riżoluzzjoni. - (g) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jieħdu prekawzjonijiet biex, f’sitwazzjoni ta’ riżoluzzjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ kwalunkwe infrastruttura tas-swieq finanzjarji (FMI) li jipparteċipaw fiha, inkluż aċċess għal servizzi ta’ kklerjar, ħlas u saldu għas-subgruppi u l-entitajiet materjali kollha tas-subgrupp matul ir-riżoluzzjoni u, jekk applikabbli, għal riċevitur li jkunu ġew trasferiti għandu l-funzjonijiet kritiċi. Fejn ikun neċessarju, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jagħmlu sforzi raġonevoli biex jerġgħu jinnegozjaw kuntratti mal FMIs kif xieraq, soġġett għal salvagwardji għall-protezzjoni ta’ ġestjoni tar-riskju soda u operazzjonijiet sikuri u ordnati tal-FMI.
- (h) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jipprevjenu dipendenzi kritiċi tal-istituzzjoni, grupp jew kwalunkwe subgrupp fuq il-provvista ta’ servizzi taħt kuntratti li mhumiex taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri tal-UE li jippermettu t-terminazzjoni mar-riżoluzzjoni ta’ entitajiet fi grupp. Dipendenza għandha titqies li hija kritika meta taffettwa l-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni.
- (i) Jekk strateġija SPE tinkludi stralċ ta’ linji ta’ negozju b’funzjonijiet mhux kritiċi oħrajn, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jiżguraw is-separabbiltà ta’ dawn il-linji ta’ negozju, ġewwa jew barra l-istruttura eżistenti, inkluż il-kapaċità tal-bejgħ ta’ ċerti operazzjonijiet f’każ li l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni teħtieġ il-bejgħ tagħhom. Jekk ikun meħtieġ li tiġi żgurata s-separabbiltà, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jibdlu l-istruttura tagħhom f’pajjiżi terzi minn fergħat għal sussidjarji, jew biex jissegragaw internament il-funzjonijiet kollha jew ċerti funzjonijiet u linji tan-negozju f’dawn fergħat biex jippreparaw konċessjoni ta’ dawn il-funzjonijiet u jiffaċilitaw it-trasferiment lejn entità separata.
- (j) Jekk ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta’ strateġija SPE, il-finanzjament tas-sussidjarji mill-kumpanija ewlenija tal-grupp għandu jkun subordinat b’mod adegwat, sabiex ma jkunx soġġett għal tpaċija u/jew jipprovdi għal arranġamenti xierqa għal trasferiment ta’ telf lill-entità legali li jkunu applikati għaliha għodod ta’ riżoluzzjoni minn kumpaniji oħra tal-grupp, b’tali mod li jippermetti lill-entitajiet rilevanti tal-grupp operattivi jibqgħu vijabbli. Il-finanzjament għandu jiġi strutturat sabiex il-grupp jew il-parti tal-gruppi li jwettqu funzjonijiet kritiċi ma jinkisirx wara tniżżil fil-valur u konverżjoni ta’ porzjon konsiderevoli tal-istrumenti li huma soġġetti għal tniżżil fil-valur u setgħat ta’ konverżjoni. Meta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tiddependi fuq allokazzjoni mill-ġdid tal-kapital u likwidità fi ħdan il-grupp, il-kapital u l-likwidità għandhom ikunu allokati f’ġurisdizzjonijiet fejn din l-allokazzjoni mill-ġdid tkun permessa taħt limiti regolatorji lokali.
- (k) Fejn ikun meħtieġ biex tiġi żgurata s-separabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi minn funzjonijiet oħra, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kumpanija holding li ma twettaq ebda funzjoni kritika taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-punt 14(b) ta’ hawn taħt. Il-kunsiderazzjonijiet taħt il-punt 14(c) japplikaw skont dan.
- (l) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jieħdu prekawzjonijiet raġonevoli biex jiżguraw disponibbiltà ta’, biex iżommu jew jissostitwixxu persunal ewlieni fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni preferuta, ukoll bil-għan tas-sostituzzjoni tal-korp maniġerjali u l-amministrazzjoni għolja tal-istituzzjoni skont riżoluzzjoni meħtieġa mill-Artikolu 34(1)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE.
- (m) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jiżguraw il-kontinwità tas-sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu li s-sistemi ta’ informazzjoni u d-disponibbiltà tad-dejta tal-istituzzjoni jiżguraw li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu d-dejta meħtieġa biex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u jitwettqu valutazzjonijiet qabel u matul ir-riżoluzzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jiżguraw l-operabbiltà tal-użu tat-tniżżil fil-valur u s-setgħat ta’ konverżjoni fil-punt ta’ riżoluzzjoni billi jagħmlu l-identifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet, il-waqfien fuq pagamenti u l-implimentazzjoni teknika tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fattibbli.
- (n) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet inaqqsu l-kumplessità u d-daqs tal-portafoll tan-negozjar tagħhom jekk dan ikun meħtieġ biex japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fir-rigward ta’ portafolli kbar ta’ derivattivi u kuntratti finanzjarji oħrajn, ta’ nuqqas ta’ struttura trasparenti u aċċessibbli jew il-kumplessità jew volatilità tal-kejl u l-valutazzjoni tal-prodotti u l-portafolli fil-portafoll tan-negozjar u l-interkonnettività interna tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|