+5. Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: i. …
|
5. Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: i. …
Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: - i. "impenji ta’ pagament" tfisser impenji ta’ pagament kif definiti fil-punt (13) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE’
- ii. "assi b’riskju baxx" tfisser assi b’riskju baxx kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE. L-assi b’riskju baxx għall-finijiet tal-kollateral f’dawn il-linji gwida jistgħu jikkonsistu fi strumenti finanzjarji jew flus;
- iii. "arranġament ta’ impenn ta’ pagament" ifisser l-arranġament li għandu jidħol fis-seħħ bejn l-SGD u l-istituzzjoni tal-kreditu, li jipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tal-impenji ta’ pagament ta’ istituzzjoni tal-kreditu fil-limitu tal-mezzi finanzjarji disponibbli, u b’mod partikolari (i) l-indikazzjoni mill-SGD tal-ammont tal-impenn ta’ pagament u (ii) l-obbligu rrevokabbli u kollateralizzat tal-istituzzjoni tal-kreditu biex tħallas l-Ammont tal-Impenn tal-Pagament fuq talba tal-SGD sad-data tal-iskadenza stabbilita fl-arranġament.
- iv. "ammont ta’ impenn ta’ pagament" ifisser is-sehem u l-ammont monetarju tal-kontribuzzjoni għad-DGS kif meħtieġ mid-DGS, li l-istituzzjoni tal-kreditu timpenja ruħha li tipprovdi permezz tal-impenn ta’ pagament skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġament tal-impenn ta’ pagament;
- v. "arranġament ta’ sikurezza ta’ kollateral finanzjarju", b’konformità mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2002/47/KE, tfisser arrangament, irregolat bil-liġi li titrasponi d-Direttiva 2002/47/KE, li skontha, l-istituzzjoni ta’ kreditu tassigura l-obbligi impenjati fl-arranġament tal-impenn tal-pagament billi tipprovdi kollateral li jikkonsisti f’assi b’riskju baxx bħala sigurtà għall-SGD, meta l-pussess sħiħ tal-assi b’riskju baxx pprovduti bħala kollateral jibqa’ tal-istituzzjoni tal-kreditu meta jiġi stabbilit id-dritt tas-sigurtà;
- vi. "titolu ta’ Arranġament ta’ Trasferiment ta’ Kollateral Finanzjarju" b’konformità mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarju, tfisser arranġament regolat bil-liġi li titrasponi d-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarjul li skontha l-istituzzjoni tal-kreditu tiżgura l-obbligi impenjati fl-arranġament tal-impenn ta’ pagament billi jiġi ttrasferit il-pussess sħiħ tal-assi b’riskju baxx lill-SGD;
- vii. "Arranġament ta’ kollateral finanzjarju" tfisser arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju jew titolu ta’ arranġament ta’ trasferiment ta’ kollateral finanzjarju;
- viii. "avveniment ta’ infurzar", tfisser avveniment li jinvolvi l-aċċellerazzjoni tal-obbligu sabiex jitħallas l-ammont tal-impenn ta’ pagament sabiex isir dovut b’mod immedjat. Skont it-termini tal-Arranġamenti ta’ Kollateral Finanzjarju u b’konformità mal-Artikolu 2(1)(l) tad-Direttiva 2002/47/KE jew bit-tħaddim tal-liġi, l-okkorrenza tal-avveniment tal-infurzar jintitola lill-SGD li tirrealizza l-kollateral tal-assi b’riskju baxx ipprovdut mill-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ bejgħ jew ta’ approprjazzjoni mingħajr il-bżonn ta’ avviż jew awtorizzazzjoni ġurisdizzjonali minn qabel;
- ix. "proċeduri ta’ stralċ" tfisser proċeduri ta’ stralċ kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet tal-kreditu;
- x. "miżuri ta’ riorganizzazzjoni" tfisser riorganizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu
- xi. "miżuri ta’ intervent bikrija" tfisser miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 27 sa 30 tad-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti ta’ investiment;
- xii. "miżuri ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi" tfisser miżuri ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi kif definit fl-Artikolu 2(102) tad-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti ta’ investiment.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|