+11. L-Arranġament ta’ Impenn ta’ Pagament għandu talinqas jinkludi l-elementi li ġejjin: a) …

11. L-Arranġament ta’ Impenn ta’ Pagament għandu talinqas jinkludi l-elementi li ġejjin: a) …

L-Arranġament ta’ Impenn ta’ Pagament għandu talinqas jinkludi l-elementi li ġejjin:

  • a) l-ammont tal-impenn ta’ pagament;
  • b) l-obbligu irrevokabbli għall-istituzzjoni tal-kreditu sabiex il-ħlas tal-pagament fi flus imwiegħed tal-impenn ta’ pagament, isir fil-ħin wara li ssir talba mill-SGD, mingħajr dewmien mhux dovut u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn jumejn xogħol mill-wasla tal-avviż li jkun sar skont l-ittra (c) hawn taħt. L-SGD għandha talinqas titlob parti mill-impenji ta’ pagament irrevokabbli jew l-impenji kollha meta, minħabba l-użu ta’ mezzi finanzjarji disponibbli, is-sehem ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli fil-limiti tal-mezzi finanzjarji disponibbli, jaqbeż il-limitu massimu stabbilit mill-iskema skont id-Direttiva 2014/49/UE u b’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dawn il-linji gwida. Il-perjodu ta’ pagament għandu jitnaqqas għal ġurnata ta’ xogħol waħda jekk intervent bikri jew miżuri ta’ mmaniġġjar tal-kriżi jiġu applikati għall-istituzzjoni tal-kreditu mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-arranġament għandu jipprekludi kwalunkwe tnaqqis fl-ammont tal-impenn ta’ pagament, jew kwalunkwe terminazzjoni tal-arranġament ta’ impenn ta’ pagament, mingħajr il-kunsens tal-SGD;
  • c) L-għoti ta’ avviż mill-SGD lill-istituzzjoni tal-kreditu permezz ta’ kwalunkwe mezz effettiv ta’ komunikazzjoni li jiżgura riċeviment, kull darba li l-SGD titlob il-pagament fi flus tal-ammont tal-impenn ta’ pagament;
  • d) L-obbligu għall-istituzzjoni ta’ kreditu li tinforma immedjatament lill-SGD dwar kwalunkwe avveniment li jaffettwa l-kapaċità tal-istitizzjoni li tonora l-obbligi tagħha, jew il-kapaċità tal-SGD li tinforza d-drittijiet tagħha, skont l-arranġament tal-impenn ta’ pagament jew l-arranġament tal-kollateral finanzjarju, inkluża d-deklassifikazzjoni tal-istituzzjoni minn aġenziji esterni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u kwalunkwe materjal prudenzjali jew bidliet tan-negozju jew kwalunkwe deterjorazzjoni fil-valur tal-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral;
  • e) Il-konklużjoni ta’ arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju jew titolu ta’ arranġament ta’ trasferiment ta’ kollateral finanzjarju bejn l-SGD u l-istituzzjoni tal-kreditu li tassigura l-obbligi li jkunu saru mill-istituzzjoni tal-kreditu fl-arranġament ta’ impenn ta’ pagament, permezz tal-provvediment mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD ta’ kollateral ta’ assi b’riskju baxx, li mhumiex aggravati minn kwalunkwe dritt ta’ parti terza u li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-SGD.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.