+13. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni tal-kreditur tal-SGD, Arranġament ta’ Kollateral …

13. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni tal-kreditur tal-SGD, Arranġament ta’ Kollateral …

Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni tal-kreditur tal-SGD, Arranġament ta’ Kollateral Finanzjarju għandu b’mod espliċitu jinkludi t-termini li ġejjin:

  • a) l-istituzzjoni ta’ kreditu timpenja ruħha li tissostitwixxi l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral meta jsiru dovuti, meta ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 6 u 7 ta’ dawn il-linji gwida jew f’każijiet speċifiċi oħra miftiehmin mal-SGD, sabiex l-impenn ta’ pagament jiġi assigurat b’mod permanenti minn kollateral xieraq.
b) fil-każ ta’arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju, l-istituzzjoni ta’

kreditu mhix awtorizzata li tiddisponi mill-kollateral (eż bejgħ, aggravar).

  • c) l-istituzzjoni ta’ kreditu hija meħtieġa li żżid l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral wara li ssir talba mill-SGD, fil-każ li l-valur tal-assi kollaterali sottostanti, wara t-telf impost previst fil-Parti 7 ta’ dawn il-linji gwida, jew b’kunsiderazzjoni tar-rata tal-kambju applikabbli għal kollateral fi flus, jaqa’ taħt l-ammont tal-impenn ta’ pagament.
  • d) Il-provvediment ta’ talinqas l-avvenimenti ta’ infurzar li ġejjin:
  • (i) l-istituzzjoni tal-kreditu tonqos milli tħallas l-ammont tal-impenn ta’ pagament fil-perjodu pprovdut skont l-arranġament tal-impenn ta’ pagament meta tintalab li tagħmel dan mill-SGD;
  • (ii) l-istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tissostitwixxi l-assi b’riskju baxx ipprovduti lill-SGD meta jkunu waslu biex jitħallsu, meta ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 6 jew il-Parti 7 ta’ dawn il-linji gwida jew f’każijiet speċifiċi oħrajn miftiehma mal-SGD;
  • (iii) l-istituzzjoni tal-kreditu tonqos milli żżid il-kollateral tagħha meta tintalab li tagħmel dan mill-SGD fil-każ ta’ ksur tal-livell ta’ kopertura, kif stabbilit fil-Parti 7 ta’ dawn il-linji gwida;
  • (iv) l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu;
  • (v) jekk l-istituzzjoni tal-kreditu hija soġġetta għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni minbarra miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi, jew hija soġġetta għall-proċeduri ta' stralċ.

Meta istituzzjoni ma tibqax membru tal-SGD mingħajr ma tissodisfa l-avvenimenti tal-infurzar imsemmija hawn fuq, l-SGD għandha tagħżel l-azzjoni l-iktar xierqa biex jippreżerva d-disponibbiltà tal-finanzjament impenjat.

Għal dak l-għan l-SGD tista’ jew:

(1) tinforza l-impenn;

(2) taċċetta li l-istituzzjoni li għadha mhix membru tal-SGD li tittermina s-

sħubija tagħha tibqa’ marbuta bl-impenn u tinfurzah, mhux iktar tard minn meta tilħaq il-maturità tal-impenn kif ipprovdut fl-arranġament tal-impenn ta’ pagament sakemm l-arranġament tal-impenn ta’ pagament ma jiġix riportat; jew

(3) taċċetta li l-impenn jiġi ttrasferit għal entità oħra fil-kuntest ta’

amalgamazzjoni jew akkwiżizzjoni.

Meta l-istituzzjoni tal-kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u tingħaqad ma’ SGD oħra, l-SGD oriġinali għandha tiżgura li l-mezzi finanzjarji li jikkorrispondu għat-tnax-il xahar ta’ qabel it-tmiem tas-sħubija, jiġu trasferiti għall-SGD l-oħrajn, jew bl-infurzar tal-impenn jew bit-trasferiment tar-rikavat lill-SGD riċevitur, jew billi l-arranġament tal-impenn tal-pagament jerġa’ jiġi assenjat lill-SGD riċevitur fi ftehim ma’ dan tal-aħħar u l-istituzzjoni tal-kreditu.

Meta l-bidla tas-sħubija tal-SGD hija r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ miżura ta’ riżoluzzjoni, l-SGD għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni qabel id-deċiżjoni tagħha dwar l-impenji ta’ pagament, filwaqt li tikkunsidra l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluża l-protezzjoni tad-depożitarji2 .

  • e) Meta jseħħ l-Avveniment tal-Infurzar, l-SGD għandha tirrealizza jew tapproprja l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral b’konformità mat-termini tal-arranġament tal-kollateral finanzjarju.
  • f) L-SGD għandha tirrilaxxa u trodd lura l-kollateral ta’ assi b’riskju baxx meta jsir il-ħlas fi flus mill-istituzzjoni tal-kreditu tal-ammont ta’ impenn ta’ pagament.
  • g) Il-parti li hija intitolata għar-rikavat (interessi, dividendi eċċ) tal-kollateral tal-assi b’riskju baxx għandha tiġi determinata (jew l-SGD jew l-istituzzjoni membru).

2 L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/59/UE, ĠU L 173/190 tat-12 ta’ Ġunju 2014.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.