+15. Kunsinna bħal din mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD għandha tiġi ssodisfata billi …
|
15. Kunsinna bħal din mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD għandha tiġi ssodisfata billi …
Kunsinna bħal din mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD għandha tiġi ssodisfata billi l-kollateral jiġi kkreditat kif ġej: - a. Fil-każ ta’ arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju, l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral għandhom jiġu kkreditati f’akkont ta’ titoli jew flus (i) miżmumin mill-kustodji jew l-intermedjarji li jiġu identifikati mill-awtorità maħtura jew mill-SGD u li huma kapaċi jipprovdu informazzjoni kompluta, preċiża u aġġornata rigward kemm l-istituzzjoni ta’ kreditu kif ukoll l-assi b’riskju baxx; u (ii) li jippermettu r-reġistrazzjoni tal-assi b’riskju baxx kkunsinjati bħala kollateral mill-istituzzjonijiet tal-kreditu skont il-ftehim ta’ sigurtà tal-kollateral finanzjarju.
F’dan il-każ, l-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jidentifikaw biss lid-depożitarji jew l-intermedjarji li jiżguraw segregazzjoni sħiħa u l-protezzjoni tal-assi b’riskju baxx u jippermettu l-aċċess pront tal-SGDs wara li ssir talba sabiex jiġi evitat telf għall-istituzzjoni tal-kreditu jew għall-SGD minħabba inadempjenza jew insolvenza tad-depożitarju. Għandhom jiżguraw ukoll li d-depożitarji ma jkunux awtorizzati li jiddisponu l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral u li jkunu rrevokaw kuntrattwalment kwalunkwe ritenzjoni ta’ dritt jew dritt ta’ rahan li huma jista’ jkollhom fuq dawk l-assi b’riskju baxx. - b. Fil-każ ta’ arranġament ta’ trasferiment tat-titolu tal-kollateral finanzjarju, għandu jkun hemm trasferiment għall-SGD f’titoli jew f’kont fi flus miżmuma mill-SGD li jippermettu reġistrazzjoni tal-assi b’riskju baxx kkunsinjati bħala kollateral mill-istituzzjoni tal-kreditu skont l-arranġament tat-trasferiment tat-titolu tal-kollateral finanzjarju. L-awtorità maħtura jew l-SGD għandhom jiżguraw li d-depożitarji ma jkunux awtorizzati li jiddisponu l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral u li jkunu rrevokaw kuntrattwalment kwalunkwe retenzjoni ta’ dritt jew dritt ta’ rahan li huma jista’ jkollhom fuq dawk l-assi b’riskju baxx.
Jekk SGD hija intitolata li tirċievi depożiti ta’ flus minn membri, il-kollateral fi flus jista’ jiġi depożitat direttament mal-SGD mill-istituzzjoni tal-kreditu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|