+5.1 Il- modalitajiet għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat
---+19. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l- SGD jew, fejn xieraq, bejn l - awtoritajiet maħtura …
---+20. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw il-kontenut u l- proċess sabiex tintbagħat …
---+21. L-SGD domiċiljari għandha tinnotifika lill-SGD ospitanti u lill-awtorità maħtura tal-Istat …
---+22. In-notifika għandha tintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti minnufih wara li jiġi …
---+23. Filwaqt li l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE jitlob li l-SGD jiggarantixxu …
---+24. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jipprovdu data tal- għeluq sa meta l-SGD domiċiljari …
---+25. L-SGD domiċiljari għandha tikseb l-SCV b’konformità mad-dati tal- għeluq domestiċi sabiex …
---+26. F’każ li l-SGD domiċiljari ma jkollhiex it- tagħrif kollu meħtieġ, skont il-metodu tal- iżborż …
---+27. L-SGD għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe aġġornamenti fid-data.
---+28. L-SGD ospitanti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli …
---+29. Wara l- iżborż inizjali, l-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljari b’mod …
---+30. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu li, wara li tirċievi notifika tan- nuqqas …
---+31. Il-kontijiet u l-metodu tat-trasferiment magħżul għandhom jiggarantixxu l-akbar sigurtà …
---+32. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sabiex jiġi pprovdut …
---+33. L-SGD domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD ospitanti bil-fondi meħtieġa sa mhux aktar tard …
---+34. Kwalunkwe fondi avvanzati b’mod eċċessiv lill-SGD ospitanti għandhom jintraddu lura lill-SGD …
---+35. Meta d-data tal- għeluq tal - SGD domiċiljari sabiex l -ammont tal- iżborż isir ripagabbli tkun …
---+36. L-SGD ospitanti għandha, fi żmien jum tax - xogħol wieħed, tinnotifika lill-SGD domiċiljari …
---+37. Meta depożitant jitlob għal żborż ta’ ammont tal - ispiża tal - għoli tal - ħajja, direttament …
---+38. Meta l- iżborż sħiħ ikun imminenti, jew meta żborż parzjali jwassal għal dewmien sinifikanti …
---+39. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi …
---+40. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali supplimentari għandhom jispeċifikaw …
---+41. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-munita tal- ħlas lura għandha tkun …
---+42. Meta l- liġi tal-SGD domiċiljari tippermetti li ssir għażla bejn diversi muniti u meta dik l- …
---+43. Fejn ikun hemm ħtieġa għal kambju tal-munita, ir-rata li trid tiġi applikata għandha tkun …
---+44. Il-finanzjament meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 32-34 għandu jiġi pprovdut fil-munita tal- ħlas …
---+45. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-SGD ospitanti tieħu ħsieb …
---+46. Barra minn hekk, meta l-SGD domiċiljari jkollha l- kapaċità li timmaniġġja b’mod effettiv …
---+47. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-lingwa li għandha tintuża mill-SGD …
---+48. L-SGD domiċiljari u ospitanti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jużaw l- …
---+49. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti għall -komunikazzjoni mad- depożitanti, kif ukoll bejn …
---+50. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw it-tipi ta’ spejjeż li l-SGD domiċiljari …
---+51. L- ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-SGD ospitanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: o. …
---+52. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jistabbilixxu li: r. l-SGD domiċilja ri għandha …
---+53. Meta l-SGD ospitanti jiġi rrimborżat wara l- iżborż, id-dettalji tar- rimborż, bħaż - żmien …
---+54. Sabiex tkompli tissaħħaħ il- fiduċja fil- ħila tal-SGD li jwettqu l-funzjoni tagħhom f’każ ta’ …
---+55. Tali verifika, soġġetta għall - qbil tal-SGD jew, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet maħtura …
---+56. Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn dewmien sabiex l-SGD domiċiljari tipprovdi lill-SGD …
---+57. Meta d-dewmien ikun attribwibbli għall -azzjonijiet tal-SGD ospitanti, l-SGD ospitanti għandha …
---+58. B’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-SGD ospitanti ma għandha terfa’ …
---+59. L-SGD domiċiljari u l-SGD ospitanti jistgħu jaqblu b’mod bilaterali li, fuq bażi ta’ każ b’każ …

5.1 Il- modalitajiet għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat

5.1 Il- modalitajiet għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
19. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l- SGD jew, fejn xieraq, bejn l - awtoritajiet maħtura …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l- SGD jew, fejn xieraq, bejn l - awtoritajiet maħtura, għandhom jispeċifikaw il - modalitajiet li ġejjin għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu membri awtorizzati fi Stati Membri oħrajn mill -SGD ospitanti f’isem l- SGD domiċiljari, skont l -Artikolu 14(2) tad- Direttiva 2014/49/UE:

  • a. Notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti
20. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw il-kontenut u l- proċess sabiex tintbagħat …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw il-kontenut u l- proċess sabiex tintbagħat in-notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti. Il-ftehimiet għandhom jinkludu d-dettalji ta’ kuntatt rilevanti, inklużi l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon.

21. L-SGD domiċiljari għandha tinnotifika lill-SGD ospitanti u lill-awtorità maħtura tal-Istat …

L-SGD domiċiljari għandha tinnotifika lill-SGD ospitanti u lill-awtorità maħtura tal-Istat Membru ospitanti fejn l-SGD mhijiex l-awtorità maħtura, li tfaċċat sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti, kif definit fl-Artikolu 2(1)(8) tad-Direttiva 2014/49/UE. In-notifika għandha tinkludi wkoll tagħrif ġenerali dwar l-istituzzjoni fejn kien hemm nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ depożiti, inkluża stima tal-kobor tal- iżborż mistenni, l-ammont ta’ depożiti koperti u l- għadd ta’ depożitanti eliġibbli fil- fergħa, il-munita tar-ripagament u kwalunkwe tagħrif ġenerali ieħor li l-SGD domiċiljari tqis bħala utli għall -SGD ospitanti fit- tħejjija għall - iżborż.

22. In-notifika għandha tintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti minnufih wara li jiġi …

In-notifika għandha tintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti minnufih wara li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti. L-SGD ospitanti għandha tirċievi n-notifika qabel tirċievi t- tagħrif u l-fondi kollha meħtieġa, sabiex tkun tista’ tibda tħejji għal żborż hekk kif taslilha n-notifika.

  • b. Skambju tat- tagħrif, inklużi struzzjonijiet għall - ħlas
23. Filwaqt li l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE jitlob li l-SGD jiggarantixxu …

Filwaqt li l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE jitlob li l-SGD jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data li tappartjeni għall -kontijiet tad- depożitanti u l- ipproċessar ta’ tali data b’konformità mad-Direttiva 95/46/EC4 , huwa ma għandux iwaqqaf lill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni milli jistabbilixxu standards aktar stretti, diment li dan ikun maqbul fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.


4 Id- Direttiva 95/46/KE tal -Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ottubru 1995 dwar il -protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal- ipproċessar ta’ data personali u dwar il -moviment liberu ta’ dik id- data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

24. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jipprovdu data tal- għeluq sa meta l-SGD domiċiljari …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jipprovdu data tal- għeluq sa meta l-SGD domiċiljari għandha tibgħat it- tagħrif neċessarju kollu għat - tħejjija ta’ ħlas lura mid- depożitanti lill-SGD ospitanti. Id-data tal- għeluq għandha tkun mhux aktar tard minn jumejn tax - xogħol tal-Istat Membru tal-SGD domiċiljari qabel id-data tal- għeluq sabiex l-ammont ripagabbli jsir disponibbli għad - depożitanti domestiċi, inkluż meta d-data tal- għeluq għar -ripagament tal-SGD domiċiljari tkun itwal minn sebat ijiem tax - xogħol, wara li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti fl-istituzzjoni. L-SGD domiċiljari għandha tagħmel kull sforz raġonevoli sabiex tikkonforma ma’ din id-data tal- għeluq. Madankollu, l-SGD domiċiljari tista’ tiddiferixxi t-trasferiment tat- tagħrif f’każijiet li fihom, minkejja l-isforzi raġonevoli kollha, l-SGD domiċiljari ma tkunx tista’ tikkonforma mad-data tal- għeluq, minħabba l- ħtieġa li tikseb tagħrif addizzjonali dwar id- depożiti u d- depożitanti, jew minħabba l- proċessi interni tagħha li jagħmluha impossibbli li hija tikseb it- tagħrif sad-data tal- għeluq jew li tipproċessa t- tagħrif tad- depożitanti ospitanti sad-data tal- għeluq mingħajr ma ddewwem b’mod sinifikanti l-proċess għal żborż domestiku. F’każijiet bħal dawn, l-SGD domiċiljari għandha tgħarraf lill-SGD ospitanti dwar id-dewmien mill-aktar fis possibbli u taqbel fuq data tal- għeluq stmata ġdida, li għandha tkun mhux aktar tard mid-data tal- għeluq għat -trasferiment tal-fondi skont il-paragrafu 33.

25. L-SGD domiċiljari għandha tikseb l-SCV b’konformità mad-dati tal- għeluq domestiċi sabiex …

L-SGD domiċiljari għandha tikseb l-SCV b’konformità mad-dati tal- għeluq domestiċi sabiex tirċievi dan it- tagħrif mingħand l-istituzzjoni ta’ kreditu. Hija mbagħad għandha tipproċessa l-SCV sabiex tipprovdi lill-SGD ospitanti bl-istruzzjonijiet rilevanti biss għall - ħlas f’format maqbul bejn l-SGD u li jispeċifikaw l-ammonti li jridu jitħallsu fil-munita maq bula fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni. It- tagħrif li għandu jintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti għandu jinkludi:

  • • l- ammont li għandu jitħallas lil kull depożitant;
  • • it- tagħrif kollu meħtieġ skont il -metodu tal- iżborż (pereżempju, l -indirizzi tad- depożitanti jew in-numri tal- kontijiet bankarji għal trasferimenti elettroniċi).
26. F’każ li l-SGD domiċiljari ma jkollhiex it- tagħrif kollu meħtieġ, skont il-metodu tal- iżborż …

F’każ li l-SGD domiċiljari ma jkollhiex it- tagħrif kollu meħtieġ, skont il-metodu tal- iżborż tal-SGD ospitanti, l-SGD domiċiljari għandha titlob lill-SGD ospitanti sabiex ti ġ bor it- tagħrif addizzjonali meħtieġ. Sabiex l-SGD ospitanti tkun tista’ tiġbor it- tagħrif addizzjonali meħtieġ għall - iżborż, l-SGD domiċiljari għandha tgħin lill-SGD ospitanti billi tibgħat kwalunkwe tagħrif meħtieġ (pereżempju, id-dettalji ta’ kuntatt tad- depożitanti jew in-numri ta’ identifikazzjoni nazzjonali).

27. L-SGD għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe aġġornamenti fid-data.

L-SGD għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe aġġornamenti fid-data.

28. L-SGD ospitanti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli …

L-SGD ospitanti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli għad - depożitanti mill-aktar fis possibbli, fi żmien tlett ijiem tax - xogħol tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti wara li tirċievi t- tagħrif, l-istruzzjonijiet u l-fondi kollha meħtieġa mill-SGD domiċiljari, mingħajr ma hemm bżonn li ssir talba lill-SGD domiċiljari jew ospitanti.

29. Wara l- iżborż inizjali, l-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljari b’mod …

Wara l- iżborż inizjali, l-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljari b’mod iddokumentat dwar ir- riżultati tal- iżborż, inklużi d-distribuzzjoni u l- ħlasijiet lid- depożitanti, rapport dwar kwalunkwe kwistjonijiet iffaċċjati fil- ħlasijiet u valutazzjoni tal- oqsma tal-proċess u tal-ftehim ta’ kooperazzjoni sabiex jitjiebu fil- ġejjieni. L-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljar i regolarment dwar il-progress b’rabta mar-ripagamenti ulterjuri magħmula wara l-iskadenza tad-data tal- għeluq stabbilita fil-paragrafu 28.

  • c. Il- modalitajiet għall -avvanz tal-fondi
30. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu li, wara li tirċievi notifika tan- nuqqas …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu li, wara li tirċievi notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti mill-SGD domiċiljari, l-SGD ospitanti għandha tipprovdi minnufih lill-SGD domiċiljari bit- tagħrif kollu meħtieġ dwar il-kontijiet li jridu jintużaw għat -trasferiment ta’ fondi mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti.

31. Il-kontijiet u l-metodu tat-trasferiment magħżul għandhom jiggarantixxu l-akbar sigurtà …

Il-kontijiet u l-metodu tat-trasferiment magħżul għandhom jiggarantixxu l-akbar sigurtà tal-fondi u l-puntwalità tat-trasferiment.

  • d. L- iskeda ta’ żmien għall -avvanz tal-fondi
32. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sabiex jiġi pprovdut …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament meħtieġ.

33. L-SGD domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD ospitanti bil-fondi meħtieġa sa mhux aktar tard …

L-SGD domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD ospitanti bil-fondi meħtieġa sa mhux aktar tard mill-jum li fih l-ammont ripagabbli għandu jkun disponibbli għad - depożitanti domestiċi wara li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti fl-istituzzjoni, inkluż meta d-data tal-għeluq tal-SGD domiċiljari sabiex l-ammont ripagabbli jsir disponibbli tkun itwal minn sebat ijiem tax - xogħol , kif permess skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2014/49/UE.

34. Kwalunkwe fondi avvanzati b’mod eċċessiv lill-SGD ospitanti għandhom jintraddu lura lill-SGD …

Kwalunkwe fondi avvanzati b’mod eċċessiv lill-SGD ospitanti għandhom jintraddu lura lill-SGD domiċiljari sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax - xogħol tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti wara l-iffinalizzar tal- iżborż. Figura 1. L-iskeda taż-żmien għall-iżborż fil-fergħat

Determinazzjoni L-SGD D D a

disponibbiltà lill-SGD tibgħat depożiti. tan- domiċiljari nuqqas ospitanti notifika L -SGD trid ta’ tad- L-SGD tagħrif trid kont domiċiljari tibgħat ospitanti lill-SGD dwar it- il - domiċiljari istruzzjonijiet tagħrif tibgħat ospitanti lill-SGD u it- trid l - tibgħat domiċiljari ospitanti lill-SGD L-SGD il- fondi trid i ċ il j it a t a l - g ħ e l uq g ħ a ll L-SGD ripagabbli trid disponibbli ammont tiżgura ospitanti jkun li l - - i ż b o r ż d
Jum 0 Jumejn tax - L-istess jum Minnufih xogħol qabel bħad -data tal-wara li tasal id-data tal- għeluq in-notifika għeluq sabiex domestika jiġu pprovduti sabiex l - l-fondi ammont ripagabbli jsir disponibblio m L-ammont e s t i ripagabbli k u disponibbli fi t a l żmien tlett ijiem - S tax - xogħol wara G D li jaslu t- tagħrif, l-istruzzjonijiet għall - ħlas u l - fondi

Ħlasijiet parzjali fil - perjodu tranżitorju sal - 31 ta’ Diċembru 2023

35. Meta d-data tal- għeluq tal - SGD domiċiljari sabiex l -ammont tal- iżborż isir ripagabbli tkun …

Meta d-data tal- għeluq tal - SGD domiċiljari sabiex l -ammont tal- iżborż isir ripagabbli tkun itwal minn sebat ijiem tax - xogħol, l - SGD ospitanti għandha tgħarraf lid - depożitanti, direttament jew inkella permezz ta’ reklamar fuq il - mezzi tax - xandir, dwar il - possibbiltà ta’ żborż tal - ispejjeż tal- għoli tal - ħajja fuq talba.

36. L-SGD ospitanti għandha, fi żmien jum tax - xogħol wieħed, tinnotifika lill-SGD domiċiljari …

L-SGD ospitanti għandha, fi żmien jum tax - xogħol wieħed, tinnotifika lill-SGD domiċiljari dwar talba mid- depożitant għal żborż tal- ispejjeż tal- għoli tal- ħajja. Din in-notifika għandha tinkludi t- tagħrif kollu rilevanti, inklużi:

  • a. l-identifikazzjoni ċara u sħiħa tad- depożitant, inklużi d-dettalji tal-kont rilevanti;
  • b. id-data tal-wasla tat-talba mill-SGD ospitanti;
  • c. l-ammont mitlub (jekk ikun applikabbli).
37. Meta depożitant jitlob għal żborż ta’ ammont tal - ispiża tal - għoli tal - ħajja, direttament …

Meta depożitant jitlob għal żborż ta’ ammont tal - ispiża tal - għoli tal - ħajja, direttament lill -SGD domiċiljari jew inkella lill -SGD ospitanti, l- SGD domiċiljari għandha tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi lill-SGD ospitanti bit- tagħri f u l- fondi kollha meħtieġa fi żmien ħamest ijiem tax - xogħol tal -Istat Membru tal- SGD domiċiljari wara li tirċievi t - talba jew wara li tiġi nnotifikata mill- SGD ospitanti, sabiex l - SGD ospitanti tkun tista’ tiżgura li d - depożitanti għandhom aċċess għal ammont xieraq tad - depożiti koperti tagħhom biex ikopru l - ispejjeż tal - għoli tal - ħajja waqt li jkunu qed jistennew għall - iżborż sħiħ.

38. Meta l- iżborż sħiħ ikun imminenti, jew meta żborż parzjali jwassal għal dewmien sinifikanti …

Meta l- iżborż sħiħ ikun imminenti, jew meta żborż parzjali jwassal għal dewmien sinifikanti fil - proċess tal - iżborż sħiħ, l - SGD jistgħu jaqblu li jirrinunzjaw l - iżborż parzjali fl - interess li jiġi żgurat żborż sħiħ fil -pront.

  • e. It- trattament ta’ bilanċi temporanji għoljin
39. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi temporanji għoljin mill-SGD ospitanti, li għandu jseħħ fis-sekwenza li ġejja:

  • a. Id- depożitanti jissottomettu pretensjonijiet lill-SGD domiċiljari jew lil dik ospitanti.
  • b. Meta l-pretensjonijiet jiġu indirizzati lill-SGD ospitanti, dik l-SGD għandha tibgħat il-pretensjoni lill-SGD domiċiljari.
  • c. Meta l-pretensjonijiet jiġu indirizzati lill-SGD domiċiljari, jew meta l-SGD domiċiljari tirċevihom mingħand l-SGD ospitanti, l-SGD domiċiljari għandha tivverifika l-pretensjonijiet. L-SGD ospitanti għandha tagħti l- għajnuna tagħha meta tkun meħtieġa, pereżempju, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lingwa jew mal-kwistjonijiet legali li jirriżultaw mil- liġi applikabbli fil- ġurisdizzjoni tal-SGD ospitanti.
  • d. Wara li tivverifika l-pretensjonijiet, l-SGD domiċiljari għandha tibgħat it- tagħrif meħtieġ dwar id- depożiti, id- depożitanti u l-fondi lill-SGD ospitanti, bħala pakkett flimkien ma’ pretensjonijiet oħrajn jekk dan isir fi żmien raġonevoli, jew inkella individwalment.
  • e. L-SGD ospitanti għandha tħallas lura lid- depożitanti.
40. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali supplimentari għandhom jispeċifikaw …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali supplimentari għandhom jispeċifikaw ukoll l-aspetti li ġejjin:

  • f. id-data tal- għeluq tal-SGD domiċiljari, jekk applikabbli, għall - aċċettazzjoni tat-talbiet ta’ ħlas lura mid- depożitanti, li għandha tiġi kkomunikata mill-SGD ospitanti lid-depożitanti rilevanti;
  • g. it- tagħrif dwar id-data tal- għeluq għall - ħlas lura tal- bilanċi għoljin temporanji tal-SGD domiċiljari u l-livell ta’ kopertura.
  • f. Il- muniti użati
41. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-munita tal- ħlas lura għandha tkun …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-munita tal- ħlas lura għandha tkun il-munita stabbilita skont il- liġi tal-SGD domiċiljari u għandha tiġi kkomunikata mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti.

42. Meta l- liġi tal-SGD domiċiljari tippermetti li ssir għażla bejn diversi muniti u meta dik l- …

Meta l- liġi tal-SGD domiċiljari tippermetti li ssir għażla bejn diversi muniti u meta dik l- għażla tkun tinkludi l-g ħażla li tintuża l-munita tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti, primarjament għandha tintuża dik l- għażla. Fejn ikun prattiku u legalment permess, wara qbil bejn l-SGD, l-ammont ripagabbli jista’ jkun disponibbli f’bosta muniti.

Eżempju 1. Jekk l-SGD Pollakka tiggarantixxi l- ħlasijiet lura fi zloty Pollakk (PLN), irrispettivament mill-munita tal-kont, wara falliment ta’ fergħa ta’ bank Pollakk fir-Renju Unit, id- depożitant fir-Renju Unit jieħu l-flus lura f’PLN. Jekk l-SGD Pollakka tiggarantixxi l-ħlasijiet lura f’PLN, lira Ingliża (GBP) jew frank Svizzeru (CHF), wara falliment ta’ fergħa ta’ bank Pollakk fir-Renju Unit, il- maġġoranza tad- depożitanti fir-Renju Unit jieħdu l-flus lura f’GBP. Madankollu, meta l-SGD ospitanti jkollha l- kapaċità li tagħmel ħlasiji et f’diversi muniti u meta l-kuntratti mad- depożitanti jew it- tagħrif ipprovdut lilhom b’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE jkunu ppermettew li l- ħlasijiet isiru f’CHF, id- depożitanti li kellhom kontijiet fi frank Svizzeru jistgħu jitħallsu lura fi frank.

43. Fejn ikun hemm ħtieġa għal kambju tal-munita, ir-rata li trid tiġi applikata għandha tkun …

Fejn ikun hemm ħtieġa għal kambju tal-munita, ir-rata li trid tiġi applikata għandha tkun ir-rata spot ippubblikata mill-bank ċentrali tal-Istat Membru tal-SGD domiċiljari dakinhar li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti f’istituzzjoni partikolari.

44. Il-finanzjament meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 32-34 għandu jiġi pprovdut fil-munita tal- ħlas …

Il-finanzjament meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 32-34 għandu jiġi pprovdut fil-munita tal- ħlas lura stabbilita skont il- liġi tal-SGD domiċiljari skont il-paragrafi 41 u 42. L-SGD domiċiljari għandha timmaniġġja l-kambju tal-munita meħtieġ u tħa llas l- ispejjeż meħtieġa b’rabta mal-kambju tal-munita.

  • g. L- immaniġġjar tal -korrispondenza u l- lingwa użata
45. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-SGD ospitanti tieħu ħsieb …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-SGD ospitanti tieħu ħsieb il-komunikazzjoni mad- depożitanti f’isem l-SGD domiċiljari, inklu ż billi tgħarraf lid- depożitanti dwar id-determinazzjoni tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti u l- iżborż mill-SGD ospitanti f’isem l-SGD domiċiljari.

46. Barra minn hekk, meta l-SGD domiċiljari jkollha l- kapaċità li timmaniġġja b’mod effettiv …

Barra minn hekk, meta l-SGD domiċiljari jkollha l- kapaċità li timmaniġġja b’mod effettiv il-komunikazzjoni mad- depożitanti fl-Istat Membru fejn tinsab il- fergħa, inkluża l- kapaċità li tikkomunika bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti, il-ftehim jista’ jistabbilixxi li d- depożitanti jiġu offruti għażla addizzjonali espliċita li jikkomunikaw direttament mal-SGD domiċiljari. Fil -prattika, dan ifisser, pereżempju, li l-ittra li tgħarraf lid-depożitanti dwar il-falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu membru tista’ tinkludi żewġ numri tat-telefon - wieħed għall -SGD ospitanti u ieħor għall -SGD domiċiljari.

47. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-lingwa li għandha tintuża mill-SGD …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-lingwa li għandha tintuża mill-SGD fil-komunikazzjoni mad- depożitanti fil-kuntest ta’ ripagament hija l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti. Madankollu, kemm l-SGD domi ċ iljari kif ukoll dawk ospitanti ma għandhomx ikunu preklużi milli jwieġbu l-korrispondenza indirizzata lilhom mid-depożitanti bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-SGD domiċiljari jew b’lingwa oħra, meta jkollhom il- kapaċità li jagħmlu dan, jew milli jikkomunikaw b’dawk il-lingwi mad-depożitanti li jkunu aċċettaw li jirċievu tagħrif b’lingwa partikolari.

48. L-SGD domiċiljari u ospitanti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jużaw l- …

L-SGD domiċiljari u ospitanti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jużaw l- Ingliż sabiex jikkomunikaw ma’ xulxin, sakemm ma jaqblux b’mod bilaterali li jużaw lingwa oħra fil-komunikazzjoni tagħhom.

49. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti għall -komunikazzjoni mad- depożitanti, kif ukoll bejn …

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti għall -komunikazzjoni mad- depożitanti, kif ukoll bejn l-SGD domiċiljari u ospitanti, għandhom jiggarantixxu livelli suffiċjenti ta’ kunfidenzjalità u sigurtà.

  • h. Ir- rimborż tal - ispejjeż tar -ripagament
50. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw it-tipi ta’ spejjeż li l-SGD domiċiljari …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw it-tipi ta’ spejjeż li l-SGD domiċiljari ser tirrimborża lill-SGD ospitanti, inklużi, iżda mhux limitati għal, l- ispejjeż imġarrba fl- eżekuzzjoni tal-kompiti li ġejjin attribwibbli għall - iżborż:

  • h. il-komunikazzjoni mad- depożitanti, inkluż it- twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa, l-ingaġġar tal-persunal u l-pubblikazzjonijiet tal-midja;
  • i. il-komunikazzjoni mal-SGD domiċiljari, inkluż l- għoti ta’ tagħrif ta’ rispons dwar il-pretensjonijiet imħallsa;
  • j. il- ġbir ta’ tagħrif addizzjonali meħtieġ għall - iżborż, inkluż it- twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa u l- ingaġġar tal-persunal;
  • k. it-traduzzjoni tad-dokumenti;
  • l. l-akkwist tat- tagħrif;
  • m. l- ispejjeż tat- tranżazzjonijiet tal- ħlasijiet;
  • n. l- ispejjeż legali rilevanti.
51. L- ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-SGD ospitanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: o. …

L- ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-SGD ospitanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • o. ikunu meħtieġa għat - twettiq tal- iżborż;
  • p. ikunu attwali, raġonevoli, ġustifikati u konformi mal- prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
  • q. ikunu jistgħu jiġu identifikati, b’mod partikolari, jiġu rreġistrati fir- reġistri tal-kontabbiltà tal-SGD ospitanti u appoġġjati minn evidenza ta’ sostenn effettiva.
52. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jistabbilixxu li: r. l-SGD domiċilja ri għandha …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jistabbilixxu li:

  • r. l-SGD domiċilja ri għandha tipprovdi ammont ta’ somma f'daqqa, abbażi tal-estimi, qabel ma l-SGD ospitanti ġġarrab spejjeż segwiti minn rikonċiljazzjoni tal-kontijiet; jew
  • s. l-SGD ospitanti għandha tiġi rrimborżata għall - ispejjeż maqbula fil-ftehim ta’ kooperazzjoni wara l- iżborż.
53. Meta l-SGD ospitanti jiġi rrimborżat wara l- iżborż, id-dettalji tar- rimborż, bħaż - żmien …

Meta l-SGD ospitanti jiġi rrimborżat wara l- iżborż, id-dettalji tar- rimborż, bħaż - żmien għar - rimborż tal- ispejjeż jew ir-rata tal- imgħax applikabbli, għandhom jiġu maqbula sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara l- iżborż inizjali tad- depożiti koperti.

  • i. Id- dritt għal verifika
54. Sabiex tkompli tissaħħaħ il- fiduċja fil- ħila tal-SGD li jwettqu l-funzjoni tagħhom f’każ ta’ …

Sabiex tkompli tissaħħaħ il- fiduċja fil- ħila tal-SGD li jwettqu l-funzjoni tagħhom f’każ ta’ żborż f’fergħa, il-partijiet prospettivi għall -ftehim jistgħu jaqblu fuq dritt reċiproku ta’ verifika tal-attivitajiet tal-SGD imsieħba tagħhom b’rabta mal- iżborż qabel jidħlu fil-ftehim ta’ kooperazzjoni u, fi kwalunkwe punt, wara li jintlaħaq il-ftehim.

55. Tali verifika, soġġetta għall - qbil tal-SGD jew, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet maħtura …

Tali verifika, soġġetta għall - qbil tal-SGD jew, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet maħtura, tista’ tieħu l-forma ta’, pereżempju, sorveljanza, reviżjoni wara l- iżborż, verifika tal- ispejjeż u ssekondar tal-persunal matul l- iżborż u tista’ titwettaq fuq il-post jew inkella mill- bogħod. Il-partijiet għall -ftehim jistgħu jaqblu li jippermettu lill-SGD domiċiljari twettaq verifika tal-attivitajiet tal-SGD ospitanti b’rabta mal- iżborż imħallas mill-SGD domiċiljari.

  • j. It-trattament tad-dewmien
56. Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn dewmien sabiex l-SGD domiċiljari tipprovdi lill-SGD …

Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn dewmien sabiex l-SGD domiċiljari tipprovdi lill-SGD ospitanti bl-istruzzjonijiet għall - ħlas u bit- tagħrif u l-fondi meħtieġa għandhom jitħallsu mill-SGD domiċiljari, inkluż meta d-dewmien jimponi spejjeż operattivi fuq l-SGD ospitanti.

57. Meta d-dewmien ikun attribwibbli għall -azzjonijiet tal-SGD ospitanti, l-SGD ospitanti għandha …

Meta d-dewmien ikun attribwibbli għall -azzjonijiet tal-SGD ospitanti, l-SGD ospitanti għandha tħallas l- ispejjeż li jirriżultaw minn dan id-dewmien.

  • k. Responsabbiltà
58. B’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-SGD ospitanti ma għandha terfa’ …

B’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-SGD ospitanti ma għandha terfa’ ebda responsabbiltà għal kwalunkwe atti mwettqa b’konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SGD domiċiljari.

  • l. Reviżjoni tal -arran ġamenti għall -operazzjonalizzazzjoni tal- ħlasijiet
59. L-SGD domiċiljari u l-SGD ospitanti jistgħu jaqblu b’mod bilaterali li, fuq bażi ta’ każ b’każ …

L-SGD domiċiljari u l-SGD ospitanti jistgħu jaqblu b’mod bilaterali li, fuq bażi ta’ każ b’każ u mhux qabel tliet xhur min-notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti, huma jirrevedu l-funzjonament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal- arranġamenti prattiċi u l-infrastruttura meħtieġa għal operazzjonalizzazzjoni kontinwa u proporzjonata tal- ħlasijiet mill-SGD ospitanti b’konformità ma’ din it- taqsima 5.1, billi jsirulha l- aġġustamenti meħtieġa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.