+5.2 Il-modalita jiet għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-SGD u tat- tagħrif bejn l -SGD
---+60. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-SGD jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom …
---+61. L-Artikolu 14(6), b’konnessjoni mal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, jitlob li jsir …
---+62. Filwaqt li d- dispożizzjoni msemmija fuq tiggarantixxi sett minimu komuni ta’ standards ta’ …
---+63. L- għoti ta’ data preċiża huwa pass importanti sabiex jiġi żgurat trasferiment effettiv tat- …
---+64. Id-data tal- għeluq għandha tiġi stabbilita qabel ma l-istituzzjoni titlaq formalment lill-SGD …
---+65. It- tagħrif li jrid jintbagħat għandu jinkludi kwalunkwe ħaġa li l-SGD li tittrasferixxi u …
---+66. L-SGD li tittrasferixxi ma għandhiex tintalab tikseb tagħrif ġdid bl-iskop li tittrasferixxih …
---+67. L-SGD li tittrasferixxi għandha tkun tista’ tirrifjuta li tikkondividi tagħ rif li, minħabba …
---+68. Kwalunkwe spejjeż marbuta mal- ġbir tal-fondi mill-SGD li tittrasferixxi, fejn, pereżempju …
---+69. L-SGD riċeventi għandha tipprovdi lill-SGD li qed tittrasferixxi bid-dettalji tal-kont u …
---+70. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-SGD li qed tittrasferixxi tipprovdi …
---+71. Skont il-paragrafu 13(d) tal-linji gwida tal-EBA dwar l-impenji tal- ħlas għall -iskemi ta’ …
---+72. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sa meta l-SGD li …
---+73. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li tinforza l-impenn u tittrasferixxi r-rikavat …
---+74. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li ma tinfurzax l-impenji tal- ħlas, hija għandha …
---+75. Sħubija ta’ SGD hija kundizzjoni meħtieġa sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tieħu …
---+76. Meta l-SGD riċeventi tkun lesta li tieħu r-riskju li taċċetta l-istituzzjoni ta’ kreditu membru …
---+77. L-SGD għ andhom jikkomunikaw bl- Ingliż meta jibagħtu t- tagħrif minn SGD waħda lill-SGD …
---+78. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifi kaw li l-SGD riċeventi hija responsabbli għal …
---+79. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li meta jkun hemm …

5.2 Il-modalita jiet għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-SGD u tat- tagħrif bejn l -SGD

5.2 Il-modalita jiet għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-SGD u tat- tagħrif bejn l -SGD

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
60. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-SGD jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-SGD jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet li ġejjin għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet u tat- tagħrif minn SGD għal oħra f’każ li istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u minflok tissieħeb ma’ SGD oħra, inklużi trasferimenti domestiċi u transkonfinali, skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE:

  • m. Skambju tat- tagħrif
61. L-Artikolu 14(6), b’konnessjoni mal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, jitlob li jsir …

L-Artikolu 14(6), b’konnessjoni mal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, jitlob li jsir skambju effettiv ta’ tagħrif bejn l-SGD, b’konformità mal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data li tappartjeni għall -kontijiet tad- depożitanti. Huwa jitlob ukoll li l- ipproċessa r tad-data jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

62. Filwaqt li d- dispożizzjoni msemmija fuq tiggarantixxi sett minimu komuni ta’ standards ta’ …

Filwaqt li d- dispożizzjoni msemmija fuq tiggarantixxi sett minimu komuni ta’ standards ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data, hija ma twaqqafx lill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni milli jistabbilixxu standards aktar stretti, sakemm dan ikun maqbul fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni.

63. L- għoti ta’ data preċiża huwa pass importanti sabiex jiġi żgurat trasferiment effettiv tat- …

L- għoti ta’ data preċiża huwa pass importanti sabiex jiġi żgurat trasferiment effettiv tat- tagħrif minn SGD waħda għal oħra. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifika w id-data tal-għeluq għall -SGD li minn magħha ser tkun qed tinħall l-istituzzjoni ta’ kreditu membru (l-SGD li tittrasferixxi) sabiex tinnotifika lill-SGD li magħha trid tissieħeb l-istituzzjoni ta’ kreditu membru kkonċernata (l-SGD riċeventi) dwar l-intenzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu membru li tissieħeb mal-SGD riċeventi jew, meta istituzzjoni ta’ kreditu membru tikkomunika lill-SGD riċeventi l-intenzjoni tagħha li ssir istituzzjoni ta’ kreditu membru ta’ tali SGD, sabiex tinnotifika lill-SGD li tittr asferixxi dwar din iċ - ċirkostanza. Id-data tal- għeluq imsemmija fuq għandha tibda mid-data li fiha:

  • • l-istituzzjoni ta’ kreditu membru tinnotifika lill-SGD li tittrasferixxi bix - xewqa tagħha li tissieħeb ma’ SGD oħra, meta l-SGD li tkun qiegħda tittrasferixxi tkun taf ma’ liema SGD għandha l- ħsieb li tissieħeb l-istituzzjoni; jew
  • • l-istituzzjoni ta’ kreditu membru tinnotifika lill-SGD riċeventi bix - xewqa tagħha li tissieħeb.
64. Id-data tal- għeluq għandha tiġi stabbilita qabel ma l-istituzzjoni titlaq formalment lill-SGD …

Id-data tal- għeluq għandha tiġi stabbilita qabel ma l-istituzzjoni titlaq formalment lill-SGD li tkun qed tittrasferixxi u tissieħeb ma’ dik riċeventi.

65. It- tagħrif li jrid jintbagħat għandu jinkludi kwalunkwe ħaġa li l-SGD li tittrasferixxi u …

It- tagħrif li jrid jintbagħat għandu jinkludi kwalunkwe ħaġa li l-SGD li tittrasferixxi u l-SGD riċeventi flimkien iqisu bħala rilevanti, inkluż u fejn disponibbli:

  • a. tagħrif aggregat dwar il-kontribuzzjonijiet regolari kollha (u d- depożiti relatati) li jiġu ttrasferiti minn SGD waħda għall -SGD l- oħra, inkluż, fejn ikun rilevanti, tagħrif aggregat dwar il-flussi ta’ depożiti fl-istituzzjoni ta’ kreditu membru għal perjodu maqbul mi ż - żewġ SGD;
  • b. kwalunkwe verifiki, valutazzjonijiet u testijiet preċedentement imwettqa fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li tipproduċi fajls ta’ SCV u tagħrif ieħor preċedentement mitlub mill-SGD li tittrasferixxi, b’mod partikolari dwar il-kwalità tad-data pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu membru;
  • c. kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor, inkluż tagħrif dwar inċidenti li kważi seħħew relatati ma’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu membru.
66. L-SGD li tittrasferixxi ma għandhiex tintalab tikseb tagħrif ġdid bl-iskop li tittrasferixxih …

L-SGD li tittrasferixxi ma għandhiex tintalab tikseb tagħrif ġdid bl-iskop li tittrasferixxih lill-SGD riċeventi. L-SGD riċeventi ser ikollha s- setgħa li titlob l-aktar tagħrif aġġornat direttament mingħand l-istituzzjoni wara li taċċettaha bħala membru.

67. L-SGD li tittrasferixxi għandha tkun tista’ tirrifjuta li tikkondividi tagħ rif li, minħabba …

L-SGD li tittrasferixxi għandha tkun tista’ tirrifjuta li tikkondividi tagħ rif li, minħabba n-natura sensittiva tiegħu, ma jkunx jista’ jiġi kondiviż skont il- liġi nazzjonali jew tal-UE.

  • n. Il- modalitajiet għat -trasferiment tal- kontribuzzjonijiet regolari mħallsa matul it -12-il xahar ta’ qabel tmiem is - sħubija u l - munita użata għall - ħlas
68. Kwalunkwe spejjeż marbuta mal- ġbir tal-fondi mill-SGD li tittrasferixxi, fejn, pereżempju …

Kwalunkwe spejjeż marbuta mal- ġbir tal-fondi mill-SGD li tittrasferixxi, fejn, pereżempju, l-SGD li tittrasferixxi riċentament tkun għamlet żborż u tkun trid tiġbor fondi addizzjonali għat - trasferiment lill-SGD riċeventi, għandhom jitħallsu mill-SGD li tkun qed tittrasferixxi.

69. L-SGD riċeventi għandha tipprovdi lill-SGD li qed tittrasferixxi bid-dettalji tal-kont u …

L-SGD riċeventi għandha tipprovdi lill-SGD li qed tittrasferixxi bid-dettalji tal-kont u kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor sabiex ikun jista’ jsir it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet. Il-kontijiet u l-metodu ta’ trasferiment tal-fondi magħżula għandhom jiżguraw l-akbar sigurtà tal-fondi u l-puntwalità tat-trasferiment.

70. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-SGD li qed tittrasferixxi tipprovdi …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-SGD li qed tittrasferixxi tipprovdi fondi fil-munita li biha oriġinarjament ikunu ġew ipprovduti l-kontribuzzjonijiet. L-SGD riċeventi għandha tħallas l- ispejjeż ta’ kwalunkwe operazzjonijiet relatati mal-kambju tal-munita.

  • o. It-trattament tal-impenji tal- ħlas, inkluż it -trasferiment potenzjali tal-impenji magħmula fl - aħħar 12 - il xahar
71. Skont il-paragrafu 13(d) tal-linji gwida tal-EBA dwar l-impenji tal- ħlas għall -iskemi ta’ …

Skont il-paragrafu 13(d) tal-linji gwida tal-EBA dwar l-impenji tal- ħlas għall -iskemi ta’ garanzija tad- depożiti5 , meta istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u minflok tissieħeb ma’ SGD oħra, l-SGD li tittrasferixxi għandha tiżgura li l-mezzi finanzjarji li jikkorrespondu għall - perjodu ta’ 12-il xahar qabel tmiem is- sħubija jiġu ttrasferiti lill-SGD riċeventi, billi:

  • • tinforza l-impenji u tittrasferixxi r-rikavat lill-SGD riċeventi; jew
  • • terġa’ tassenja l- arranġament tal-impenji tal- ħlas lill-SGD riċeventi bi qbil ma’ din tal-aħħar u mal-istituzzjoni ta’ kreditu.

5 EBA/GL/2015/09.

72. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sa meta l-SGD li …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sa meta l-SGD li tittrasferixxi, fejn rilevanti bi qbil mal-istituzzjoni ta’ kreditu, għandha tiddeċiedi liema waħda miż - żewġ għażliet ser issegwi. Il-ftehimiet ma għandhomx jispeċifikaw l- għażla minn qabel, minħabba li d- deċiżjoni tkun speċifika għall - każ.

73. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li tinforza l-impenn u tittrasferixxi r-rikavat …

Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li tinforza l-impenn u tittrasferixxi r-rikavat lill-SGD riċeventi, għandhom japplikaw id-di spożizzjonijiet stipulati fit- taqsima msemmija fuq dwar il-modalitajiet għall -avvanz tal-kontribuzzjonijiet regolari mħallsa matul l- aħħar 12-il xahar qabel tmiem is- sħubija.

74. Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li ma tinfurzax l-impenji tal- ħlas, hija għandha …

Meta l-SGD li tittrasferixxi tiddeċiedi li ma tinfurzax l-impenji tal- ħlas, hija għandha timpenja ruħha mal-SGD riċeventi sabiex tistabbilixxi jekk l-SGD riċeventi hijiex lesta li taċċetta l-assenjazzjoni mill- ġdid ta’ dawk l-impenji tal- ħlas. L-assenjazzjoni mill- ġdid tista’ sseħħ biss wara qbil miż - żewġ SGD. Meta l-SGD riċeventi tirrifjuta l-assenjazzjoni mill- ġdid, l-SGD li tittrasferixxi għandha tinforza l-impenji tal- ħlas u tittrasferixxi r-rikavat lill-SGD riċeventi.

  • p. Skeda ta’ żmien għat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet
75. Sħubija ta’ SGD hija kundizzjoni meħtieġa sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tieħu …

Sħubija ta’ SGD hija kundizzjoni meħtieġa sabiex istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tieħu depożiti. Barra minn hekk, l-SGD riċeventi għandha tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha lejn id- depożitanti tal-istituzzjoni ta’ kreditu membru mill-ewwel jum. Għalhekk, it-trasferiment ta’ sħubija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jseħħ mingħajr xkiel. Dan jimplika li t-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet minn SGD għal oħra għandu jseħħ fl-istess jum li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu membru titlaq SGD waħda biex tissieħeb mal-SGD l- oħra. L- arranġament sabiex it-trasferiment isir fl-istess jum jelimina wkoll ir-riskju li l-SGD li tittrasferixxi tuża l-fondi kkontribwiti minn din l-istituzzjoni fi żborż jew riżoluzzjoni wara li l-istituzzjoni ta’ kreditu membru tkun inħallet mill-SGD li tittrasferixxi.

76. Meta l-SGD riċeventi tkun lesta li tieħu r-riskju li taċċetta l-istituzzjoni ta’ kreditu membru …

Meta l-SGD riċeventi tkun lesta li tieħu r-riskju li taċċetta l-istituzzjoni ta’ kreditu membru ġ dida mingħajr ma tirċievi t-trasferiment fl-istess jum, hija għandha taqbel fuq id-data tal-għeluq għat -trasferiment mal-SGD li tittrasferixxi.

  • q. Il- lingwa użata
77. L-SGD għ andhom jikkomunikaw bl- Ingliż meta jibagħtu t- tagħrif minn SGD waħda lill-SGD …

L-SGD għ andhom jikkomunikaw bl- Ingliż meta jibagħtu t- tagħrif minn SGD waħda lill-SGD l-oħra, sakemm ma jaqblux b’mod bilaterali li tintuża lingwa oħra.

  • r. L- ispejjeż assoċjati mat -trasferiment tal-kontribuzzjonijiet
78. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifi kaw li l-SGD riċeventi hija responsabbli għal …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifi kaw li l-SGD riċeventi hija responsabbli għal kwalunkwe spejjeż assoċjati mat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet (kemm jekk fondi jew impenji ta’ ħlas) mill-SGD li tittrasferixxi, u kwalunkwe spejjeż oħrajn assoċjati mat-trasferiment, inklużi traduzzjonijiet tat- tagħrif mitlub. Madankollu, fejn ikun meħtieġ, l-ispejjeż tal- ġbir tal-fondi għandhom jitħallsu mill-SGD li tkun qed tagħmel it-trasferiment.

  • s. It-trattament tad-dewmien
79. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li meta jkun hemm …

Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li meta jkun hemm dewmien fl- għoti tat- tagħrif jew tal-fondi, kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw mill-konsegwenzi ta’ tali dewmien għandhom jitħallsu mill-SGD responsabbli għad -dewmien.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.