+7.8 Dokumentazzjoni ta' appoġġ
---+56. Minbarra l-informazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.1-7.7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

7.8 Dokumentazzjoni ta' appoġġ

7.8 Dokumentazzjoni ta' appoġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
56. Minbarra l-informazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.1-7.7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Minbarra l-informazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.1-7.7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li huma jirċievu mill-istituzzjonijiet l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti kollha, inkluż il-minuti tal-kumitati rilevanti u l-laqgħat tal-korp tal-ġestjoni li jevidenzjaw stabbiliment u implimentazzjoni sodi tal-ILAAP u b'mod partikolari:

  • a. l-approvazzjoni tal-istabbiliment globali tal-ILAAP;
  • b. l-approvazzjoni tal-elementi tal-ILAAP ewlenin, bħall-pjan ta' finanzjament, il-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità, il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-likwidità, is-suppożizzjonijiet tat-test tal-istress u l-konklużjonijiet dwar ir-riżultati, aptit għar-riskju tal-finanzjament u likwidità speċifika, kompożizzjoni u daqs immirat tal-bafer tal-assi likwidi, eċċ.;
  • c. evidenza ta' diskussjoni dwar (bidliet) fil-profil tar-riskji tal-likwidità u tal-finanzjament, il-limitazzjoni tal-ksur, eċċ., inkluż deċiżjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-ġestjoni jew deċiżjonijiet espliċiti biex ma tittieħed l-ebda azzjoni;
  • d. eżempji ta' deċiżjonijiet sinifikanti fil-kumitati tal-approvazzjoni tal-prodotti l-ġodda li jevidenzjaw, jekk ikun applikabbli, l-użu tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-likwidità (LTP, liquidity transfer pricing) u l-fehmiet tar-riskji f'dawn id-deċiżjonijiet;
  • e. evidenza ta' diskussjoni tal-analiżi tal-fattibbiltà tal-pjan ta' finanzjament ibbażat fuq (il-bidliet) fil-volatilità u l-fond tas-swieq;
  • f. evidenza ta' deċiżjonijiet fuq l-azzjonijiet tal-ġestjoni relatati mar-riskju tal-likwidità intraġurnata wara eskalazzjoni interna minħabba avvenimenti ta' likwidità intraġurnata;
  • g. evidenza ta' diskussjoni tar-riżultat tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità u deċiżjoni dwar kwalunkwe (nuqqas ta') azzjoni tal-ġestjoni;
  • h. evidenza ta' diskussjoni dwar l-ittestjar regolari tal-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità u deċiżjonijiet dwar l-aġġustament tal-azzjonijiet tal-ġestjoni elenkati fil-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità;
  • i. deċiżjoni li għandha x'taqsam mad-daqs u l-kompożizzjoni tal-bafer tal-assi tal-likwidità;
  • j. evidenza ta' diskussjoni dwar l-ittestjar tal-valur tal-likwidità u taż-żmien meħtieġ għall-bejgħ jew repo, l-assi inklużi fil-bafer tal-assi tal-likwidità;
  • k. fejn disponibbli, l-awtovalutazzjonijiet interni li fihom l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu l-opportunità biex jiġġustifikaw il-livell ta' konformità tagħhom kontra kriterji pubblikament disponibbli dwar il-kontroll u l-ġestjoni tar-riskji li jaffettwaw l-ILAAP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.