+Titolu I – Suġġett, kamp taʼ applikazzjoni u definizzjonijiet
---+1. Suġġett

Titolu I – Suġġett, kamp taʼ applikazzjoni u definizzjonijiet

Titolu I – Suġġett, kamp taʼ applikazzjoni u definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Suġġett

1.1. Dawn il- linji gwida, li tħejjew f’konformità mal-Artikolu 50(4) tad-Direttiva 2014/59/UE (il-BRRD), jikkonċernaw l - iffissar tar -rati tal- konverżjoni tad -dejn f’ekwità f’rikapitalizzazzjoni interna. Dawn huma rilevanti wkoll għall - konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti fil -punt tan-nonvijabbiltà , peress li l -Artikolu 60(3)(d) jikkonforma mal-Artikolu 50, inklużi l -linji gwida tal- EBA, kundizzjoni għall - konverżjoni tal - istrumenti kapitali rilevanti.

1.2. L-Artikolu 50(1) jipprevedi li l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta japplikaw l - għodda tar - rikapit alizzazzjoni interna, jistgħu japplikaw rata differenti tal - konverżjoni għal klassijiet differenti ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet. Jekk huma jagħmlu dan, dan irid isir f’konformità ma: (i) il- prinċipju li r -rata tal- konverżjoni għandha tippreżenta kumpens xieraq lill - kredituri affettwati għal kwalunkwe telf imġarrab permezz ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni (l -Artikolu 50(2)); u (ii) il- prinċipju li r -rati tal- konverżjoni applikabbli għall - obbligazzjonijiet li jitqiesu bħala prijoritarji skont il - liġi tal - insolvenza applikabbli għandhom ikunu ogħla mir -rata tal- konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati (l -Artikolu 50(3)).

1.3. L-Artikolu 50(4) jirrikjedi li dawn il-linji gwida jindikaw, b’mod partikolari, kif il-kredituri affe ttwati jistgħu jiġu kkumpensati b’mod adegwat permezz tar -rata tal- konverżjoni, u r -rati tal- konverżjoni relattivi li jistgħu jkunu adegwati biex jirriflettu l -prijorità tal-obbligazzjonijiet prijoritarji skont il - liġi tal - insolvenza applikabbli.

1.4. L-awtorit ajiet ta’ riżoluzzjoni mhumiex obbligati mill - BRRD li jiffissaw rati tal - konverżjoni differenzjali u meta japplikaw l- għodda tar - rikapitalizzazzjoni interna jew is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni tal - istrumenti kapitali, jistgħu jagħżl u li jikkonvertu kull strument jew obbligazzjoni f’ekwità bl - istess rata, diment li dawn jilħqu l - objettivi tar- riżoluzzjoni u jirrispettaw is - sekwenza tal -valwazzjoni negattiva u l- konverżjoni fl-Artikolu 48, il - prinċipji tar - riżoluzzjoni fl -Artikolu 34, id- dritt għal proprjetà skont il - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u, fil- każ tal - għodda tar - rikapitalizzazzjoni interna, is - salvagwardja “li l - ebda kreditur ma jmur agħar” inkorporata fl -Artikolu 75. Dawn il-linji gwida jipprovdu gwida dwar l-i ffissar tar -rati tal- konverżjoni billi jittieħdu inkunsiderazzjoni dawk il-fatturi.

1.5. Dawn il-linji gwida jipprevedu l- iffissar ta’ rati tal - konverżjoni differenzjali għal klassijiet ta’ strumenti li jvarjaw fil - klassifikazzjoni tagħhom fil - ġerarkija tal -kredituri tal- insolvenza nazzjonali rilevanti minħabba raġunijiet statutorji jew kuntrattwali. Dawn ma jipprevedu l - ebda ffissar ta’ rati tal - konverżjoni differenzjali għal klassijiet ta’ strumenti li jvarjaw, pereżempju, fit -trattament regolatorju jew tal-ko ntabbiltà tagħhom, iżda mhux fil - klassifikazzjoni tagħhom fil - ġerarkija tal -kredituri tal- insolvenza nazzjonali rilevanti. 2. Kamp u livell ta’ applikazzjoni

1.6. Dawn il- linji gwida huma indirizzati lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jekk dawn ikunu qegħdin jikku mpensaw lil kredituri b’rati tal - konverżjoni differenzjali filwaqt li japplikaw l - għodda tar- rikapitalizzazzjoni interna għal istituzzjoni, entità msemmija fl -Artikolu 1(b), (c) jew (d) tal- BRRD, jew għall - pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li jiġu trasferiti f'istituzzjoni tranżitorja jew taħt l - għodda ta’ bejgħ ta’ negozju jew l - għodda tas - separazzjoni tal - assi u bl- użu tal - possibbiltà li jiġu stabbiliti rati tal - konverżjoni differenzjali. Dawn huma rilevanti wkoll għall - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta japplikaw is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti fil -punt tan- nonvijabbiltà. Dan huwa bbażat fuq l -Artikolu 60(3)(d), li jirrikjedi li tali strumenti jistgħu jiġu kkonvertiti biss meta r - rata tal-konve rżjoni li tiddetermina l - għadd ta’ strumenti tal -Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir- rigward ta’ kull strument kapitali rilevanti, tikkonforma mal - prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 50 u dawn il-linji gwida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.