+39. Fir - reviżjoni tal - profil tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti …
|
39. Fir - reviżjoni tal - profil tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti …
Fir - reviżjoni tal - profil tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l- informazzjoni rilevanti kollha dwar l - esponimenti għar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni, inkluż l - informazzjoni taħt il - paragrafu 37 u n - nuqqasijiet materjali identifikati fil - kontrolli fl -organizzazzjoni u l-istituzzjoni kollha tal - ICT taħt it -Titolu 2 ta’ dawn il - Linji Gwida, u, fejn rilevanti, għandhom jirrevedu din l- informazzjoni b’mod proporzjonat. Bħala parti minn din ir - reviżjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: - a. l- impatt potenzjali ta’ tfixkil sinifikanti dwar is - sistemi tal -ICT tal-istituzzjoni dwar is- sistema finanzjarja jew fil - livell domestiku jew fil - livell internazzjonali;
- b. jekk l - istituzzjoni tistax tkun soġġetta għal riskji ta’ sigurtà tal - ICT jew għal riskji ta’disponibbiltà u kontinwità tal - ICT minħabba dipendenzi tal - internet, adozzjoni għolja ta’ soluzzjonijiet innovattivi tal - ICT jew mezzi ta’ distribuzzjoni tan - negozju oħrajn li jistgħu jagħmluha aktar soġġetta għal ċiberattakki;
- c. jekk l - istituzzjoni tistax tkun aktar esposta għal riskji ta’ sigurtà, riskji ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT jew riskji ta’ bidla tal - ICT minħabba l - kumplessità (eż. bħala riżultat ta’ fużjonijiet jew akkwisti) jew in -natura skaduta tas- sistemi tal - ICT tagħha;
- d. jekk l - istituzzjoni hijiex qiegħda timplimenta bidliet materjali fis - sistemi tal - ICT u/jew funzjoni tal- ICT tagħha (eż. bħala riżultat ta’ fużjonijiet, akkwisti, ċessjonijiet jew is -sostituzzjoni tas-sistemi ewlenin tal - ICT tagħha), li jistgħu jolqtu b’mod ħażin l - istabbiltà jew il - funzjonament tajjeb tas - sistemi tal - ICT u jistgħu jirriżultaw f’disponibbiltà u riskji ta’ kontinwità materjali tal- ICT, riskji ta’ sigurtà tal - ICT, riskji ta’ bidla tal - ICT jew riskji ta’ integrità tad -data tal-ICT;
- e. jekk l - istituzzjoni esternalizzatx is - servizzi tal - ICT jew is - sistemi tal - ICT fi ħdan jew ‘il barra mill - grupp li jista’ jesponiha għal riskji ta’ esternalizzazzjoni materjali tal -ICT;
- f. jekk l - istituzzjoni tkunx qed timplimenta miżuri aggressivi ta’ tnaqqis tal - ispejjeż tal -ICT li jistgħu jirriżultaw fit - tnaqqis ta’ investimenti u riżorsi tal - ICT u għarfien espert tal - IT meħtieġa u li jistgħu jżidu l - esponiment għal kull tip ta’ riskju tal - ICT fit - tassonomija;
- g. jekk il -post tal- operazzjonijiet/ċentri tad - data importanti tal - ICT (eż. reġjuni, pajjiżi) jistax jesponi lill - istituzzjoni għal diżastri naturali (eż. għargħar, terremoti), instabbiltà politika jew kunflitti tax - xogħol u disturbi ċivili li jistgħu jirriżultaw f’żieda materjali tar - riskji ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT u riskji ta’ sigurtà tal -ICT.
3.2.2 Reviżjoni tas-sistemi u s-servizzi kritiċi tal-ICT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|