+98. Sabiex jikkunsidraw jekk skopertura sofrietx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u fil …

98. Sabiex jikkunsidraw jekk skopertura sofrietx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u fil …

Sabiex jikkunsidraw jekk skopertura sofrietx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u fil - kejl ta’ ECL fuq 12 - il xahar u ECL tul il - ħajja meħtieġa, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ governanza, sistemi u kontrolli sodi, skont il - prinċipji speċifikati f'dawn il -linji gwida. Sakemm ma jkunux stabbiliti diġà, l - istituzzjonijeit ta’ kreditu għandhom jimplimentaw sistemi li jkunu kapaċi jimmaniġġjaw u b’mod sistematiku jivvaluta w l- ammonti kbar ta’ informazzjoni li ser ikunu meħtieġa biex jiġi ġġudikat jekk skoperturi ta’ għoti ta’ self jew gruppi ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self partikolari jurux żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, u biex jitkejjel l- ECL tul il - ħajja, fejn dak ikun il - każ. Impriżi omm u sussidjarji soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE għandhom jiżguraw li l - approċċ ikun konsistenti fil - grupp. B’mod partikolari, dan għandu jinkludi l - implimentazzjoni ta’ proċessi biex jiġi żgurat li previżjonijiet tal- kundizzjonijiet ekonomiċi f’ġurisdizzjonijiet u f’setturi ekonomiċi differenti jiġu riveduti u approvati mill - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u li l - proċess, il - kontrolli u s - suppożizzjonijiet ekonomiċi madwar il - previżjonijiet u r -rabta ta’ daw n mal - aspettattivi tat - telf ta’ kreditu jkunu konsistenti fil - grupp. Il - ħtieġa għall - konsistenza m’għandhiex tiġi interpretata bħala rekwiżit li l - prattika għandha tkun identika fi grupp. Anzi, fi ħdan qafas konsistenti jista’ jkun hemm differenzi f’ġurisdizzjonijiet u fi prodotti, skont, pereżempju, id - disponibbiltà tad - data. Dawn id- differenzi għandhom ikunu dokumentati u ġustifikati sew.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.