+107. L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux …

107. L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux …

L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ indikaturi fil - valutazzjoni ta’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu:

  • a. deċiżjoni mill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu b’tali mod li, jekk toriġina mill - ġdid skopertura ta’ għoti ta’ self eżistenti fid -data tar- rappurtar, l - element tal - prezz tal - iskopertura tal - għoti ta’ telf li jirrifiletti r - riskju tal - kreditu tal - iskopertura jkun sinifikament ogħla minn kemm kien meta s - self fil - fatt oriġina, minħabba żieda fir - riskju tal -kr editu tal - mutwatarju speċifiku jew il - kategorija tal - mutwatarji mill - bidu;
  • b. deċiżjoni mill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu biex jissaħħaħ il - kollateral u/jew ir- rekwiżiti tal - patt għal skoperturi ta’ għoti ta’ self ġodda li jkunu simili għal skoperturi ta’ għoti ta’ self li diġà ġew oriġinati, minħabba bidliet fir - riskju tal - kreditu ta’ dawk l - iskoperturi mir - rikonoxximent inizjali;
  • c. deklassifikazzjoni ta’ mutwatarju minn aġenzija tal - klassifikazzjoni tal - kreditu rikonoxxuta, jew fi ħdan sistema tal - klassifikazzjoni tal - kreditu interna ta’ istituzzjoni ta’ kreditu;
  • d. għal skoperturi ta’ għoti ta’ self produttivi soġġetti għal monitoraġġ u reviżjoni individwali, sommarju tal - valutazzjoni tal - kreditu/indikatur tal - kwalità tal - kreditu intern li hu aktar dgħajjef mir - rikonoxximent inizjali;
  • e. deterjorament ta’ determinanti rilevanti tar - riskju tal - kreditu (eż. flussi ta’ flus futuri) għal obbligant individwali (jew grupp ta’ obbliganti); u
  • f. aspettattiva ta’ modifika minħabba diffikultajiet finanzjarji, inklużi dawk li jikkwalifikaw bħala tolleranza skont ir - Regolament (UE) 2015/227.

Filwaqt li l - implimentazzjoni tal -IFRS 9 għandha tirrifletti prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu fejn ikun possibbli, f’ċerti każijiet dak ma jkunx xieraq. Jekk, pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu timmaniġġja l - maġġor parti tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self bl - istess mod irrispettivament mir - riskju tal - kreditu — bl- eċċezzjoni biss ta’ krediti partikolarment qawwija jew dgħajfa — il- manjiera li fiha skopertura ta’ self tiġi mmaniġġjata aktarx ma tkunx indikatur sod ta’ jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.