+141. Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - …

141. Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - …

Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - provvedimenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu qed issegwi l - politiki u l - prattiki konsistenti mal - prinċipji tal - kejl tal - ECL deskritti f’dawn il -linji gwida, inklużi, iżda mhux limitati għal, dawn li ġejjin:

  • a. il- proċeduri użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex tkejjel l - ECL ikunu robusti u f’waqthom u jqisu kriterji bħal valutazzjonijiet aġġornati ta’ mitiganti tar - riskju tal - kreditu (u, b’mod partikolari, kollateral, ir- riskju residwu wara li jitqiesu l - mitiganti, il - korrelazzjoni ta’ dak ir - riskju mal - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarji u l - impatt potenzjali f’termini tal - effettività tal - protezzjoni), stimi tal - flussi ta’ flus ibbażati fuq valutazzjonijiet ta’ fatturi speċifiċi għall - mutwatarji u kundizzjonijiet makroekonomiċi attwali u futuri, flimkien ma’ informazzjoni oħra li tħares ‘il quddiem li taffettwa l - kapaċità tal - ġbir mistennija tal - iskopertura tal - għoti ta’ self tal- istituzzjoni ta’ kreditu;
  • b. il- qafas u l- metodoloġija għall - istabbiliment ta’ provvedimenti, jekk jiġux determinati kollettivament jew individwalment, ikunu robusti;
  • c. il- provvedimenti aggregati fuq skoperturi ta’ għoti ta’ self ikunu xierqa skont ir - rekwiżiti kontabilistiċi xierqa u fir -rigward tal- iskopertura tar - riskju tal - kreditu fil - portafoll tal - istituzzjoni ta’ kreditu;
  • d. l- impossibbiltà tal - ġbir tiġi rikonoxxuta fil - perjodu xieraq permezz ta’ provvedimenti jew tħassir; u
  • e. irrispettivament mill - metodu li jintuża biex jiġi ddeterminat l - ECL, i l- proċessi interni tal - istituzzjoni ta’ kreditu għall - kejl tal - ECL iqisu r - riskju tal - kreditu li l - istituzzjoni ta’ kreditu ħadet u l - bidliet fir - riskju tal - kreditu tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self tal - istituzzjoni ta’ kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.