+4. Linji Gwida dwar il- kriterji ta’ kif jiġi stipulat l - ammont monetarju minimu tal- PII jew garanzija komparabbli oħra
---+Linja Gwida 1: Assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u garanzija komparabbli
---+Linja Gwida 2: Kriterji u indikaturi
---+Linja Gwida 3: Formula
---+Linja Gwida 4: Pubblikazzjoni
---+Linja Gwida 5: Kalkolu tal - kriterju tal - profil tar - riskju
---+Linja Gwida 6: Kalkolu tal - kriterju tat - tip ta’ attività
---+Linja Gwida 7: Kalkolu tal - kriterju tad - daqs ta’ attività
---+Linja Gwida 8: Kriterju ta’ garanzija komparabbli
---+Linja Gwida 9: Rieżami

4. Linji Gwida dwar il- kriterji ta’ kif jiġi stipulat l - ammont monetarju minimu tal- PII jew garanzija komparabbli oħra

4. Linji Gwida dwar il- kriterji ta’ kif jiġi stipulat l - ammont monetarju minimu tal- PII jew garanzija komparabbli oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Linja Gwida 1: Assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u garanzija komparabbli

1.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw il - PII u garanzija komparabbli reċiprokament esklussivi u jenħtieġ li jitolbu lill - impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni biex iżommu l -PII jew il- garanzija komparabbli.

1.2 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -PII jew il- garanzija komparabbli miżmuma mill- impriżi, għall -fini tal- Artikolu 5(2) u (3) tal - PSD2, ikopru l - obbligazzjonijiet tagħhom kif ġej:

  • (a) fil- każ ta’ impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu PIS, l - obbligazzjonijiet speċifikati fl -Artikoli 73, 89, 90 u 92 tal - PSD2;
  • (b) fil- każ ta’ impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu AIS, l - obbligazzjonijiet vis - à - vis il - fornituri ta' servizzi ta' pagament li jġestixxu l -kont (ASPSP) jew l- utent ta’ servizzi ta' pagament li jirriżultaw minn aċċess mhux awtorizzat jew frodulenti għal jew użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal - informazzjoni dwar il - kont ta’ pagament;
  • (c) fil- każ ta’ impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu PIS u AIS, l - obbligazzjonijiet imsemmija kemm fil - punt (a) kif ukoll fil - punt (b) ta’ din il -Linja Gwida.

1.3 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l - ammont monetarju minimu tal -PII jew garanzija komparabbli jkopru l -k ostijiet u l - ispejjeż imġarrba mill - utenti ta’ servizzi ta’ pagament u l - ASPSPs li jitolbu lill - impriżi jirrimborżaw telf li jirriżulta minn obbligazzjoni waħda jew aktar imsemmija fl - Artikolu 5(2) u (3) tal - PSD2.

1.4 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżgura w li l- ammont monetarju minimu tal -PII jew garanzija komparabbli jippermettu lill - impriżi jissodisfaw l - obbligazzjonijiet tagħhom b’mod effettiv b’rabta mal - attivitajiet tagħhom billi jivverifikaw li l -PII jew il- garanzija komparabbli ma jkollha l - ebda eċċess, li jista’ jitnaqqas jew l - ebda livell limitu li jista’ jippreġudika ħlasijiet lura li jirriżultaw mit - talbiet għal rimborż ta’ utenti ta’ servizzi ta' pagament u ta’ ASPSPs, u li din tkun valida meta sseħħ l - obbligazzjoni. 1.5 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - ammont monetarju minimu tal -PII jew garanzija komparabbli jkopru t - territorji li fihom l - impriżi joffru s - servizzi, irrispettivament mill- pajjiżi li fihom huma stabbiliti l - utenti tagħhom jew il - post li fih jiġu pprovduti s - servizzi.

Linja Gwida 2: Kriterji u indikaturi

2. 1 Meta jistipulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli li għandhom jinżammu mill - impriżi, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il - kriterji li ġejjin u l - indikaturi tagħhom:

  • a. il- kriterju tal - p rofil tar- riskju:
i. ii. iii.il- valur ta’ talbiet għal rimborż, għall - obbligazzjonijiet imsemmija fl - Artikolu 5(2) u (3) tal - PSD2, li tkun irċeviet l - impriża; in- numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija minn impriża li tipprovdi PIS; in- numru ta’ kontijiet ta’ pagament li jiġu aċċessati minn impriża li tipprovdi AIS;
  • b. il- kriterju tat - tip ta’ attività;
i. ii. iii.jekk l- impriża tipprovdix esklussivament PIS jew AIS, jew it -tnejn li huma; jekk l- impriża tipprovdix servizzi ta’ pagament oħrajn kif imsemmi fl - Anness I għall - PSD2; jekk l- impriża hijiex involuta fin - negozju għajr is - servizzi ta’ pagament;
  • c. il- kriterju tad - daqs ta’ attività;
i. ii.għall - impriżi li jipprovdu PIS, il - valur tat - tranżazzjonijiet mibdija; għall - impriżi li jipprovdu AIS, in - numru ta’ klijenti li jagħmlu użu mill - AIS;
  • d. il- kriterju ta’ garanzija komparabbli;
i. ii.il- karatteristiċi speċifiċi tal - garanzija komparabbli; skattaturi għall - implimentazzjoni tal - garanzija komparabbli.
Linja Gwida 3: Formula

3.1 Sabiex jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli li għandhom jinżammu mill - impriżi, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il - formula li ġejja:

L-ammont Ammont li monetarju minimu Ammont li Ammont li jirrifletti jirrifletti l-kriterju tal-PII = tal-profil tar- + jirrifletti l-kriterju + l-kriterju tad-daqs

jew garanzija tat-tip ta’ attività ta’ attività riskju komparabbli

3.2 Sabiex jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimlew l - indikaturi taħt kull kriterju bil - valuri rilevanti kif speċifikat fil -Linji Gwida 5 sa 7, huma jenħtieġ li jikkalkulaw l - ammont li jirrifletti kull kriterju separatament billi jgħoddu l - ammonti li jirriflettu l - indikaturi u jenħtieġ li jużaw l -ammonti li jirriżultaw fil - formula.

3.3 Il- valuri f’dawn il - Linji Gwida huma espressi f’euro. Fl - Istati Membri fejn il - munita uffiċjali mhijiex l - euro, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonvertu l - ammonti li jirriflettu l -kriterji fil-m unita nazzjonali ekwivalenti.

3.4 L- ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli kkalkulati mill -awtoritajiet kompetenti, u b’implikazzjoni wkoll mill - impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni, jenħtieġ li jiġu espressi bħala ċifra fis - sena.

Linja Gwida 4: Pubblikazzjoni

4.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jagħmlu l - kriterji, l - indikaturi u l - formula disponibbli pubblikament fil - ġurisdizzjoni tagħhom, sabiex jippermettu lill - impriżi jikkalkulaw l -ammont monetarju minimu tal -P II jew garanzija komparabbli qabel ma japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni.

Linja Gwida 5: Kalkolu tal - kriterju tal - profil tar - riskju

Valur ta’ talbiet għal rimborż riċevuti

5.1 Meta jikkalkulaw il - valur tal - indikatur “talbiet għal rimborż riċevuti”, l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il - valur aggregat tat - talbiet kollha għal rimborżi li jkunu saru mill- utenti ta’ servizzi ta’ pagament tal - impriża u mill - ASPSPs, fit - 12 - il xahar kalendarju preċedenti, għat - telf li jirriżulta minn obbligazzjoni waħda jew aktar imsemmija fl - Artikolu 5(2) u (3) tal - PSD2. 5.2 Jekk fit- 12 - il xahar preċedenti ma tkun saret l - ebda talba għal rimborżi lill - impriża, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur 0 għal dan l - indikatur fil - formula.

5.3 Għall - impriżi li fit - 12 - il xahar preċedenti ma offrew l - ebda servizz fi kwalunkwe ħin, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il - valur aggregat tat - talbiet kollha għal rimborżi imbassar mill - impriża għall -fini tal- applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni.

5.4 Jekk l- impriża ma tipprovdi l - ebda tbassir relatat mat - talbiet għal rimborż, jew jekk l - ammont li jirriżulta mill - applikazzjoni tal - valur totali mbassar tat - talbiet għal rimborżi ikun inqas minn EUR 50 000, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur ta’ 50 000 għal dan l - indikatur fil - formula.

In-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija minn impriżi li jipprovdu PIS

5.5 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw il - valur tal - indikatur “numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija” bħala s - somma tal - elementi li ġejjin, fejn N tirrappreżenta n - numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mill - impriża fit - 12 - il xahar preċedenti:

  • (a) 40 % tal- porzjon ta’ N sa u li jinkludi 10 000 pagament mibdi;

biż - żieda ta'

  • (b) 2 5 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 10 000 pagament mibdi sa u li jinkludi 100 000 pagament mibdi;

biż - żieda ta'

  • (c) 10 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 100 000 pagament mibdi sa u li jinkludi miljun pagament mibdi;

biż - żieda ta'

  • (d) 5 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn miljun pagament mibdi sa u li jinkludi 10 miljun pagament mibdi;

biż - żieda ta'

  • (e) 0.025 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 10 miljun pagament mibdi.

5.6 Għall - impriżi li fit - 12 - il xahar preċedenti ma offrew l - ebda servizz fi kwalunkwe ħin, l - awtor itajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw in - numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mbassar mill - impriża għall -fini tal- applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni. 5.7 Jekk l- impriża ma tipprovdi l - ebda tbassir relatat man - numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija, jew jekk l - ammont li jirriżulta mill - applikazzjoni tan - numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mbassar ikun inqas minn 50 000, l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur ta’ 50 000 għal dan l - indikatur fil - formula.

In-numru ta’ kontijiet ta’ pagament li jiġu aċċessati minn impriżi li jipprovdu AIS

5.8 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw il - valur tal - indikatur “numru ta’ kontijiet ta’ pagament aċċessati” bħala s - somma tal - elementi li ġejjin, fejn N tirrappreż enta n- numru ta’ kontijiet ta’ pagament differenti aċċessati fit - 12 - il xahar preċedenti minn impriża li tipprovdi AIS:

  • (a) 40 % tal- porzjon ta’ N sa u li jinkludi 10 000 kont aċċessati;

biż - żieda ta'

  • (b) 25 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 10 000 kont aċċessati sa u li jinkludi 100 000 kont aċċessati;

biż - żieda ta'

  • (c) 10 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 100 000 kont aċċessati sa u li jinkludi miljun kont aċċessati;

biż - żieda ta'

  • (d) 5 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn miljun kont aċċessati sa u li jinkludi 10 miljun kont aċċessati;

biż - żieda ta'

  • (e) 0.025 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 10 miljun kont aċċessati.

5.9 Għall - impriżi li fit - 12 - il xahar preċedenti ma offrew l - ebda servizz fi kwalunkwe ħin, fejn ik un rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw in - numru ta’ kontijiet ta’ pagament aċċessati mbassar mill - impriża għall -fini tal- applikazzjoni tagħha għal reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni, fejn rilevanti.

5.10 Jekk l- impriża ma tipprovdi l - ebda tbassir relatat man - numru ta’ kontijiet ta’ pagament aċċessati, jew jekk l - ammont li jirriżulta mill - applikazzjoni tan - numru ta’ kontijiet aċċessati mbassar ikun inqas minn 50 000, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur ta’ 50 000 għal da n l- indikatur fil - formula.

Linja Gwida 6: Kalkolu tal - kriterju tat - tip ta’ attività

6.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur 0 għal dan l - indikatur fil - formula għal dawk l - impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu PIS biss.

6.2 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur 0 għal dan l - indikatur fil - formula għal dawk l - impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu AIS biss.

6.3 Jekk impriża tapplika għal awtorizzazzjoni sabiex tipprovdi kemm PIS kif ukoll AIS, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu separatament għal kull servizz u jżidu l - ammonti li jirriżultaw biex jiksbu l - ammont monetarju minimu li jkopri ż - żewġ servizzi. Barra minn hekk, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l - arranġamenti tal - PII jew ta’ garanzija komparabbli jkopru l - provvediment kemm tal -PIS kif ukoll tal - AIS, li jirriflettu l - obbligazzjonijiet differenti msemmija fil - paragrafi (2) u (3), rispettivament, tal - Artikolu 5 tal- PSD2.

6.4 J ekk impriża tipprovdi xi servizz ta’ pagament ieħor kif imsemmi fil - punti 1 sa 6 fl - Anness I għall - PSD2, b’mod parallel mal -PIS jew mal- AIS, jew it - tnejn li huma, l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli għall - provvediment ta’ PIS jew AIS, jew it - tnejn li huma, mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti relatati mal - kalkolu ta’ kapital inizjali skont l - Artikolu 7 tal - PSD2 u/jew fondi proprji skont l - Artikolu 9 tal - PSD2.

6.5 Jekk impriża tkun involut a wkoll fin- negozju barra milli tipprovdi servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl - Anness I għall - PSD2 (attivitajiet ta’ servizzi mhux tal - pagament), l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jżidu fil - formula l - valur ta’ 50 000 flimkien mal - valuri meħtieġa għat - t ip ta’ attività li l - impriża għandha l - għan li tipprovdi.

6.6 Madankollu, jekk impriża li tkun involuta f’attivitajiet oħrajn ta’ servizzi mhux tal - pagament tista’ tagħti prova li l - involviment tagħha ma għandux impatt fuq il - provvediment ta’ PIS/AIS, jew minħabba li għandha garanzija li tkopri l - obbligazzjonijiet tagħha li jirriżultaw mill-attivitajiet l- oħrajn ta’ servizzi mhux tal - pagament jew inkella minħabba li l - awtorità kompetenti tkun talbet l - istabbiliment ta’ entità separata għan - negozju ta’ servizzi ta’ pagament, skont l - Artikolu 11(5) tal- PSD2, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l- valur 0 fil - formula.

Linja Gwida 7: Kalkolu tal - kriterju tad - daqs ta’ attività

7.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw l -ammont li jirrifletti l- kriterju tad - daqs ta’ attività għal impriża li tipprovdi PIS bħala s - somma tal - elementi li ġejjin, fejn N tirrappreżenta l - valur totali tat - tranżazzjonijiet kollha mibdija mill - impriża fit - 12 - il xahar preċedenti:

  • (a) 40 % tal- porzjon ta’ N sa u li jinkludi EUR 500 000;

biż - żieda ta'

  • (b) 25 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn EUR 500 000 sa u li jinkludi miljun euro;

biż - żieda ta'

  • (c) 10 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn miljun euro sa u li jinkludi EUR 5 miljun;

biż - żieda ta'

  • (d) 5 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn EUR 5 miljun sa u li jinkludi EUR 10 miljun;

biż - żieda ta'

  • (e) 0.025 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn EUR 10 miljun.

7.2 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw l -ammont li jirrifletti l- kriterju tad - daqs ta’ attività għal impriża li tipprovdi AIS bħala s - somma tal - elementi li ġejjin, fejn N tirrappreżenta n - numru ta’ utenti tal - AIS (klijenti), fejn kull klijent li jkun għamel użu mill - AIS fit- 12 - il xahar preċedenti jitqies separatament:

  • (a) 40 % tal- porzjon ta’ N sa u li jinkludi 100 klije nt;

biż - żieda ta'

  • (b) 25 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 100 klijent sa u li jinkludi 10 000 klijent;

biż - żieda ta'

  • (c) 10 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 10 000 klijent sa u li jinkludi 100 000 klijent;

biż - żieda ta'

  • (d) 5 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn 100 000 klijent sa u li jinkludi miljun klijent;

biż - żieda ta'

  • (e) 0.025 % tal- porzjon ta’ N ‘il fuq minn miljun klijent.

7.3 Għall - impriżi li fit - 12 - il xahar preċedenti ma offrew l - ebda servizz, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il - valur tat - tranżazzjonijiet kollha mibdija fil - każ ta' impriża li tipprovdi PIS, jew in- numru ta’ klijenti, fil - każ ta’ impriża li tipprovdi AIS, imbassar mill - impriża għall -fini tal- awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni tagħha. 7.4 Jekk l- impriża ma tipprovdi l - ebda tbassir relatat mal -val ur tat - tranżazzjonijiet kollha mibdija, fil - każ ta’ impriża li tipprovdi PIS, jew relatat man - numru ta’ klijenti, fil - każ ta’ impriża li tipprovdi AIS, jew jekk l - ammont li jirriżulta mill - applikazzjoni tal - valur tat - tranżazzjonijiet kollha mibdija mbassar, fil - każ ta’ impriża li tipprovdi PIS, jew tan - numru ta’ klijenti, fil - każ ta’ impriża li tipprovdi AIS, ikun inqas minn 50 000, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur ta’ 50 000 għal dawn l - indikaturi fil - formula.

Linja Gwida 8: Kriterju ta’ garanzija komparabbli

8.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitolbu lill - impriżi jżommu l - PII jew garanzija komparabbli.

Linja Gwida 9: Rieżami

9.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l - impriżi jirrieżaminaw, u jekk ikun meħtieġ ji kkalkulaw mill - ġdid, l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli tagħhom, u li jagħmlu dan mill - inqas fuq bażi annwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.