+4.1 Linji gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa mill - applikanti għall - a wtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ pagament għall - provvista tas - servizzi 1 - 8 tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366
|
4.1 Linji gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa mill - applikanti għall - a wtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ pagament għall - provvista tas - servizzi 1 - 8 tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366
Linja Gwida 1: Prinċipji ġenerali 1.1 Dan is- sett ta’ linji gwida japplika għall - applikanti għall - awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ pagament (PIs). Dan jinkludi applikanti li beħsiebhom jipprovdu xi servizz(i) (i)msemmi(ja) fil- punti 1 - 7 tal - Anness I tal - PSD2 jew is - servizz 8 flimkien ma’ servizzi oħra ta’ pagament. Applikanti li beħsiebhom jipprovdu biss is - servizz imsemmi fil - punt 8 tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (PSD2) huma soġġetti għas - sett ta’ linji gwida speċifiku għall - fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISPs) stabbilit fit - taqsima 4.2. 1.2 L- informazzjoni pprovduta mill - applikanti għandha tkun vera, kompluta, preċiża u aġġornata. L- applikanti kollha għandhom jikkonformaw mad - dispożizzjonijiet kollha fis - sett ta’ linji gwida li japplika għalihom. Il - livell ta’ dettall għandu jkun proporzjonat għad - daqs tal - applikant u l - organizzazzjoni interna, u għan - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni, il - kumplessità u r- riskju tas - servizz(i) partikolari li l - applikant beħsiebu jipprovdi. Fi kwalunkwe każ, skont id- Direttiva (UE) 2015/2366, id - diretturi u l - persuni responsabbli għall - ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ pagament huma ta’ reputazzjoni tajba u għandhom għarfien u esperjenza xierqa sabiex | iwettqu servizzi | ta’ pagament, irrispettivament mid - daqs tal - istituzzjoni, l -organizzazzjoni |
interna u n - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħha u d - dmirijiet u r - responsabbiltajiet tal - pożizzjoni speċifika. 1.3 Meta jippreżenta l - informazzjoni meħtieġa, l - applikant għandu jevita li jagħmel referenzi għal taqsimiet speċifiċi tal - proċeduri/dokumenti interni. Minflok, l - applikant għandu jagħżel it - taqsimiet rilevanti u jipprovdihom lill - awtorità kompetenti (AK). 1.4 Jekk l - AK ikunu jeħtieġu kjarifiki dwar l - informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata, l - applikant għandu jipprovdi din il - kjarifika mingħajr dewmien. 1.5 Id- data kollha mitluba taħt dawn il - linji gwida għall - awtorizzazzjonijiet bħala istituzzjonijiet ta’ pagament hija meħtieġa għall - valutazzjoni tal - applikazzjoni u ser tiġi ttrattata mill - AK skont l - obbligi ta’ segretezza professjonali stabbiliti f’PSD2, mingħajr preġudizzju għad - dritt tal -Unjoni applikabbli u r- rekwiżiti u l - proċeduri nazzjonali dwar l - eżerċizzju tad - dritt ta' aċċess, rettifika, kanċellazzjoni jew oppożizzjoni. Linja Gwida 2: Dettalji ta’ Identifikazzjoni 2.1 Id- dettalji ta’ identifikazzjoni li l - applikant għandu jipprovdi, għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja: - a) l- isem korporattiv tal - applikant u, jekk differenti, l - isem kummerċjali;
- b) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex diġà inkorporat jew fil - proċess li jiġi inkorporat;
- c) in- numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal -appl ikant, jekk applikabbli;
- d) l- istatus legali tal - applikant u (abbozz ta’) statut ta’ assoċjazzjoni u/jew dokumenti kostituzzjonali li jixhdu l - istatus legali tal - applikant;
- e) l- indirizz tal - uffiċċju prinċipali u l - uffiċċju rreġistrat tal - applikant;
- f) l-indirizz elettroniku u s - sit web tal - applikant, jekk disponibbli;
- g) l- isem(ismijiet) tal - persuna(i) inkarigati li jindirizzaw il - fajl ta’ applikazzjoni u l - proċedura ta’ awtorizzazzjoni, u d - dettalji ta’ kuntatt tagħhom;
- h) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant qatt kien, jew huwa attwalment irregolat minn awtorità kompetenti fis - settur tas - servizzi finanzjarji;
- i) kwalunkwe assoċjazzjoni kummerċjali fir - rigward tal - provvista ta’ servizzi ta’ pagament li l- applikant jippjana li jissieħeb magħha, fejn applikabbli;
- j) iċ - ċertifikat ta’ reġistru tal - inkorporazzjoni jew, jekk applikabbli, ċertifikat negattiv ta’ reġistru merkantili li jiċċertifika li l - isem applikat mill - kumpanija huwa disponibbli;
- k) evidenza tal - pagament ta’ kwalunkwe miżata jew tad - depożitu ta' fondi sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, fejn applikabbli skont il - liġi nazzjonali.
Linja Gwida 3: Programm ta’ operazzjonijiet 3.1. Il- programm ta’ operazzjonijiet li l - applikant għandu jipprovdi, għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: - a) deskrizzjoni pass pass tat - tip ta’ servizzi ta’ pagament previsti, inkluża spjegazzjoni ta’ kif l- attivitajiet u l - operazzjonijiet li ser ikunu pprovduti huma identifikati mill - applikant bħala adattati għal kwalunkwe waħda mill -ka tegoriji legali tas - servizzi ta’ pagament elenkati fl - Anness I ta’ PSD2.
- b) dikjarazzjoni ta’ jekk l - applikant, fi kwalunkwe punt, huwiex ser jidħol jew le fil - pussess ta' fondi;
- c) deskrizzjoni tal - eżekuzzjoni tas - servizzi differenti ta’ pagament, bid - dettalji tal - partijiet kollha involuti, u għal kull servizz ta’ pagament ipprovdut jiġu inklużi:
- i. dijagramma tal - fluss ta' fondi, sakemm l - applikant mhux beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ bidu ta’ pagament (PIS) biss;
- ii. arranġamenti ta’ saldu, sakemm l - applikant mhux beħsiebu jipprovdi PIS biss;
- iii. abbozz ta’ kuntratti bejn il - partijiet kollha involuti fil - provvista ta’ servizzi ta’ pagament inklużi dawk bl - iskemi ta’ kards ta’ pagament, jekk applikabbli;
- iv. ħinijiet ta’ pproċessar.
- d) kopja tal - abbozz tal - kuntratt qafas, kif definit fl - Artikolu 4(21) tal - PSD2;
- e) in- numru stmat ta’ bini differenti li minnu l - applikant beħsiebu jipprovdi s - servizzi ta’ pagament, u/jew iwettaq attivitajiet relatati mal - provvista tas - servizzi ta’ pagament, jekk applikabbli;
- f) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe servizz anċillari għas - servizzi ta' pagament, jekk applikabbli;
- g) dikjarazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex beħsiebu jagħti kreditu u, jekk iva, fi ħdan liema limiti;
- h) dikjarazzjoni ta’ jekk l - applikant jippjanax li jipprovdi servizzi ta’ pagament fi Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi wara l - għoti tal - liċenzja;
- i) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex beħsiebu, għat - tliet snin li ġejjin, jipprovdi jew diġà jipprovdi attivitajiet tan - negozju oħrajn kif imsemmi fl - Artikolu 18 tad - Direttiva (UE) 2015/2366, inkluża deskrizzjoni tat - tip u l - volum mistenni tal - attivitajiet;
- j) l- informazzjoni speċifikata fil - Linji gwida tal -EBA dwar il- kriterji dwar kif wieħed għandu jistipula l - ammont monetarju minimu tal - Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija kompa rabbli oħra skont l - Artikolu 5(4) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 fejn l - applikant beħsiebu jipprovdi s - servizzi 7 u 8 (PIS u servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AIS). Linja Gwida 4: Pjan tan - negozju
4.1. Il- pjan tan - negozju li għandu jiġi pprovdut mill - applikant għandu jinkludi: - a) pjan ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonsisti minn:
- i. analiżi tal - pożizzjoni kompetittiva tal -kumpanija fis- segment tas - suq ta’ pagament ikkonċernat;
- ii. deskrizzjoni tal - utenti ta’ servizzi ta’ pagament, materjali ta’ kummerċjalizzazz joni u kanali ta’ distribuzzjoni;
- b) fejn disponibbli għall - kumpaniji eżistenti, kontijiet annwali ċertifikati għat - tliet snin preċedenti, jew sommarju tas - sitwazzjoni finanzjarja għal dawk il - kumpaniji li għadhom ma pproduċewx kontijiet annwali;
- c) kalkolu ta’ previżjoni tal - baġit għall - ewwel tliet snin finanzjarji li juri li l - applikant ikun jista' juża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati li jippermettu lill - applikant jopera sew; dan għandu jinkludi:
- i. rapport tal - introjtu u previżjoni tal - karta t al- bilanċ, inklużi xenarji fil - mira u xenarji ta’ kriżi kif ukoll is - suppożizzjonijiet bażi tagħhom, bħall -volum u l- valur tat - tranżazzjonijiet, in - numru ta’ klijenti, l - ipprezzar, l - ammont medju għal kull tranżazzjoni, żieda mistennija fil - livell limitu t al- profittabilità;
- ii. spjegazzjonijiet tal - linji ewlenin ta' introjtu u nfiq, id -djun finanzjarji u l-assi kapitali;
- iii. dijagramma u tqassim dettaljat tal - flussi tal - flus stmati għat - tliet snin li ġejjin;
- d) informazzjoni dwar fondi proprji, inklużi l - ammont u t - tqassim iddettaljat tal - kompożizzjoni ta’ kapital inizjali kif stabbilit fl - Artikolu 7 ta’ PSD2;
- e) informazzjoni dwar, u kalkolu ta’, rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji skont il - metodu(i)
| msemmi(ja) | fl - Artikolu 9 tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (PSD2) kif iddeterminat mill - |
awtorità kompetenti, sakemm l - applikant mhux beħsiebu jipprovdi PIS biss, inklużi: - i. projezzjoni annwali tat - tqassim tal - fondi proprji għal tliet snin skont il - metodu użat;
- ii. projezzjoni annwali tal - fondi proprji għal tliet snin skont il - met odi l- oħrajn.
Linja Gwida 5: Organizzazzjoni strutturali 5.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - organizzazzjoni strutturali tal - impriża tiegħu li tkun tikkonsisti minn: - a) ċart organizzattiva dettaljata, li turi kull diviżjoni, dipartiment jew separazzjoni strutturali simili, inkluż l - isem tal - persuna(i) responsabbli, b’mod partikolari dawk inkarigati minn funzjonijiet ta’ kontroll intern; iċ - ċart għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjonijiet tal - funzjonijiet u r - responsabbiltajiet ta’ kull diviżjoni, dipartiment jew separazzjoni strutturali simili;
- b) previżjoni globali tan - numri tal - persunal għat - tliet snin li ġejjin;
- c) deskrizzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni operattivi rilevanti li tikkonsisti minn:
- i. l- identità u l - post ġeografiku tal - fornitur tal - esternalizzazzjoni;
- ii. l- identità tal - persuni fi ħdan l - istituzzjoni ta' pagament li huma responsabbli għal kull waħda mill - attivitajiet esternalizzati;
- iii. deskrizzjoni ċara tal - attivitajiet esternalizzati u l - karatteristiċi prinċipali tagħhom;
- d) kopja tal - abbozz tal - ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni;
- e) deskrizzjoni tal - użu ta’ fergħat u aġenti, fejn applikabbli, inklużi:
- i. immappjar tal - kontrolli barra mis - sit u fuq is - sit li l - applikant beħsiebu jwettaq, tal - anqas kull sena, fuq fergħat u aġenti u l - frekwenza tagħhom;
- ii. is- sistemi tal - IT, il - proċessi u l - infrastruttura li jintużaw mill - aġenti tal - applikant sabiex iwettqu attivitajiet f’isem l - applikant;
- iii. fil- każ tal - aġenti, il - politika tal - għażla, il - proċeduri ta’ monitoraġġ u t - taħriġ tal - aġenti u, fejn disponibbli, l - abbozz ta’ termini ta’ ingaġġ;
- iv. indikazzjoni tas - sistema ta’ pagament nazzjonali u/jew internazzjonali li l - applikant ser jaċċessa, jekk applikabbli;
- f) lista tal - persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom rabtiet mill - qrib mal - applikant, li tindika l- identitajiet tagħhom u n - natura ta’ dawk ir - rabtiet.
Linja Gwida 6: Evidenza tal - kapital inizjali 6.1 Għall - evidenza tal - kapital inizjali li għandha tiġi pprovduta mill - applikant (ta’ EUR 125 000 għas - servizzi 1 - 5 tal - Anness I ta’ PSD2; EUR 20 000 għas - servizz 6; u EUR 50 000 għas - servizz 7), l - applikant għandu jippreżenta d - dokumenti li ġejjin: - a) għal impriżi eżistenti, rendikont awditjat jew reġistru pubbliku li jiċċertifika l - ammont tal - kapital tal - applikant;
- b) għal impriżi li qegħdin fil - proċess ta' inkorporazzjoni, rendikont bankarju maħruġ minn bank li jiċċertifika li l - fondi huma ddepożitati fil - kont tal - bank tal - applikant.
Linja Gwida 7: Miżuri biex il - fondi tal - utenti ta’ servizzi ta’ pagament jiġu ssalvagwardjati (applikabbli għas - servizzi ta’ pagament 1- 6 biss) 7.1. Meta l - applikant jissalvagwardja l - fondi tal - utenti ta’ servizzi ta’ pagament permezz tad - depożitu tal - fondi f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu jew permezz ta’ investiment f’assi sikuri, likwidi u b’riskju baxx, id - deskrizzjoni t al- miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun fiha: - a) deskrizzjoni tal - politika ta’ investiment sabiex jiġi żgurat li l - assi magħżula huma likwidi, sikuri u b’riskju baxx, jekk applikabbli;
- b) in- numru ta’ persuni li għandhom aċċess għas - salvagwardja tal - kont u l -funz jonijiet tagħhom;
- c) deskrizzjoni tal - proċess amministrattiv u ta’ rikonċiljazzjoni sabiex jiġi żgurat li l - fondi tal - utenti ta’ servizzi ta’ pagament huma insulati fl - interess ta’ utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra l - pretensjonijiet ta’ kredituri oħra t al- istituzzjoni ta' pagament, b’mod partikolari fil - każ ta’ insolvenza;
- d) kopja tal - abbozz ta’ kuntratt bl - istituzzjoni ta’ kreditu;
- e) dikjarazzjoni espliċita mill - istituzzjoni ta' pagament tal - konformità mal - Artikolu 10 ta’ PSD2.
7.2. Fejn l - applikant jissalvagwa rdja l- fondi tal - utent ta’ servizzi ta’ pagament permezz ta’ politika ta’ assigurazzjoni jew garanzija komparabbli minn kumpanija ta’ assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu, id - deskrizzjoni tal - miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun fiha dan li ġej: - a) konf erma li l - politika ta’ assigurazzjoni jew garanzija komparabbli minn kumpanija ta’ assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu hija minn entità li mhijiex parti mill - istess grupp ta’ kumpaniji bħal tal - applikant;
- b) dettalji tal - proċess ta’ rikonċiljazzjoni f is- seħħ sabiex jiġi żgurat li fil - ħinijiet kollha l - politika ta’ assigurazzjoni jew il - garanzija komparabbli hija biżżejjed sabiex tissodisfa l - obbligi ta’ salvagwardja tal - applikant;
- c) durata u tiġdid tal - kopertura;
- d) kopja tal - (abbozz ta’) ftehim ta’ assigurazzjoni jew l - (abbozz ta’) garanzija komparabbli. Linja Gwida 8: Arranġamenti ta’ governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern
8.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - arranġament ta’ governanza u l - mekkaniżmi ta’ kontroll intern li tkun tikkonsisti minn: - a) immappjar tar - riskji identifikati mill - applikant, inkluż it - tip ta’ riskji u l - proċeduri li l - applikant ser jimplimenta biex jivvaluta u jevita dawn ir - riskji;
| b) il- proċeduri | differenti sabiex jitwettqu kontrolli perjodiċi u permanenti inkluż il - |
frekwen za u r- riżorsi umani allokati; - c) il- proċeduri kontabilistiċi li permezz tagħhom l - applikant ser jirreġistra u jirrapporta l - informazzjoni finanzjarja tiegħu;
- d) l- identità tal - persuna(i) responsabbli għall - funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż għal kontroll perjodiku, permanenti u ta’ konformità, kif ukoll curriculum vitae aġġornat;
- e) l- identità ta' kwalunkwe awditur li mhuwiex awditur statutorju skont id - Direttiva 2006/43/KE;
- f) il- kompożizzjoni tal - korp maniġerjali u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe korp ta’ sorveljanza jew kumitat ieħor;
- g) deskrizzjoni tal - mod li bih il - funzjonijiet esternalizzati huma mmonitorjati u kkontrollati sabiex jiġi evitat indeboliment fil - kwalità tal - kontrolli interni tal - istituzzjoni ta’ pagament;
- h) deskrizzjoni tal - mod li bih kwalunkwe aġent u fergħa huma mmonitorjati u kkontrollati fi ħdan il - qafas tal - kontrolli interni tal - applikant;
- i) fejn l - applikant huwa s - sussidjarju ta’ entità regolata fi Stat Membru ieħor tal - UE, deskrizzjoni tal - governanza tal - grupp.
Linja Gwida 9: Proċedura għall - monitoraġġ, trattar u segwitu tal - inċidenti ta’ sigurtà u lmenti tal - konsumaturi relatati mas - sigurtà 9.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - proċedura fis - seħħ sabiex isir monitoraġġ, trattament u segwitu tal - inċidenti ta’ sigurtà u tal - ilmenti tal - konsumaturi relatati mas - sigurtà li għandhom jiġu pprovduti mill - applikant, li għandu jkun fiha: - a) miżuri organizzattivi u għodod għall - prevenzjoni tal - frodi;
- b) dettalji tal - individwu(i) u korpi responsabbli għall - assistenza lill - klijenti f’każijiet ta’ frodi, kwistjonijiet tekniċi u/jew ġestjoni tal - pretensjoni;
- c) linji ta’ rappurtar f’każijiet ta' frodi;
- d) il- punt ta’ kuntatt għall - klijenti, inkluż isem u indirizz elettroniku;
- e) il- proċeduri għar - rappurtar tal - inċidenti, inkluża l - komunikazzjoni ta’ dawn ir -rap porti lill - korpi interni jew esterni, inkluża notifika ta’ inċidenti maġġuri lill - awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont l - Artikolu 96 ta’ PSD2, u f’konformità mal - linji gwida tal -EBA dwar ir-rappurtar tal - inċidenti taħt l - Artikolu msemmi.
- f) l- għodod ta’ monitoraġġ użati u l - miżuri u l - proċeduri ta’ segwitu fis - seħħ sabiex jittaffu r- riskji tas - sigurtà.
Linja Gwida 10: Proċess għall - preżentazzjoni, monitoraġġ, intraċċar u r - restrizzjoni tal - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti 10.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - proċess fis - seħħ sabiex jippreżenta, jimmonitorja, jintraċċa u jirrestrinġi l - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti li tikkonsisti minn: - a) deskrizzjoni tal - flussi tad - data kklassifikata bħala data sensittiva dwar pagamenti fil - kun test ta’ mudell kummerċjali tal - istituzzjoni ta’ pagament;
- b) il- proċeduri fis - seħħ sabiex jiġi awtorizzat l - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti;
- c) deskrizzjoni tal - għodda ta’ monitoraġġ;
- d) il- politika għad - dritt ta’ aċċess, bid - dettall tal - aċċess għall - komponenti u s - sistemi tal - infrastruttura kollha rilevanti, inklużi bażijiet tad - data u infrastrutturi ta’ riżerva;
- e) sakemm l - applikant mhux beħsiebu jipprovdi PIS biss, deskrizzjoni ta’ kif id - data miġbura tiġi ppreżentata;
- f) sakemm l - applikant mhux beħsiebu jipprovdi PIS biss, l - użu intern u/jew estern mistenni tad - data miġbura, inkluż mill - kontropartijiet;
- g) is- sistema tal -IT u l- miżuri tas - sigurtà teknika li ġew implimentati inkluż il - kriptaġġ u/jew it - tokenisation;
- h) identifikazzjoni tal - individwi, korpi u/jew kumitati b'aċċess għad - data sensittiva dwar pagamenti;
- i) spjegazzjoni ta’ kif il - ksur ser jiġi identifikat u indirizzat;
- j) programm annwali ta’ kontroll intern fir - rigward tas - sigurtà tas - sistemi tal - IT. Linja Gwida 11: L- arranġamenti dwar il - kontinwità tan - negozju
11.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - arranġamenti dwar il - kontinwità tan - negozju li tkun tikkonsisti mill - informazzjoni li ġejja: - a) analiżi tal - impatt fuq in - negozju, inklużi l - proċessi tan - negozju u l - għanijiet ta’ rkupru, bħal għanijiet ta’ ħin ta’ rkupru, għanijiet ta’ punt ta’ rkupru u assi protetti;
- b) l- identifikazzjoni tas - sit ta’ riżerva, aċċess għall - infrastruttura tal - IT, u s - softwer ewlieni u d- data għal irkupru minn diżastru jew tfixkil;
- c) spjegazzjoni ta’ kif l -appli kant ser jindirizza avvenimenti ta’ kontinwità u tfixkil sinifikanti, bħall - falliment ta’ sistemi ewlenin; it - telf ta’ data ewlenija; l - inaċċessibbiltà tal - bini; u t - telf ta’ persuni ewlenin;
- d) il- frekwenza li biha l - applikant beħsiebu jittestja l - kontinwità tan - negozju u l - pjanijiet ta’ rkupru minn diżastru, inkluż kif ir - riżultati tal - ittestjar ser jiġu rreġistrati;
- e) deskrizzjoni tal - miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu adottati mill - applikant, f’każijiet tat - terminazzjoni tas - servizzi ta’ pagament tiegħu, bl - iżgurar tal - eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament pendenti u t - terminazzjoni ta’ kuntratti eżistenti.
Linja Gwida 12: Il - prinċipji u d - definizzjonijiet applikabbli għall - ġbir ta’ data statistika dwar il - prestazzjoni, it - tranżazzjonijiet u l - frodi 12.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - prinċipji u d - definizzjonijiet applikabbli għall - ġbir tad - data statistika dwar il - prestazzjoni, it - tranżazzjonijiet u l - frodi li tikkonsisti mill - informazzjoni li ġejja: - a) it - tip ta’ data li tinġabar, fir -ri gward tal - klijenti, it - tip ta’ servizzi ta’ pagament, il - kanal, l - istrument, il - ġurisdizzjonijiet u l - muniti;
- b) il- kamp ta’ applikazzjoni tal - ġbir, f'termini tal - attivitajiet u l - entitajiet ikkonċernati, inkluż fergħat u aġenti;
- c) il- mezzi tal - ġbir;
- d) l- iskop ta l- ġbir;
- e) il- frekwenza tal - ġbir;
- f) dokumenti ta’ sostenn, bħal manwal, li jiddeskrivu kif taħdem is - sistema. Linja Gwida 13: Dokument dwar il - politika tas - sigurtà
13.1. L- applikant għandu jipprovdi dokument dwar il - politika tas - sigurtà li jkun fih l -informazzjoni li ġejja: | a) valutazzjoni jipprovdi, li | dettaljata tar - riskju tas - servizz(i) ta’ pagament li l - applikant beħsiebu għandha tinkludi riskji ta’ frodi u l - miżuri ta’ kontroll tas - sigurtà u tal - |
mitigazzjoni meħuda sabiex l - utenti ta’ servizzi ta’ pagament jiġu protetti b’mod adegwat kontra r - riskji identifikati; - b) deskrizzjoni tas - sistemi tal - IT, li għandha tinkludi:
- i. l- arkitettura tas - sistemi u l - elementi tan - netwerk tagħhom;
- ii. is- sistemi kummerċjali tal - IT li jappoġġjaw l - attivitajiet tan - negozju pprovduti, bħas - sit web tal - applikant, il - kartieri, il - magna ta’ pagament, il - magna ta’ ġestjoni tar -riskju u l- frodi, u l - kontabilità tal - klijent;
- iii. is- sistemi ta’ appoġġ tal - IT użati għ all-organizzazzjoni u l- amministrazzjoni tal - applikant, bħall - kontabilità, sistemi ta’ rappurtar legali, ġestjoni tal - persunal, ġestjoni tar - relazzjonijiet mal - klijenti, servers tal - posta elettronika u servers tal - fajls interni;
- iv. informazzjoni dwar jekk daw k is- sistemi humiex diġà użati mill - applikant jew mill - grupp tiegħu, u d - data ta’ implimentazzjoni stmata, jekk applikabbli;
- c) it - tip ta’ konnessjonijiet awtorizzati minn barra, bħal dawk ma’ sħab, fornituri tas - servizzi, entitajiet tal - grupp u impjegati li jaħdmu mill - bogħod, inkluż ir - raġunament għal dawn il - konnessjonijiet;
- d) għal kull waħda mill - konnessjonijiet elenkati taħt punt c), il - miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà loġika fis - seħħ, filwaqt li jiġi speċifikat il - kontroll li ser ikollu l - applikant fuq ta li aċċess kif ukoll in - natura u l - frekwenza ta’ kull kontroll, bħal dak tekniku kontra dak organizzattiv, dak preventiv kontra dak identifikattiv; u monitoraġġ f’ħin reali kontra reviżjonijiet regolari, bħall - użu ta’ direttorju attiv separat mill - grupp, il - ftuħ/l - għeluq tal - linji ta’ komunikazzjoni, il - konfigurazzjoni tat - tagħmir ta’ sigurtà, il - ġenerazzjoni ta’ ċertifikati ta’ awtentikazzjoni ewlenin jew tal - klijent, il - monitoraġġ tas - sistema, l - awtentikazzjoni, il - kunfidenzjalità tal - komunikazzjoni, l - identifikazzjoni ta’ intrużjoni, is - sistemi kontra l -virus u l- ġurnali;
- e) il- miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà loġika li jirregolaw l - aċċess intern għas - sistemi tal - IT, li għandhom jinkludu:
- i. in- natura teknika u organizzattiva u l - frekwenza ta’ kull miżura, bħal jekk hijiex preventiva jew identifikattiva u jekk issirx f’ħin reali;
- ii. kif il- kwistjoni ta’ segregazzjoni tal - klijenti relatata mal - ambjent hija indirizzata f’każijiet fejn ir - riżorsi tal - IT tal - applikant huma kondiviżi;
- f) il- miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà fiżika tal - bini u ċ - ċentru tad - data tal - applikant, bħal kontrolli ta’ aċċess u sigurtà ambjentali;
- g) is- sigurtà tal - proċessi ta’ pagament, li għandha tinkludi:
- i. il- proċedura ta’ awtentikazzjoni tal - klijent użata kemm għal aċċess konsultattiv kif ukoll dak tranżazzjonali, u għall - istrumenti kollha ta' pagament sottostanti;
- ii. spjegazzjoni dwar kif it - twettiq sikur għall - utent ta’ servizzi ta’ pagament leġittimu u l- integrità ta’ fatturi ta’ awtentikazzjoni, bħat - tokens ta’ ħardwer u applikazzjonijiet mobbli, huma żgurati, fiż - żmien tar - reġistrazzjoni inizjali kif ukoll tat - tiġdid;
- iii. deskrizzjoni tas - sistemi u l - proċeduri li l - applikant għandu fis - seħħ għal analiżi ta’ tranżazzjoni u l - identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jew mhux tas - soltu;
- h) valutazzjoni dettaljata tar -riskju fir- rigward tas - servizzi ta’ pagament tagħha, inkluż il - frodi, b’rabta mal - miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni spjegati fil - fajl ta’ applikazzjoni, li juru li r- riskji huma indirizzati;
- i) lista tal - proċeduri ewlenin bil - miktub fir - rigward tas - sistemi tal - IT tal - applikant jew, għal proċeduri li għadhom ma ġewx formalizzati, data stmata għall - finalizzazzjoni tagħhom.
Linja Gwida 14: Mekkaniżmi ta’ kontroll intern għall - konformità mal - obbligi fir - rigward tal - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (obbligi AML/CFT) 14.1. Id- deskrizzjoni tal - mekkaniżmi ta’ kontroll intern li l - applikant stabbilixxa sabiex, fejn applikabbli, jikkonforma ma’ dawn l - obbligi, għandu jkun fiha l - informazzjoni li ġejja: - a) il- valutazzjoni tal - applikant tar - riskji ta’ ħasil tal - flus u ta’ finanzjament tat - terroriżmu assoċjati man - negozju tiegħu, inklużi r - riskji assoċjati mal - klijentela tal - applikant, il - prodotti u s - servizzi pprovduti, il - kanali ta’ distribuzzjoni użati u ż - żoni ġeografiċi ta’ operazzjoni;
- b) il- miżuri li l - applikant għandu jew ser jimplimenta sabiex itaffi r - riskji u jikkonforma ma’ obbligi applikabbli għal ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u l- ġlieda kontra l - finanzjament tat -
| terroriżmu, | inkluż il - proċess ta’ valutazzjoni tar - riskju tal - applikant, il - politiki u l - |
proċeduri sabiex jikkonforma ma’ rekwżiti relatati mad - diliġenza dovuta tal - klijent, u l - politiki u l - proċeduri sabiex jidentifika u jirrapporta tranżazzjonijiet jew attivitajiet suspettużi; - c) is- sistemi u l- kontrolli li l - applikant għandu jew ser jimplimenta sabiex jiżgura li l - fergħat u l- aġenti tiegħu jikkonformaw ma’ rekwiżiti applikabbli relatati mal - ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u l- ġlieda kontra l - finanzjament tat - terroriżmu, inkluż f’każijiet fejn l - aġent jew il - fergħa jinsabu fi Stat Membru ieħor;
- d) arranġamenti li l - applikant għandu jew ser jimplimenta sabiex jiżgura li l - persunal u l - aġenti huma mħarrġa kif xieraq fi kwistjonijiet relatati mal - ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u l- ġlieda kontra l -fina nzjament tat - terroriżmu;
- e) l- identità tal - persuna inkarigata sabiex tiżgura l - konformità tal - applikant mal - obbligi ta’ ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u l- ġlieda kontra t - terroriżmu, u evidenza li l - għarfien espert tagħhom relatat mal - ġlieda kontra l - ħasil ta l-flus u l- ġlieda kontra t - terroriżmu huwa biżżejjed sabiex huma jkunu jistgħu jissodisdaw dan ir - rwol b'mod effettiv;
- f) is- sistemi u l - kontrolli li l - applikant għandu jew ser jimplimenta sabiex jiżgura li l - politiki u l- proċeduri tiegħu relatati mal - ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u l- ġlieda kontra l - finanzjament tat - terroriżmu jibqgħu aġġornati, effettivi u rilevanti;
- g) is- sistemi u l - kontrolli li l - applikant għandu jew ser jimplimenta sabiex jiżġura li l - aġenti ma jesponux l - applikant għal riskju miżjud tal - ħasil tal - flus u tal - finanzjament tat - terroriżmu;
- h) il- manwal relatat mal - ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u kontra t - terroriżmu għall - persunal tal - applikant.
Linja Gwida 15: Valutazzjoni tal - identità u l - idoneità tal - persuni b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl - applikant | 15.1 Għall - iskopijiet | tal - identità u l - evidenza tal - idoneità ta’ persuni b’parteċipazzjonijiet |
kwalifikanti fl - istituzzjoni ta’ pagament tal - applikant, mingħajr preġudizzju għall - valutazzjoni skont il - kriterji, kif rilevanti, introdotti bid - Diretti va 2007/44/KE u speċifikati fil -linji gwida konġunti għall - valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti (JC/GL/2016/01), l - applikant għandu jippreżenta l - informazzjoni li ġejja: - a) deskrizzjoni tal - grupp li għalih jappartjeni l -a pplikant u indikazzjoni tal - impriża omm, fejn applikabbli;
- b) ċart li tistabbilixxi l - istruttura tal - azzjonist tal - applikant, inkluż:
- i) l- isem u l - perċentwal tal - parteċipazzjoni (kapital/dritt tal - vot) ta’ kull persuna li għandha jew ser ikollha parteċipazzjoni diretta fil - kapital azzjonarju tal - applikant, filwaqt li ssir identifikazzjoni ta’ dawk li huma meqjusa bħala parteċipanti kwalifikanti u r - raġuni għal dawn il - kwalifiki;
- ii) l- isem u l - perċentwal tal - parteċipazzjoni (kapital/drittijiet tal - vot) ta’ kull persuna li għandha jew ser ikollha parteċipazzjoni indiretta fil - kapital azzjonarju tal - applikant, filwaqt li ssir identifikazzjoni ta’ dawk li huma meqjusa bħala parteċipanti kwalifikanti indiretti u r - raġuni għal din il - kwalifika;
- c) lista tal - ismijiet tal - persuni kollha u entitajiet oħra li għandhom jew, fil - każ ta’ awtorizzazzjoni, ser ikollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil - kapital tal - applikant, li għal kull persuna jew entità tindika:
- i. in- numru u t - tip ta’ ishma jew parteċipazzjonijiet oħra sottoskritti jew li għandhom jiġu sottoskritti;
- ii. il- valur nominali ta’ dawn l - ishma jew parteċipazzjonijiet oħra.
15.2 Fejn persuna li għandha jew, fil - każ ta’ awtorizzazzjoni, ser ikollha parteċipazzjoni kwalifikanti fil- kapital tal - applikant, hija persuna fiżika, l- applikazzjoni għandha tistabbilixxi l - informazzjoni kollha li ġejja relatata mal - identità u l - idoneità ta' dik il - persuna: - a) l- isem tal - persuna u l - isem tal - persuna fit - twelid, id - data u l - post tat - twelid, iċ - ċittadinanza (attwali u preċedenti), in -numru ta’ identifikazzjoni (fejn disponibbli) jew in - numru tal - passaport, l - indirizz u kopja ta’ dokument uffiċjali tal - identità;
- b) curriculum vitae dettaljat li jindika l - edukazzjoni u t - taħriġ, l - esperjenza professjonali preċedenti u kwalunkwe attività professjonali jew funzjonijiet oħra li qed jitwettqu attwalment;
- c) dikjarazzjoni, akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn, li jkun fiha l -informazzjoni li ġejja dwar il - persuna;
- i. soġġetta għal rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali li jikkonċernaw l - iżvelar ta’ kundanni esegwiti, kwalunkwe kundanna jew proċediment kriminali fejn il - persuna nstabet ħatja tagħhom u li ma twarrbux;
- ii. kwalunkwe deċiżjoni ċivili jew amministrattiva fi kwistjonijiet ta’ rilevanza għall - valutazzjoni jew proċess ta’ awtorizzazzjoni fejn il - persuna nstabet ħatja tagħhom u kwalunkwe sanzjoni amministrattiva jew miżura imposta bħala konsegwenza ta’
| ksur | tal - liġijiet jew tar - regolamenti (inkluża skwalifika bħala direttur ta’ |
kumpanija), f’kull każ li ma twarrbux u li ma hemm l - ebda appell pendenti jew li jista’ jiġi ppreżentat kontrihom; - iii. kwalunkwe falliment, insolvenza jew proċeduri simili;
- iv. kwalunkwe investigazzjoni kriminali pendenti;
- v. kwalunkwe investigazzjoni ċivili jew amministrattiva, proċedimenti ta’ infurzar, sanzjonijiet jew deċiżjonijiet oħra ta’ infurzar kontra l - persuna li jikkonċernaw kwistjonijiet li jistgħu jitqiesu rilevanti għall - awtorizzazzjoni sabiex tibda l - attività ta’ istituzzjoni ta’ pagament jew għall - ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament;
- vi. fejn tali dokumenti jistgħu jinkisbu, ċertifikat uffiċjali jew kwalunkwe dokument ieħor ekwivalenti li jixhed jekk xi wieħed mill - avvenimenti stabbiliti fis - subparagafi (i)- (v) seħħx fir - rigward tal - persuna rilevanti;
- vii. kwalunkwe ċaħda ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni;
- viii. kwalunkwe rtirar, revoka jew terminazzjoni ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex twettaq kummerċ, negozju jew professjoni;
- ix. kwalunkwe tkeċċija minn awtorità jew entità tas - settur pubbliku fis - settur tas - servizzi finanzjarji jew minn korp professjonali jew assoċjazzjoni;
- x. kwalunkwe pożizzjoni ta’ responsabbiltà b’entità soġġetta għal kwalunkwe kundanna jew proċediment kriminali, investigazzjonijiet amministrattivi, sanzjonijiet jew deċiżjonijiet oħra ta’ infurzar dwar nuqqasijiet relatati mal - imġiba, inkluż fir - rigward ta' frodi, nuqqas ta’ onestà, korruzzjoni, ħasil tal - flus, finanzjament tat - terroriżmu jew reat finanzjarju ieħor, jew ta’ falliment sabiex jiġu implimentati politiki u proċeduri adegwati sabiex jiġu evitati tali avvenimenti, li saru fiż - żmien meta seħħet l - allegata mġiba, flimkien ma’ dettalji ta’ dawn l - okkorrenzi u, jekk hemm, tal - involviment tal - persuna fihom;
- xi. kwalunkwe sensja minn impjieg jew pożizzjoni ta’ fiduċja, kwalunkwe tneħħija minn relazzjoni fiduċjarja (minbarra bħala riżultat tar - relazzjoni rilevanti li maż - żmien ser tiġi fi tmiemha) u kwalunkwe sitwazzjoni simili;
- d) lista ta’ impriżi li l - persuna tmexxi jew tikkontrolla u li l - applikant huwa konxju tagħhom wara inkjesta dovuta u bir - reqqa; il - perċentwal ta’ kontroll jew dirett jew indirett f’dawn il- kumpaniji; l - istatus tagħhom (jekk humiex attivi, xolti, eċċ.); u deskrizzjoni ta’ insolvenza jew proċeduri simili;
- e) fejn awtorità kompetenti diġà wettqet valutazzjoni ta’ reputazzjoni tal - persuna fis - settur tas - servizzi finanzjarji, l - identità ta’ dik l - awtorità u l - eżitu tal - valutazzjoni;
- f) il- pożizzjoni finanzjarja attwali tal - persuna, inkluż dettalji dwar is - sorsi ta’ dħul, l -assi u l-obbligazzjonijiet, l -in teressi fuq it - titoli u l - garanziji, mogħtija jew riċevuti;
- g) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe rabta ma’persuni li huma politikament esposti, kif definit fl - Artikolu 3(9) tad - Direttiva (UE) 2015/8492 .
15.3 Fejn persuna jew entità li għandha jew, fil - każ ta’ awtorizzazzjoni, ser ikollha parteċipazzjoni kwalifikanti fil - kapital tal - applikant (inkluż entitajiet li mhumiex persuna ġuridika u li jżommu jew għandhom iżommu l - parteċipazzjoni fl - isem proprju tagħhom), l - applikazzjoni għandu jkun fiha l - informazzjoni li ġejja li tirrelata mal - identità u l - idoneità ta’ dik il - persuna ġuridika jew entità: - a) isem;
- b) fejn il - persuna ġuridika jew entità hija rreġistrata f’reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali, reġistru tal - kumpaniji jew reġistru simili li għandu l - istess skopijiet ta’ dawk imsemmijin hawn fuq, kopja tar - reputazzjoni tajba, jekk possibbli, jew inkella ċertifikat ta’ reġistrazzjoni;
- c) l- indirizzi tal - uffiċċju rreġistrat tagħha u, fejn differenti, tal - uffiċċju prinċipali tagħha, u l - post prinċipali tan - negozju;
- d) dettalji ta’ kuntatt;
- e) dokumenti korporattivi jew, fejn il - persuna jew l - entità hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, sommarju li jispjega l - karattersitiċi legali ewlenin tal - forma ġuridika jew l - entita;
- f) jekk il - persuna ġuridika jew l - entità qatt kienet irregolata jew hija rregolata minn awtorità kompetenti fis - settur tas - servizzi finanzjarji jew korp governattiv ieħor;
- g) fejn dawn id - dokumenti jistgħu jinkisbu, ċertifikat uffiċjali jew kwalunkwe dokument ekwivalenti ieħor li jixhed l - informazzjoni stabbilita fil -paragrafi (a) sa (e) maħruġa mill - awtorità kompetenti rilevanti;
- h) l- informazzjoni msemmija fil -Linja gwida 15(2)(c), 15(2)(d) 15(2)(e), 15(2)(f), u 15(2)(g) fir- rigward tal - persuna ġuridika jew entità;
- i) lista li fiha d - dettalji ta’ kull persuna li effettivament tmexxi n - negozju tal - persuna ġuridika jew entità, inkluż isimhom, id - data u l - post ta’ twelid, l - indirizz, in - numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tagħhom, fejn disponibbli, u curriculum vitae dettaljat (li fih jingħad l - edukazzjoni u t - taħriġ rilevanti, esperjenza professjonali preċedenti, kwalunkwe attività professjonali jew funzjonijiet rilevanti oħra li qed jitwettqu attwalment), flimkien mal- informazzjoni msemmija fil -Linja gwida 15(2)(c) u 15(2)(d) fir - rigward ta’ kull persuna tali;
- j) l- istruttura tal -par teċipazzjoni azzjonarja tal - persuna ġuridika, inkluż mill - inqas isimhom, data u post ta’ twelid, indirizz u, fejn disponibbli, numru ta’ identifikazzjoni personali jew numru ta’ reġistrazzjoni, u s - sehem ta’ kapital rispettiv u d - drittijiet tal - vot ta’ azzjonisti jew membri diretti jew indiretti u sidien benefiċjarji, kif definit fl - Artikolu 3(6) tad - Direttiva (UE) 2015/849;
- k) deskrizzjoni tal - grupp finanzjarju regolat li l - applikant huwa parti minnu, jew jista’ jsir parti minnu, u li fiha tiġi indikata l -imp riża omm u l - entitajiet ta’ kreditu, assigurazzjoni u titoli fi ħdan il - grupp, l - isem tal - awtoritajiet kompetenti tagħhom (fuq bażi individwali jew konsolidata); u
- l) rapporti finanzjarji annwali, fil - livelli ta’ grupp individwali u, fejn applikabbli, dawk k onsolidati u subkonsolidati, għall - aħħar tliet snin finanzjarji, fejn il - persuna ġuridika jew l- entità kienet qed taħdem għal dak il - perjodu (jew, jekk anqas minn tliet snin, il - perjodu li għalih il - persuna ġuridika jew l - entità ilha taħdem u li għalih ġew ippreparati rapporti finanzjarji), approvati mill - awditur statutorju jew ditta tal - awditjar fi ħdan is - sens tad - Direttiva 2006/43/KE3 , fejn applikabbli, inkluż kull wieħed mill - punti li ġejjin:
- i. il- karta tal - bilanċ;
- ii. ir- rapporti tad - dħul jew ir - rapport tal - introjtu;
- iii. ir- rapporti annwali u l - annessi finanzjarji u kwalunkwe dokument ieħor irreġistrat mar- reġistru jew l - awtorità kompetenti rilevanti tal - persuna ġuridika;
- m) fejn il - persuna ġuridika m’ilhiex taħdem għal perjodu suffiċjenti biex tkun meħtieġa tipprepara rapporti finanzjarji għat - tliet snin finanzjarji immedjatament qabel id - data tal - applikazzjoni, l - applikazzjoni għandha tistabbilixxi r - rapporti finanzjarji eżistenti (jekk ikun hemm);
- n) fejn il - persuna ġuridika jew l - entità għandha l - uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, informazzjoni ġenerali dwar ir - reġim regolatorju ta’ dak il - pajjiż terz kif applikabbli għall - persuna ġuridika jew l - entità, inkluża informazzjoni sa fejn ir - reġim ta’ ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u dak finanzjarju kontra t - terroriżmu ta’ pajjiż terz huwa konsistenti mar - Rakkomandazzjonijiet ta’ Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja;
- o) għall - entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika bħal impriża ta’ investiment kollettiv, fond ta’ investimenti sovrani jew fond fiduċjarju, l -applika zzjoni għandha tistabbilixxi l - informazzjoni li ġejja:
- i. l- identità tal - persuni li jimmaniġġjaw l - assi u tal - persuni li huma benefiċjarji jew abbonati;
- ii. kopja tad -dokum ent li jistabbilixxi u li jirregola l - entità inkluża l - politika ta’ investiment u kwalunkwe restrizzjoni fuq l - investiment applikabbli għall - entità.
15.4. L- applikazzjoni għandha tistabbilixxi l - informazzjoni kollha li ġejja għal kull persuna fiżika jew ġ uridik a jew entità li għandha jew, fil - każ ta’ awtorizzazzjoni, ser ikollha parteċipazzjoni kwalifikanti fil - kapital tal - applikant: - a) dettalji tar - raġunijiet finanzjarji jew kummerċjali ta’ dik il - persuna jew tal - entità għas - sjieda ta’ dik il - parteċipazzjoni jew l- istrateġija tal - persuna jew tal - entità dwar il - parteċipazzjoni, inkluż il - perjodu li għalih il - persuna jew l - entità beħsiebha żżomm il - parteċipazzjoni u kwalunkwe ħsieb li żżid, tnaqqas jew iżżomm il - livell tal - parteċipazzjoni fil- futur prevedibbli;
- b) dettalji tal - intenzjonijiet tal - persuna jew tal - entità fir - rigward tal - applikant u tal - influwenza tal - persuna jew l - entità li beħsiebha teżerċita fuq l - applikant, inkluż fir - rigward tal - politika tad - dividendi, l - iżvilupp strateġiku u l - allokazzjoni ta’ riżorsi tal - applikant, jekk huwiex beħsiebu jaġixxi bħala azzjonist ta’ minoranza attiva, u r - raġunament għal tali intenzjoni;
- c) informazzjoni dwar ir- rieda tal - persuna jew tal - entità li tappoġġja l - applikant b’fondi proprji addizzjonali jekk meħtieġ għall - iżvilupp tal - attivitajiet tiegħu jew f’każ ta’ diffikultajiet finanzjarji;
- d) il- kontenut ta’ kwalunkwe ftehim maħsub ta’ azzjonist jew membru ma’ azzjonisti jew membri oħrajn fir - rigward tal - applikant;
- e) analiżi dwar jekk b’xi mod il - parteċipazzjoni kwalifikanti hijiex ser tħalli impatt, inkluż bħala riżultat tar - rabtiet mill - qrib tal - persuna mal - applikant, fuq il - kapaċità tal - applikant sabiex jipprovdi informazzjoni fil - ħin u preċiża lill - awtoritajiet kompetenti;
- f) l- identità ta’ kull membru tal - korp maniġerjali jew ta’ maniġment superjuri li ser imexxi n- negozju tal - applikant u ser ikun inħatar minn tali azzjonisti jew membri, jew wara nomina minnhom, flimkien ma’, sal - punt li s’issa għadu ma ngħatax, l -informazzjoni stabbilita fil -Linja gwida 16.
| 15.5. L- applikazzjoni | għandha tistabbilixxi spjegazzjoni dettaljata tas - sorsi speċifiċi ta’ |
finanzjament għall - parteċipazzjoni ta’ kull persuna jew entità li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fil - kapital tal - applikant, li għandha tinkludi: - a) dettalji dwar l - użu ta’ riżorsi finanzjarji privati, inkluża d - disponibbiltà u (sabiex jiġi żgurat li l- awtorità kompetenti hija sodisfatta li l - attività li ġġenerat il - fondi hija leġittima) s -sors tagħhom;
- b) dettalji dwar l - aċċess għal swieq finanzjarji, inkluż dettalji dwar strumenti finanzjarj i li għandhom jinħarġu;
- c) informazzjoni dwar l- użu ta’ fondi mislufa, inkluż l - isem tal - mutwanti u d - dettalji tal - faċilitajiet mogħtija, bħal maturitajiet, termini, interessi fuq it - titoli u garanziji, kif ukoll informazzjoni dwar is- sors ta’ dħul li għandu jintuża sabiex dan is - self jitħallas lura; fejn il- mutwant mhuwiex istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata sabiex tagħti kreditu, l - applikant għandu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti l -informazzjoni dwar l- oriġini tal -fondi m islufa;
- d) informazzjoni dwar kwalunkwe arranġament finanzjarju ma’ persuni oħra li huma azzjonisti jew membri tal - applikant.
Linja Gwida 16: Valutazzjoni tal - identità u tal - idoneità tad - diretturi u l - persuni responsabbli għall - ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ pagament | 16.1. Għall - iskopijiet | tal - valutazzjoni tal - identità u tal - idoneità tad - diretturi u l - persuni |
responsabbli għall - ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ pagament, l - applikant għandu jipprovdi l - informazzjoni li ġejja: - a) dettalji personali, inkluż:
- i. ismu sħiħ, is - sess, il - post u d - data tat - twelid, l -indirizz u n- nazzjonalità, u n -numru tal - identifikazzjoni personali jew kopja tal - karta tal - identità jew ekwivalenti;
- ii. dettalji tal - pożizzjoni li għaliha qed tintalab il - valutazzjoni, jekk il - pożizzjoni tal - korp maniġerjali hijiex eżekuttiva jew mhux eżekuttiva. Dan għandu jinkludi wkoll id- dettalji li ġejjin:
| - | l- ittra tal - ħatra, il - kuntratt, l - offerta ta’ impjieg jew abbozzi rilevanti, kif applikabbli; | | - | id- data inizjali ppjanata u d - durata tal - mandat; | | - | deskrizzjoni tad - dmirijiet u r - responsabbiltajiet ewlenin tal - individwu; |
- b) fejn applikabbli, informazzjoni dwar il - valutazzjoni tal - idoneità mwettqa mill - applikant, li għandha tinkludi d - dettalji tar - riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal - idoneità tal - individwu mwettqa mill- istituzzjoni, bħal minuti tal - bord rilevanti jew rapporti dwar il - valutazzjoni tal - idoneità jew dokumenti oħra;
- c) evidenza tal - għarfien, ħiliet u esperjenza, li għandha tinkludi curriculum vitae li jkun fih dettalji tal - edukazzjoni u l - esperjenza professjonali, inklużi kwalifiki akkademiċi, taħriġ rilevanti ieħor, l - isem u n - natura tal - organizzazzjonijiet kollha li għalihom l -individwu jaħdem jew ħadem, u n - natura u d - durata tal - funzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari bl - enfasi tkun fuq l - attivitajiet fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni tal - pożizzjoni mfittxija;
- d) evidenza tar - reputazzjoni, onestà u integrità, li għandha tinkludi:
- i. rekords kriminali u informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinari, inkluż skwalifika bħala direttur ta’ kumpanija, falliment, insolvenza u proċeduri simili, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jew kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li huwa oġġettivament affidabbli dwar in- nuqqas ta’ kundanna, investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, bħal investigazzjonijiet ta’ parti terza u xhieda li saret minn avukat jew nutar stabbilit fl - Unjoni Ewropea;
- ii. dikjarazzjoni dwar jekk hemmx proċedimenti kriminali pendenti jew jekk il - persuna jew kwalunkwe organizzazzjoni mmexxija minnu jew minnha kinux involuti bħala debitur fi proċedimenti ta' insolvenza jew proċedimenti paragunabbli;
- iii. informazzjoni dwar dan li ġej:
| - | investigazzjonijiet, proċedimenti ta’ infurzar jew sanzjonijiet minn awtorità superviżorja li l - individwu kien direttament jew indirettament involut fiha; | | - | rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; l - irtirar, ir - revoka jew it - terminazzjoni ta’ reġistrazzjoni, l - awtorizzazzjoni, is - sħubija jew il - liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew governattiv jew minn korp professjonali jew assoċjazzjoni; | | - | tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili, jew jekk i l- persuna ntalbet tirriżenja minn impjieg f'pożizzjoni bħal din, bl - esklużjoni ta’ sensji; | | - | jekk twettqitx diġà valutazzjoni tar - reputazzjoni tal - individwu bħala akkwirent jew persuna li tmexxi n - negozju ta’ istituzzjoni minn awtorità kompetenti oħra, inkluża l - identità ta’ dik l - awtorità, id - data tal - valutazzjoni u l - evidenza tal - eżitu ta’ din il - valutazzjoni, u l - kunsens tal - individwu, fejn meħtieġ, sabiex tali informazzjoni titfittex u tiġi pproċessata u l- informazzjoni pprovduta tintuża għall - valutazzjoni tal - idoneità; | | - | jekk twettqitx diġà xi valutazzjoni oħra qabel tal - individwu, bl - awtorità minn settur ieħor mhux finanzjarju, inklużi l - identità ta' dik l - awtorità u l - evidenza tal - eżitu ta' din il - valutazzjoni. |
Linja Gwida 17: Identità ta' awdituri statutorji u ditti tal - awditjar L- identità ta’ awdituri statutorji u ditti tal - awditjar kif definit fid - Direttiva 2006/43/KE li għandha tiġi pprovduta mill - applikant, fejn rilevanti, għandu jkun fiha l - ismijiet, l -indirizzi u d- dettalji ta’ kuntatt tal - awdituri. Linja Gwida 18: L- Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli għas - servizzi ta’ bidu ta’ pagament u servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet Bħala evidenza ta’ Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli li hija konformi mal- Linji gwida tal -EBA dwar il- kriterji dwar kif wieħed għandu jistipula l - ammont | monetarju minimu | tal - assigurazzjoni professjonali jew garanzija komparabbli oħra |
(EBA/GL/2017/08) u l - Artikolu 5(2) u 5(3) tal - PSD2, għall - provvista ta’ PIS jew AIS l - applikant għandu jipprovdi l- informazzjoni li ġejja: - a) kuntratt tal - assigurazzjoni jew dokument ekwivalenti ieħor li jikkonferma l - eżistenza tal - Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli, b’ammont ta’ kopertura li jkun konformi mal- Linji gwida tal - EBA msemmija, li juri l - kopertura tal - obbligazzjonijiet rilevanti;
- b) dokumentazzjoni ta’ kif l - applikant ikkalkula l - ammont minimu b’mod li jkun konformi mal- Linji gwida tal - EBA msemmija, inklużi l - komponenti kollha applikabbli tal -formula speċifikata fiha.
2 Id- Direttiva (UE) 2015/849 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 20 ta’ Mejju 2015 dwar il - prevenzjoni tal - użu tas - sistema finanzjarja għall - finijiet tal - ħasil tal - flus jew il - finanzjament tat - terroriżmu (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73). 3 Id- Direttiva 2006/43/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 17 ta’ Mejju 2006 dwar il - verifiki statutorji tal - kontijiet annwali u tal - kontijiet konsolidati, li temenda d - Direttivi tal - Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id - D irettiva tal - Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87 - 107).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|