+4.2 Linji gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa mill - applikanti għar - reġistrazzjoni għall - provvista tas - servizz 8 biss tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (servizzi ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet)

4.2 Linji gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa mill - applikanti għar - reġistrazzjoni għall - provvista tas - servizz 8 biss tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (servizzi ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet)

Linja Gwida 1: Pri nċipji ġenerali

1.1 Dan is- sett ta’ linji gwida japplika għall - applikanti għar - reġistrazzjoni bħala fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISPs). Dan jirreferi għall - applikanti li beħsiebhom jipprovdu biss servizzi ta’ informazzjoni dwar i l- kontijiet (AIS). Jekk l - applikanti jkun beħsiebhom jipprovdu servizzi addizzjonali ma’ dawk tal - AIS, huma għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni u jirreferu għal - linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.1 għall - istituzzjonijiet ta’ pagament (PIs).

1.2 L-infor mazzjonipprovduta mill - applikanti għandha tkun vera, kompluta, preċiża u

aġġornata. L - applikanti kollha għandhom jikkonformaw mad - dispożizzjonijiet kollha fis - sett ta’ linji gwida li japplika għalihom. Il - livell ta’ dettall meħtieġ għall - konformità għandu jkun proporzjonat għad - daqs tal - applikant u l - organizzazzjoni interna, u għan - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni, il - kumplessità u r - riskju tas - servizz(i) partikolari li l - applikant beħsiebu jipprovdi. Fi kwalunkwe każ, skont id - Direttiva tal -UE 2015/2366, id- diretturi u l - persuni responsabbli għall - ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ pagament huma ta’ reputazzjoni tajba u għandhom għarfien u esperjenza xierqa sabiex iwettqu servizzi ta’ pagament, irrispettivament mid - daqs tal - istituzzjoni, l - organizzazzjoni inte rna u n- natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l- kumplessità tal - attivitajiet tagħha u d - dmirijiet u r - responsabbiltajiet tal - pożizzjoni speċifika.

1.3 Meta jippreżenta l - informazzjoni meħtieġa, l - applikant għandu jevita li jagħmel referenzi għal taqsimiet speċifiċi tal - proċeduri/dokumenti interni. Minflok, l - applikant għandu jagħżel it - taqsimiet rilevanti u jipprovdihom lill - awtorità kompetenti (AK).

1.4 Jekk l - AK ikunu jeħtieġu kjarifiki dwar l - informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata, l - applikant għandu jipprovdi di n il- kjarifika mingħajr dewmien.

1.5 Id- data kollha mitluba taħt dawn il - linji gwida għar - reġistrazzjoni bħala fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet (AISPs) hija meħtieġa għall - valutazzjoni tal - applikazzjoni u ser tiġi ttrattata mill - awtorità kompetenti skont l - obbligi ta’ segretezza professjonali stabbiliti f’PSD2, mingħajr preġudizzju għad - dritt tal -Unjoni applikabbli u r- rekwiżiti u l - proċeduri nazzjonali dwar l- eżerċizzju tad - dritt ta’ aċċess, rettifika, kanċellazzjoni jew oppożizzjoni.

Linja Gwida 2: Dettalji ta’ Identifikazzjoni

2.1 Jekk l - applikanthuwa persuna fiżika, id - dettalji ta’ identifikazzjoni li l - applikant għandu

jipprovdi, għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja:

  • a) isem, indirizz, nazzjonalità u data u post tat - twelid;
  • b) kopja ta l- karta ta’ identità jew dokument tal - identità ekwivalenti;
  • c) curriculum vitae aġġornat;
  • d) kontroll ta’ rekord kriminali li ma għandux aktar minn 3 xhur;
  • e) l- isem(ismijiet) tal - persuna(i) inkarigati li jindirizzaw il - fajl ta’ applikazzjoni u l - proċedura ta’ awtorizzazzjoni, u d - dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

2.2 Jekk l - applikant huwa persuna ġuridika, id - dettalji ta’ identifikazzjoni li l - applikant għandu jipprovdi, għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja:

  • a) l- isem korporattiv tal - applikant u, jekk differenti, l - isem kummerċjali;
  • b) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex diġà inkorporat jew fil - proċess li jiġi inkorporat;
  • c) in- numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal - applikant, jekk applikabbli;
  • d) l- istatus legali tal - applikant u (abbozz ta’) statut ta’ assoċjazzjoni u/jew dokumenti kostituzzjonali li jixhdu l - istatus legali tal - applikant;
  • e) l- indirizz tal - uffiċċju prinċipali u l - uffiċċju rreġistrat tal - applikant;
  • f) l- indirizz elettroniku u s - sit web tal - applikant, jekk disponibbli;
  • g) l- isem tal - persuna(i) inkarigati li jin dirizzaw il- fajl ta’ applikazzjoni u l - proċedura ta’ awtorizzazzjoni, u d - dettalji ta’ kuntatt tagħhom;
  • h) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant qatt kien, jew huwa attwalment irregolat minn awtorità kompetenti fis - settur tas - servizzi finanzjarji;
  • i) iċ - ċertifikat ta’ reġistru tal - inkorporazzjoni jew, jekk applikabbli, ċertifikat negattiv ta’ reġistru merkantili li jiċċertifika li l - isem applikat mill - kumpanija huwa disponibbli;
  • j) evidenza tal - pagament ta’ kwalunkwe miżata jew tad - depożitu ta' fondi sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għar - reġistrazzjoni bħala fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet, fejn applikabbli skont il - liġi nazzjonali.

Linja Gwida 3: Programm ta’ operazzjonijiet

3.1. Il- programm ta’ operazzjonijiet li l - applikant għandu jipprovdi, għandu jinkludi l -informazzjoni li ġejja:

  • a) deskrizzjoni tas - servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet li huwa maħsub li jiġi pprovdut, inkluża spjegazzjoni ta’ kif l - applikant iddetermina li l - attività hija konformi mad - definizzjoni tas - servizzi ta’ inform azzjoni dwar il- kontijiet kif definit fl - Artikolu 4(16) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (PSD2);
  • b) dikjarazzjoni tal - applikant li huma f’ebda ħin mhu se jidħlu f’pussess ta’ fondi;
  • c) deskrizzjoni tal - provvista tas - servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet inkluż:
  • i. abbozz ta’ kuntratti bejn il - partijiet kollha involuti, jekk applikabbli;
  • ii. termini u kondizzjonijiet tal - provvista tas - servizzi ta’informazzjoni dwar il - kontijiet;
  • iii. ħinijiet ta’ pproċessar;
  • d) in- numru stmat ta’ bini differenti li minnu l - applikant beħsiebu j ipprovdi s- servizzi, jekk applikabbli;
  • e) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe servizz anċillari għas - servizz ta' informazzjoni dwar il - kontijiet, jekk applikabbli;
  • f) dikjarazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet fi Stat Membru ieħor tal - UE jew f’pajjiż ieħor ladarba jiġu rreġistrati;
  • g) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex beħsiebu, għat - tliet snin li ġejjin, jipprovdi, jew diġà jipprovdi, attivitajiet tan - negozju minbarra servizzi ta’ informazzjoni dwar il -kon tijiet kif imsemmi fl - Artikolu 18 tad - Direttiva 2015/2366, inkluża deskrizzjoni tat - tip u l -volum mistenni tal - attivitajiet;
  • h) l- informazzjoni speċifikata fil - Linji gwida tal -EBA dwar il- kriterji dwar kif wieħed għandu jistipula l - ammont monetarju minimu tal - Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli oħra skont l - Artikolu 5(4) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (EBA/GL/2017/08) fejn l - applikant beħsiebu jipprovdi biss is - servizz 8 (AIS). Linja Gwida 4: Pjan tan - negozju

4.1. Il- pjan tan - negozju li għandu jiġi pprovdut mill - applikant għandu jinkludi:

  • a) pjan ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonsisti minn:
  • i. analiżi tal - pożizzjoni kompetittiva tal - kumpanija;
  • ii. deskrizzjoni tal - utenti ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet fis - segment ikkonċernat tas - suq ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet, il - materjali ta’ kummerċjalizzazzjoni u l - kanali ta’ distribuzzjoni;
  • b) kontijiet annwali ċċertifikati għat - tliet snin preċedenti, jekk disponibbli, jew sommarju tas - sitwazzjoni finanzjarja għal dawk l - applikanti li għadhom ma pproduċewx kontijiet annwali;
  • c) kalkolu ta’ previżjoni tal - baġit għall - ewwel tliet snin finanzjarji li juri li l - applikant ikun jista' juża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati li jippermettu lill - applikant jopera sew; dan għandu jinkludi:
  • i. rapport tal - introjtu u previżjoni tal - karta tal - bilanċ, inklużi xenarji fil - mira u xenarji ta’ kriżi kif ukoll is - suppożizzjonijiet bażi tagħhom, bħan - numru ta’ klijenti, l - ipprezzar u ż - żieda mistennija fil - livell limitu tal - profittabilità;
  • ii. spj egazzjonijiet tal - linji ewlenin ta' introjtu u nfiq, id -djun finanzjarji u l-assi kapitali;
  • iii. dijagramma u tqassim dettaljat tal - flussi stmati tal - flus għat - tliet snin li jmiss.

Linja Gwida 5: Organizzazzjoni strutturali

5.1. Jekk l - applikant huwa persuna fiżika, id - deskrizzjoni tal - organizzazzjoni strutturali tal - impriża tal - applikant għandu jkun fiha l - informazzjoni li ġejja:

  • a) previżjoni globali tan - numri tal - persunal għat - tliet snin li ġejjin;
  • b) deskrizzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni operattivi rilevanti li tikkonsisti minn:
  • i. l- identità u l - post ġeografiku tal - fornitur tal - esternalizzazzjoni;
  • ii. l- identitajiet tal - persuni fi ħdan l - AISP li huma responsabbli għal kull waħda mill - attivitajiet esternalizzati;
  • iii. deskrizzjoni dettaljata tal - attivitajiet esternalizzati u l - karatteristiċi prinċipali tagħha;
  • c) kopja tal - abbozz tal - ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni;
  • d) jekk applikabbli, deskrizzjoni tal - użu ta’ fergħat u aġenti, inkluż:
  • i. immappjar tal - kontrolli barra mis - sit u fuq is - sit tal - fergħat u l - aġenti li l - applikant beħsiebu jwettaq;
  • ii. is- sistemi tal - IT, proċessi u infrastruttura li jintużaw mill - aġenti tal - applikant sabiex iwettqu attivitajiet f’isem l - applikant;
  • iii. fil- każ tal - aġenti, il - politika tal - għażla, il - proċeduri ta’ monitoraġġ u t - taħriġ tal - aġenti u, fejn disponibbli, l - abbozz ta’ termini ta’ ingaġġ;
  • e) lista tal - persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom rabtiet mill - qrib mal - applikant AISP, li tindika l - identità tagħhom u n - natura ta’ dawk ir - rabtiet.
5.2. Jekk l - applikanthuwa persuna ġuridika, id - deskrizzjoni tal - organizzazzjoni strutturali tal -

impriża tiegħu għandu jkun fiha l - informazzjoni li ġejja:

  • a) ċart organizzattiva dettaljata, li turi kull diviżjoni, dipartiment jew separazzjoni strutturali simili, inkluż l - isem tal - persuna(i) responsabbli, b’mod partikolari dawk inkarigati minn funzjonijiet ta’ kontroll intern; iċ - ċart għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal -
funzjonijietu r - responsabbiltajiet ta’ kull diviżjoni, dipartiment jew separazzjoni

strutturali simili;

  • b) previżjoni globali tan -numri tal - persunal għat - tliet snin li ġejjin;
  • c) deskrizzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni rilevanti li tikkonsisti minn:
  • i. l- identità u l - post ġeografiku tal - fornitur tal - esternalizzazzjoni;
  • ii. l- identitajiet tal - persuni fi ħdan l - AISP li huma responsabbli għal kull waħda mill - attivitajiet esternalizzati;
  • iii. deskrizzjoni dettaljata tal - attivitajiet esternalizzati u l - karatteristiċi prinċipali tagħha;
  • d) kopja tal - abbozz tal - ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni;
  • e) jekk applikabbli, deskrizzjoni tal - użu ta’ fergħat u aġenti, inkluż:
  • i. immappjar tal - kontrolli barra mis - sit u fuq is - sit tal - fergħat u l - aġenti li l - applikant beħsiebu jwettaq;
  • ii. Is- sistemi tal - IT, proċessi u infrastrutturi li jintużaw mill - aġenti tal - applikant sabiex iwettqu attivitajiet f’isem l - applikant;
  • iii. fil-k aż tal - aġenti, il - politika tal - għażla, il - proċeduri ta’ monitoraġġ u t - taħriġ tal - aġenti u, fejn disponibbli, l - abbozz ta’ termini ta’ ingaġġ;
  • f) lista tal - persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom rabtiet mill - qrib mal - applikant, li tindika l - identitajiet tagħhom u n - natura ta’ dawk ir - rabtiet.

Linja Gwida 6: Arranġamenti ta’ governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern

6.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - arranġament ta’ governanza u l - mekkaniżmi ta’ kontroll intern li tkun tikkonsisti minn:

  • a) im mappjar tar - riskji identifikati mill - applikant, inkluż it - tip ta’ riskji u l - proċeduri li l - applikant ser jimplimenta biex jivvaluta u jevita dawn ir - riskji;
  • b) il- proċeduri differenti maħsuba sabiex jitwettqu kontrolli perjodiċi u permanenti, inkluż il- frekwenza, u r - riżorsi umani allokati;
  • c) il- proċeduri kontabilistiċi li permezz tagħhom l - applikant ser jirreġistra u jirrapporta l - informazzjoni finanzjarja tiegħu;
  • d) l- identità tal - persuna(i) responsabbli għall - funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż għall - kontrolli perjodiċi, permanenti u ta’ konformità, kif ukoll curriculum vitae aġġornat;
  • e) l- identità ta' kwalunkwe awditur li mhuwiex awditur statutorju skont id - Direttiva 2006/43/KE;
  • f) il- kompożizzjoni tal - korp maniġerjali u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe korp ta’ sorveljanza jew kumitat ieħor;
  • g) deskrizzjoni tal - mod li bih il - funzjonijiet esternalizzati huma mmonitorjati u kkontrollati sabiex jiġi evitat indeboliment fil - kwalità tal - kontrolli interni tal - applikant;
  • h) deskrizzjoni tal - mod li bih kwalunkwe aġent u fergħa huma mmonitorjati u kkontrollati fi ħdan il - qafas tal - kontrolli interni tal - applikant;
  • i) fejn l - applikant huwa s - sussidjarju ta’ entità regolata fi Stat Membru ieħor tal - UE, deskrizzjoni tal - governanza tal - grupp. Linja Gwida 7: Proċedura għall - monitoraġġ, trattar u segwitu tal - inċidenti ta’ sigurtà u lmenti tal - konsumaturi relatati mas - sigurtà

7.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - proċedura fis - seħħ sabiex isir monitoraġġ, trattament u segwitu tal - inċidenti ta’ sigurtà u tal - ilmenti tal - konsumaturi relatati mas - sigurtà li għandhom jiġu pprovduti mill - applikant, li għandu jkun fiha:

  • a) miżuri organizzattivi u għodod għall - prevenzjoni tal - frodi;
  • b) dettalji tal - individwi u korpi responsabbli għall - assistenza lill - klijenti f’każijiet ta’ frodi, kwistjonijiet tekniċi u/jew ġestjoni tal - pretensjoni;
  • c) linji ta’ rappurtar f’każijiet ta' frodi;
  • d) il- punt ta’ kuntatt għall - klijenti, inkluż isem u indirizz elettroniku;
  • e) il- proċeduri għar - rappurtar tal - inċidenti, inkluża l - komunikazzjoni ta’ dawn ir -rappor ti lill - korpi interni jew esterni, inkluża n - notifika ta’ inċidenti maġġuri lill - awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont l - Artikolu 96 ta’ PSD2 u f’konformità mal - linji gwida tal -EBA dwar ir- rappurtar tal - inċidenti taħt l - Artikolu msemmi.
  • f) l- għodod ta’ monitoraġġ użati u l - miżuri u l - proċeduri ta’ segwitu fis - seħħ sabiex jittaffu r- riskji tas - sigurtà.

Linja Gwida 8: Proċess fis - seħħ għall - preżentazzjoni, monitoraġġ, intraċċar u r - restrizzjoni tal - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti

8.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - proċess fis - seħħ sabiex jippreżenta, jimmonitorja, jintraċċa u jirrestrinġi l - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti li tikkonsisti minn:

a) deskrizzjonital - fluss tad - data kklassifikata bħala data sensittiva dwar pagamenti fi l-

kuntest tal - mudell kummerċjali tal - AISP;

  • b) il- proċeduri fis - seħħ sabiex jiġi awtorizzat l - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti;
  • c) deskrizzjoni tal - għodda ta’ monitoraġġ;
  • d) il- politika għad - dritt ta’ aċċess, bid - dettall tal - aċċess għall - komponenti u s -s istemi tal - infrastruttura kollha rilevanti, inklużi bażijiet tad - data u infrastrutturi ta’ riżerva;
  • e) deskrizzjoni ta’ kif id - data miġbura hija ppreżentata;
  • f) l- użu intern u/jew estern mistenni tad - data miġbura, inkluż mill - kontropartijiet;
  • g) is- sistema tal -IT u l- miżuri tas - sigurtà teknika li ġew implimentati, inkluż il - kriptaġġ u/jew it - tokenisation;
  • h) identifikazzjoni tal - individwu(i), korpi u/jew kumitat(i) b'aċċess għad - data sensittiva dwar pagamenti;
  • i) spjegazzjoni ta’ kif il - ksur ser jiġi identifikat u indirizzat;
  • j) programm annwali ta’ kontroll intern fir - rigward tas - sigurtà tas - sistemi tal - IT.

Linja Gwida 9: L- arranġamenti dwar il - kontinwità tan - negozju

9.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - arranġamenti dwar il - kontinwità tan - negozju li tkun tikkonsisti mill - informazzjoni li ġejja:

  • a) analiżi tal - impatt fuq in - negozju, inklużi l - proċessi tan - negozju u l - għanijiet ta’ rkupru, bħal għanijiet ta’ ħin ta’ rkupru, għanijiet ta’ punt ta’ rkupru u assi protetti;
  • b) l- identifikazzjoni tas - sit ta’ riżerva, aċċess għall - infrastruttura tal - IT, u s - softwer ewlieni u d- data għal irkupru minn diżastru jew tfixkil;
  • c) spjegazzjoni ta’ kif l - applikant ser jindirizza avvenimenti ta’ kontinwità u tfixkil sinifikanti, bħall - falliment ta’ sistemi ewlenin; it - telf ta’ data ewlenija; l - inaċċessibbiltà tal - bini; u t - telf ta’ persuni ewlenin;
  • d) il- frekwenza li biha l - applikant beħsiebu jittestja l - kontinwità tan - negozju u l - pjanijiet ta’ rkupru minn diżastru, inkluż kif ir - riżultati tal - ittestjar ser jiġu rreġistrati.

Linja Gwida 10: Dokument dwar il - politika tas - sigurtà

10.1. L- applikant għandu jipprovdi dokument dwar il - politika tas - sigurtà li jkun fih l -informazzjoni li ġejja:

a) valutazzjoni jipprovdi, lidettaljata tar - riskju tas - servizz(i) ta’ pagament li l - applikant beħsiebu għandha tinkludi riskji ta’ frodi u l - miżuri ta’ kontroll tas - sigurtà u tal -

mitigazzjoni meħuda sabiex l - utenti ta’ servizzi ta’ pagament jiġu protetti b’mod adegwat kontra r - riskji identifikati;

  • b) deskrizzjoni tas - sistemi tal - IT, li għandha tinkludi:
  • i. l- arkitettura tas - sistemi u l - elementi tan - netwerk tagħhom;
  • ii. is- sistemi kummerċjali tal - IT li jappoġġjaw l - attivitajiet kummerċjali pprovduti, bħas - sit web tal - applikant, il - magna ta’ ġestjoni tar -riskju u l- frodi, u l - kontabilità tal - klijent;
  • iii. is- sistemi ta’ appoġġ tal - IT użati għall -organizzazzjoni u l- amministrazzjoni tal - AISP, bħall - kontabilità, sistemi ta’ rappurtar legali, ġestjoni tal - persunal, ġestjoni tar - relazzjonijiet mal - klijenti, servers tal - posta elettronika u servers tal -fajls interni;
  • iv. informazzjoni d war jekk dawk is - sistemi humiex diġà użati mill - AISP jew mill - grupp tiegħu, u d - data ta’ implimentazzjoni stmata, jekk applikabbli;
  • c) it - tip ta’ konnessjonijiet awtorizzati minn barra, bħal dawk ma’ sħab, fornituri tas - servizzi, entitajiet tal - grupp u impjegati li jaħdmu mill - bogħod, inkluż ir - raġunament għal dawn il - konnessjonijiet;
  • d) għal kull waħda mill - konnessjonijiet elenkati taħt punt c), il - miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà loġika fis - seħħ, filwaqt li jiġi speċifikat il - kontroll li ser ikollha l - istituzzjoni ta’ pagament fuq tali aċċess kif ukoll in - natura u l - frekwenza ta’ kull kontroll, bħal dak tekniku kontra dak organizzattiv; dak preventiv kontra dak identifikattiv; monitoraġġ f’ħin reali kontra reviżjonijiet regolari, bħall - użu ta’ direttorju attiv separat mill - grupp, il - ftuħ/l - għeluq tal - linji ta’ komunikazzjoni, il - konfigurazzjoni tat - tagħmir ta’ sigurtà, il - ġenerazzjoni ta’ ċertifikati ta’ awtentikazzjoni ewlenin jew tal - klijent, il - monitoraġġ tas - sistema, l - awtentikazzjoni, il - kunfidenzjalità tal - komunikazzjoni, l - identifikazzjoni ta’ intrużjoni, is - sistemi kontra l -virus u l- ġurnali;
  • e) il- miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà loġika li jirregolaw l - aċċess intern għas - sistemi tal - IT, li għandhom jinkludu:
  • i. in- natura teknika u organizzattiva u l - frekwenza ta’ kull miżura, bħal jekk hijiex preventiva jew identifikattiva u jekk issirx f’ħin reali;
  • ii. kif il- kwistjoni ta’ segregazzjoni tal - klijenti relatata mal - ambjent hija indirizzata f’każijiet fejn ir - riżorsi tal - IT tal - applikant huma kondiviżi;
  • f) il- miżuri u l- mekkaniżmi ta’ sigurtà fiżika tal - bini u ċ - ċentru tad - data tal - applikant, bħal kontrolli ta’ aċċess u sigurtà ambjentali;
  • g) is- sigurtà tal - proċessi ta’ pagament, li għandha tinkludi:
  • i. il- proċedura ta’ awtentikazzjoni tal - klijent użata kemm għal aċċess konsultattiv kif ukoll dak tranżazzjonali;
  • ii. spjegazzjoni dwar kif it - twettiq sikur għall - utent ta’ servizzi ta’ pagament leġittimu u l- integrità ta’ fatturi ta’ awtentikazzjoni, bħat - tokens ta’ ħardwer u applikazzjonijiet mobbli, huma żgurati, fiż - żmien tar - reġistrazzjoni inizjali kif ukoll tat - tiġdid;
  • iii. deskrizzjoni tas - sistemi u l - proċeduri li l - applikant għandu fis - seħħ għal analiżi ta’ tranżazzjoni u l - identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jew mhux tas - soltu.
  • h) valutazzjoni dettaljata tar -riskju fir-ri gward tas - servizzi ta’ pagament tagħha, inkluż il - frodi, b’rabta mal - miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni spjegati fil - fajl ta’ applikazzjoni, li juru li r- riskji huma indirizzati;
  • i) lista tal - proċeduri ewlenin bil - miktub fir - rigward tas - sistemi tal - IT tal - applikant jew, għal proċeduri li għadhom ma ġewx formalizzati, data stmata għall - finalizzazzjoni tagħhom.

Linja Gwida 11: Valutazzjoni tal - identità u tal - idoneità tad - diretturi u l - persuni responsabbli għall - ġestjoni tal - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet

11.1. Għall - iskopijiettal - valutazzjoni tal - identità u tal - idoneità tad - diretturi u l - persuni

responsabbli għall - ġestjoni tal - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet, l - applikant għandu jipprovdi l - informazzjoni li ġejja:

  • a) dettalji personali, li għandhom jinkludu:
  • i. l- isem, is - sess, il - post u d - data tat - twelid, l -indirizz u n- nazzjonalità, u n - numru tal - identifikazzjoni personali jew kopja tal - karta tal - identità jew ekwivalenti;
  • ii. dettalji tal - pożizzjoni li għaliha qed tintalab il- valutazzjoni, u jekk il - pożizzjoni tal - korp maniġerjali hijiex eżekuttiva jew mhux eżekuttiva; din għandha tinkludi wkoll id- dettalji li ġejjin:
-l- ittra tal - ħatra, il - kuntratt, l - offerta ta’ impjieg jew abbozzi rilevanti, kif applikabbli;
-id- data inizjali ppjanata u d - durata tal - mandat;
-deskrizzjoni tad - dmirijiet u r - responsabbiltajiet ewlenin tal - individwu;
  • b) fejn applikabbli, informazzjoni dwar il - valutazzjoni tal - idoneità mwettqa mill - applikant, li għandha tinkludi d - dettalji tar - riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal - idoneità tal - individwu mwettqa mill - istituzzjoni, bħal minuti tal - bord rilevanti jew rapporti dwar il - valutazzjoni tal - idoneità jew dokumenti oħra;
  • c) evidenza tal - għarfien, ħiliet u esperjenza, li għandha tinkludi curriculum vitae li jkun fih dettalji tal - edukazzjoni u l - esperjenza professjonali, inklużi kwalifiki akkademiċi, taħriġ rilevanti ieħor, l - isem u n - natura tal - organizzazzjonijiet kollha li għalihom l -individwu jaħdem jew ħadem, u n - natura u d - durata tal - funzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari bl - enfasi tkun fuq l - attivitajiet fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni tal - pożizzjoni mfittxija;
  • d) evidenza tar - reputazzjoni, onestà u integrità, li għandha tinkludi:
  • i. rekords kriminali u informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinari, inkluż skwalifika bħala direttur ta’ kumpanija, falliment, insolvenza u proċeduri simili, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jew kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li huwa oġġettivament affidabbli dwar in - nuqqas ta’ kundanna, investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, bħal investigazzjonijiet ta’ parti terza, xhieda li saret minn avukat jew nutar stabbilit fl - Unjoni Ewropea;
  • ii. dikjarazzjoni dwar jekk hemmx proċedimenti kriminali pendenti jew jekk il - persuna jew kwalunkwe organizzazzjoni mmexxija minnu jew minnha kinux involuti bħala debitur fi proċedimenti ta' insolvenza jew proċedimenti paragunabbli;
  • iii. informazzjoni dwar dan li ġej:
-investigazzjonijiet, proċedimenti ta’ infurzar jew sanzjonijiet minn awtorità superviżorja li l - individwu kien direttament jew indirettament involut fiha;
-rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; l - irtirar, ir - revoka jew it - terminazzjoni ta’ reġistrazzjoni, l - awtorizzazzjoni, is - sħubija jew il - liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew governattiv jew minn korp professjonali jew assoċjazzjoni;
-tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili, jew jekk il - persuna ntalbet tirriżenja minn impjieg f'pożizzjoni bħal din, bl - esklużjoni ta’ sensji;
-jekk twettqitx diġà valutazzjoni tar - reputazzjoni tal - individwu bħala akkwirent jew persuna li tmexxi n - negozju ta’ istituzzjoni minn awtorità kompetenti oħra, inkluża l - identità ta’ dik l - awtorità, id - data tal - valutazzjoni u l - evidenza tal - eżitu ta’ din il - valutazzjoni, u l - kunsens tal - individwu, fejn meħtieġ, sabiex tali informazzjoni titfittex u tiġi pproċessata u l- informazzjoni pprovduta tintuża għall - valutazzjoni tal - idoneità;
-jekk twettqitx diġà xi valutazzjoni oħra qabel tal - individwu, bl - awtorità minn settur ieħor mhux finanzjarju, inklużi l - identità ta' dik l - awtorità u l - evidenza tal - eżitu ta' din il -valu tazzjoni.

Linja Gwida 12: Assigurazzjoni tal - Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli

12.1. Bħala evidenza ta’ Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli li hija konformi mal- Linji gwida tal -EBA dwar l- Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali (EBA/GL/2017/08) u l - Artikoli 5(2)u 5(3) tal - PSD2 l - applikant għandu jipprovdi l -informazzjoni li ġejja:

  • a) kuntratt tal - assigurazzjoni jew dokument ekwivalenti ieħor li jikkonferma l - eżistenza tal - Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli, b’ammont ta’ kopertura li jkun konformi mal - Linji gwida tal - EBA msemmija, li juri l - kopertura tal - obbligazzjonijiet rilevanti;
  • b) dokumentazzjoni ta’ kif l - applikant ikkalkula l - ammont minimu b’mod li jkun konformi mal-Linji gwida tal - EBA msemmija, inklużi l - komponenti kollha applikabbli tal -formula speċifikata fiha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.