+4.2 Test ta' intensifikazzjoni superviżorju għal fergħat sinifikanti
---+19. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+20. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+21. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+22. Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar l - eżitu tat - test ta' …
---+23. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li …
---+24. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+25. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fergħa li ma tibqax tissodisfa t - test ta’ …
---+26. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+27. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+28. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+29. Fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet kritiċi għandha titqies bħala importanti għall - …
---+30. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll fergħa sinifikanti li hija importanti għall - …
---+31. Għall - finijiet tal - valutazzjoni ta’ jekk fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet …

4.2 Test ta' intensifikazzjoni superviżorju għal fergħat sinifikanti

4.2.1 Il-proċess tat-test ta' intensifikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
19. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jikkooperaw abbażi tal - paragrafi li ġejjin u jfittxu li jwettqu valutazzjoni komuni u jaslu għal konklużjoni komuni dwar jekk fergħa li tkun ġiet iddeterminata bħala sinifikanti f'konformità mal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE tissodisfax ukoll it - test ta' intensifikazzjoni u għalhekk għandha titqies bħala fergħa "sinifikanti ħafna" għall - finijiet ta' dawn il - linji gwida u tkun soġġetta għal superviżjoni intensifikata msemmija fit - Taqsima 5. Din il - konklużjoni komuni għandha tiġi kkomunikata lill - istituzzjoni u lill - istituzzjoni prinċipali tal - UE mis - superviżur konsolidanti u l - awtorità kompetenti tad - domiċilju.

6

20. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jaqblu dwar l - iskeda ta' żmien u l - proċess għat - twettiq tat - test ta' intensifikazzjoni, u dwar it - tħejjija tal - konklużjoni komuni dwar jekk dan it - test huwiex issodisfat.

21. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom ifittxu li jwettqu l - valutazzjoni komuni tagħhom dwar jekk il - kundizzjonijiet tat - test ta' intensifikazzjoni humiex issodisfati bl - użu ta' informazzjoni diġà disponibbli minn COREP u minn FINREP, kif ukoll informazzjoni oħra diġà disponibbli miġbura mill - istituzzjoni, inkluż mill - ICAAP jew mill - ILAAP tal - istituzzjoni jew tal - grupp. Għal dak il - għan u mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 28 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/98, is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jiskambjaw ukoll fil - qafas tal - kulleġġ kwalunkwe informazzjoni ulterjuri neċessarja.

22. Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar l - eżitu tat - test ta' …

Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar l - eżitu tat - test ta' intensifikazzjoni u tiġi evitata konklużjoni komuni, l - awtoritajiet għandhom jippreżentaw talba lill - EBA kif imsemmi fl - Artikolu 31(c) tar - Regolament tal - EBA flimkien mal - informazzjoni kollha neċessarja għall - EBA biex tifforma opinjoni dwar il - kwistjonijiet ikkontestati u tassisti lill - awtoritajiet biex jaslu għal konklużjoni komuni. L - awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom iqisu l - opinjoni tal - EBA u jsolvu l - kwistjoni kif xieraq.

23. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li …

Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li fergħa li tissodisfa t - test ta’ intensifikazzjoni tiġi nnotata kif xieraq fl - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp u li l - informazzjoni tiġi kkomunikata lill - kulleġġ superviżorju kif xieraq.

24. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jirrevedu l - konklużjoni komuni tagħhom dwar l - eżitu tat - test ta’ intensifikazzjoni mill - inqas kull sena u jaġġornawha. Għar - reviżjoni u l - aġġornament, japplikaw il - paragrafi 20- 23 u t - Taqsima 4.2.2.

25. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fergħa li ma tibqax tissodisfa t - test ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fergħa li ma tibqax tissodisfa t - test ta’ intensifikazzjoni tibqa’ fergħa sinifikanti għall - finijiet tal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE sakemm ma tiġix ivvalutata mill - ġdid mod ieħor skont id - dispożizzjonijiet ta’ dan l - Artikolu, peress li l - proċeduri ta’ valutazzjoni jibqgħu separati.

4.2.2 Kriterji għat-test ta’ intensifikazzjoni

26. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom iwettqu t - test ta’ intensifikazzjoni fid - dawl tad - daqs, il - kamp ta' applikazzjoni, in - natura u l - importanza sistematika tal - attivitajiet tal - fergħa fl - Istat Membru ospitanti u fid - dawl tas - s inifikat tagħha għall - istituzzjoni jew għall - grupp.

27. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom iqisu li fergħa sinifikanti għandha tiġi vvalutata ulterjorment biss jekk dik il - fergħa tipprovdi

7 funzjonijiet kritiċi fi ħdan it - tifsira tad - Direttiva 2014/59/UE fuq il - bażi tal - informazzjoni mill - irkupru (tal - grupp) jew mill - pjan ta' riżoluzzjoni (tal - grupp), fl - oqsma li ġejjin:

  • a. operazzjonijiet bankarji għall - konsumatur;
  • b. servizzi bankarji korporattivi;
  • c. pagamenti, ikklerjar, saldu;
  • d. kustodja;
  • e. sistema intrafinanzjarja ta’ għoti u teħid b'self; jew
  • f. bank tal - investiment.
28. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom iqisu jekk fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet kritiċi tissodisfax ukoll il - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il - fergħa hija importanti għall - istituzzjoni jew għall - grupp; jew
  • b. il - fergħa hi ta’ importanza sinifikanti għall - istabbiltà finanzjarja tal - Istat Membru ospitanti.
29. Fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet kritiċi għandha titqies bħala importanti għall - …

Fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet kritiċi għandha titqies bħala importanti għall - istituzzjoni jew għall - grupp meta l - fergħa tissodisfa kundizzjoni waħda jew aktar imsemmija fl - Artikolu 7(2)(a) - (e) tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/1075 jew għall - istituzzjoni jew għall - grupp.

30. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll fergħa sinifikanti li hija importanti għall - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll fergħa sinifikanti li hija importanti għall - istituzzjoni jew għall - grupp meta, fuq il - bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni sottomessa mill - istituzzjoni jew mill - impriża omm tal - UE inkluż għall - finijiet tal - ICAAP, ILAAP, il - pjan ta’ rkupru jew kwalunkwe ppjanar ieħor, il - fergħa tkun ġiet riferuta bħala importanti, għall - istituzzjoni jew għall - grupp.

31. Għall - finijiet tal - valutazzjoni ta’ jekk fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet …

Għall - finijiet tal - valutazzjoni ta’ jekk fergħa sinifikanti li tipprovdi funzjonijiet kritiċi għandhiex

titqies ta’ importanza sinifikanti għall - istabbiltà finanzjarja tal - Istat Membru ospitanti,l -

awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk il - fergħa tissodisfax kwalunkwe wieħed mill - kriterji li ġejjin:

  • a. is- sehem tas - suq tal - fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbeż l -4 % fl - Istat Membru ospitanti;
  • b. l - assi totali tal - fergħa (assi assoċjati mal - fergħa) jifformaw parti sinifikanti tal -PDG tal - Istat Membru ospitanti (jiġifieri huma akbar minn 4 % tal - PDG);
8
  • c. l - assi totali tal - fergħa (assi assoċjati mal - fergħa) jifformaw parti sinifikanti tal -assi totali tas - sistema bankarja tal - Istat Membru ospitanti (jiġifieri huma akbar minn 4 % tal - assi totali tas - sistema bankarja tal - Istat Membru ospitanti); jew
  • d. il - fergħa tista’ titqies bħala sistematikament importanti għal raġunijiet simili ta’ istituzzjonijiet oħrajn sistematikament importanti (O - SII) abbażi tal - valutazzjoni speċifikata fil - linji gwida tal -EBA5 meta jiġu applikati għal data speċifika għall - fergħa, meta dawn ikunu disponibbli. Minħabba l - firxa tal - integrazzjoni tal - fergħat u l - appoġġ riċevut mill - istituzzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu wkoll l - istabbiliment ta’ livelli limitu ogħla għall - punteġġ O - SII bl - għan li jidentifikaw il - fergħat li jissodisfaw it - test ta’ intensifikazzjoni.

5 Il - Linji Gwida tal - EBA dwar il - kriterji biex jiġu ddeterminati l - kundizzjonijiet tal - applikazzjoni tal - Artikolu 131(3) tad - Direttiva 2013/36/UE fir - rigward tal - valutazzjoni ta’ istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (EBA/GL/2014/10).

9

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.