+4.5 Test superviżorju tal - eċċezzjonijiet
---+113. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw regolarment, mill - inqas darba kull tliet xhur, l - …
---+114. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw regolarment, mill - inqas darba kull tliet xhur, l - …
---+115. Meta jikkalk ulaw il- bidla fl - EVE għall - fini tal - paragrafi 113 u 114, l- …
---+116. Meta jkunu qed jikkomputaw l - effetti tat - test standard tal - eċċezzjonijiet għall -EVE …
|
4.5 Test superviżorju tal - eċċezzjonijiet
4.5 Test superviżorju tal - eċċezzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
113. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw regolarment, mill - inqas darba kull tliet xhur, l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw regolarment, mill - inqas darba kull tliet xhur, l - impatt fuq l - EVE tagħhom ta’ ċaqliq parallel f’daqqa ta’ +/ - 200 punt fil - kurva tar - rendiment. L - istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw regolarment lill - awtorità kompetenti, mill - inqas darba f’sena, il -bidla fl - EVE li tirriżulta mill - kalkolu. Fejn it - tnaqqis fl - EVE ikun aktar minn 20 % tal- fondi proprji tal - istituzzjoni, l - istituzzjoni għandha tinforma lill - awtorità kompetenti minnufih.
|
|
114. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw regolarment, mill - inqas darba kull tliet xhur, l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw regolarment, mill - inqas darba kull tliet xhur, l - impatt fuq l - EVE tagħhom ta’ xokkijiet fuq ir -rati tal- imgħax, billi japplikaw ix - xenarji 1 sa 6 kif stipulati fl - Anness III. L- istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw regolarment lill - awtorità kompetenti, mill - inqas darba f’sena permezz tar - rapport tal -ICAAP, il- bidla fl - EVE li tirriżulta mill - kalkolu. Fejn it - tnaqqis fl - EVE ikun aktar minn 15% tal - kapital ta’ Livell 1 tal- istituzzjoni fi kwalunkwe wieħed mis - sitt xenarji, l - istituzzjoni għandha tinforma lill - awtorità kompetenti.
|
|
115. Meta jikkalk ulaw il- bidla fl - EVE għall - fini tal - paragrafi 113 u 114, l- …
|
Meta jikkalk ulaw il- bidla fl - EVE għall - fini tal - paragrafi 113 u 114, l- istituzzjonijiet għandhom japplikaw, b’mod partikolari, il - prinċipji li ġejjin: - (a) Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l - pożizzjonijiet kollha mill - istrumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax.
- (b) Negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar għandu jiġi inkluż, dment li r - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal- imgħax tiegħu ma jkunx irreġistrat f’kejl tar - riskju ieħor.
- (c) L- istrumenti kollha tas - CET1 u fondi proprji perpetwi oħra mingħajr dati eżerċitabbli għandhom jiġu esklużi mill - kalkolu tat - test standard tal - eċċezzjonijiet għall -EVE.
- (d) L- istituzzjonijiet għandhom jirriflettu opzjonijiet awtomatiċi u komportamentali fil - kalkolu. L - istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw is - suppożizzjonijiet ewlenin għall - immudellar skont l -i mġiba għall - karatteristiċi ta’ xenarji differenti tar -rati tal- imgħax.
- (e) Obbligazzjonijiet tal - pensjoni u assi ta’ pjanijiet tal - pensjoni għandhom jiġu inklużi, dment li r - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax tagħhom ma jkunx irreġistrat f’kejl tar - riskju ieħor.
- (f) Il- flussi tal - flus mill - istrumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax għandhom jinkludu kwalunkwe ħlas lura tas - somma kapitali ewlenija, kwalunkwe pprezzar mill - ġdid tas - somma kapitali ewlenija, u kwalunkwe pagament tal - imgħax.
- (g) Istituzzjonijiet bi proporzjon ta’ NPE8 ta’ 2 % jew aktar għandhom jinkludu l - NPEs bħala strumenti ġenerali sensittivi għar -rati tal- imgħax li l - immudellar tagħhom għandu jirrifletti l - flussi tal - flus mistennija u t - twaqqit tagħhom. L - NPEs għandhom jiġu inklużi mingħajr id - dispożizzjonijiet.
- (h) L- istituzzjonijiet għandhom iqisu limiti inferjuri għall - imgħax li jkunu speċifiċi għall - istrumenti.
- (i) It- trattament ta’ marġnijiet kummerċjali u ta' komponenti oħra tal - firxa fil - pagamenti tal- imgħax, f'termini tal - esklużjoni jew l - inklużjoni tagħhom fil - flussi tal - flus, għandu jkun konformi mal - approċċ intern ta’ ġestjoni u ta' kejl tal - istituzzjonijiet għar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fil - portafoll mhux tan - negozjar. L - istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill - awtorità kompetenti irrispettivament minn jekk jeskludux mill - kalkolu l- marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal - firxa. Jekk il - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal - firxa jiġu esklużi, l - istituzzjonijiet għandhom (i) jużaw metodoloġija trasparenti għall - identifikazzjoni tar - rata mingħajr riskju fil - bidu ta’ kull strument; (ii) jużaw metodoloġija li tiġi applikata b’mod konsistenti fl - unitajiet kummerċjali kollha; u (iii) jiżguraw li l - esklużjoni tal - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal - firxa mill - flussi tal - flus tkun konsistenti ma’ kif l - istituzzjoni tiġġestixxi u tiħħeġġja l -IRRBB.
- (j) Il- bidla fl - EVE għandha tiġi kkomputata bis - suppożizzjoni ta’ karta tal - bilanċ “run - off”.
- (k) Limitu inferjuri għar -rati tal- imgħax wara x - xokk u dipendenti fuq il - maturità għandu jiġi applikat għal kull munita li tibda b’ -100 punt bażi għal maturitajiet immedjati. Dan il- limitu inferjuri għandu jiżdied b’5 punti bażi kull sena, fejn eventwalment jilħaq 0 % għal maturitajiet ta’ 20 sena jew aktar. Jekk ir - rati osservati jkunu aktar baxxi mir -rata referenzjarja inferjuri attwali ta’ -100 punt bażi, l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir- rata osservata inferjuri9 .
- (l) L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - bidla fl -EVE mill- inqas għal kull munita fejn l - attivi jew il - passivi iddenominati f’dik il - munita jammontaw għal 5 % jew aktar tal -attivi finanzjarji (minbarra attivi tanġibbli) jew tal - passivi totali fil - portafoll mhux tan - negozjar, jew inkella inqas minn 5 % jekk it - total tal -attivi u l- passivi inklużi fil - kalkolu ikun inqas minn 90 % tal- attivi finanzjarji (minbarra attivi tanġibbli) jew tal - passivi (pożizzjonijiet materjali) totali fil - portafoll mhux tan - negozjar.
- (m) Meta jikkalkulaw il - bidla aggregata fl - EVE għal kull xenarju ta’ xokk fuq ir -rati tal-imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom jgħoddu flimkien kwalunkwe bidliet negattivi u pożittivi fl - EVE li jseħħu f’kull munita. Bidliet pożittivi għandhom jiġu pponderati b’fattur ta’ 50 %.
- (n) Għandha tiġi applikata kurva tar - rendiment “mingħajr riskju” ġenerali xierqa għal kull munita (eż. kur vi tar- rata swap). Dik il - kurva ma għandhiex tinkludi firxiet ta’ kreditu jew firxiet ta’ likwidità speċifiċi għall - istrumenti jew speċifiċi għall - entitajiet.
- (o) Id- data preżunta għall - ipprezzar mill - ġdid skont l - imġiba għal depożiti bl -imnut u depożiti bl- ingrossa mhux finanzjarji mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid (depożiti mingħajr maturità), għandha tkun ristretta għal medja massima ta’ ħames snin. Il -limitu ta’ 5 snin japplika individwalment għal kull munita. Depożiti mingħajr maturità minn istituzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal immudellar skont l - imġiba.
8 Proporzjon ta’ skoperturi improduttivi (titoli ta’ dejn u self u avvanzi improduttivi/titoli ta’ dejn u self u avvanzi gross totali) ikkalkulat fi l- livell tal - istituzzjoni. 9 L- EBA tista’ tipprevedi r - reviżjoni ta’ dan il - limitu minimu biex tiżgura li r - rata ta’ referenza inferjuri tkun prudenti biżżejjed fid - dawl ta’ żviluppi fir -rati tal- imgħax fil - ġejjieni.
|
|
116. Meta jkunu qed jikkomputaw l - effetti tat - test standard tal - eċċezzjonijiet għall -EVE …
|
Meta jkunu qed jikkomputaw l - effetti tat - test standard tal - eċċezzjonijiet għall -EVE, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il - metodi ta’ kalkolu stipulati taħt l -in testaturi tal -valur ekonomiku tal - ekwità fl - Anness I u fl - Anness II.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|