+4.3 Infrastruttura tad- data
---+33. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -programm tal-ittestjar tal- istress ikun appoġġjat …
---+34. Biex ikun żgurat li ġiet stabbilita infrastruttura tad - data xierqa, l - istituzzjonijiet …
---+35. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tagħhom għandha l - …
---+36. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tippermetti kemm …
---+37. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tagħhom hija proporzjonata …
---+38. L- istituzzjonijiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani, finanzjarji u materjali suffiċjenti biex …
---+39. L- istituzzjonijiet għandhom ukoll iqisu l -infrastruttura tad- data għall -ittestjar tal- …
---+40. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu data dwar ir- riskju preċiża u affidabbli aġġornata sabiex …
---+41. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -aggregazzjoni tad- data tagħhom dwar ir - riskju …
---+42. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data hija aggregata fuq bażi ġeneralment …
---+43. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - kapaċità li jiżguraw il -kompletezza tad- data dwar …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jipproduċu informazzjoni aggregata dwar ir -riskju …
---+45. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw data aggregata sabiex jissodisfaw firxa …
---+46. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - proċess ta’ rapportar tar - riskju tagħhom: a) …
|
4.3 Infrastruttura tad- data
4.3 Infrastruttura tad- data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
33. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -programm tal-ittestjar tal- istress ikun appoġġjat …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -programm tal-ittestjar tal- istress ikun appoġġjat minn infrastruttura ta’ data adegwata.
|
|
34. Biex ikun żgurat li ġiet stabbilita infrastruttura tad - data xierqa, l - istituzzjonijiet …
|
Biex ikun żgurat li ġiet stabbilita infrastruttura tad - data xierqa, l - istituzzjonijiet, inklużi dawk li mhumiex istituzzjon ijiet globali sistematikament importanti (G- SIIs), għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex jirreferu, safejn ikun xieraq, għall - prinċipji għal aggregazzjoni effettiva ta’ data tar-riskju u rapportar tar-riskju tal- Kumitat ta' Basel dwar is - Superviżjoni Bankar ja6 .
6 http://www.bis.org/publ/bcbs239.pdf
|
|
35. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tagħhom għandha l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tagħhom għandha l - kapaċità li tiflaħ għall - ħtiġijiet ta’ data estensiva tal-programm tal-ittestjar tal- istress tagħhom u li għandhom stabbiliti mekkaniżmi biex jiżguraw il - kapaċità kontinwa tagħhom li jwettqu ttestjar tal-istress kif ippjanat skont il-programm.
|
|
36. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tippermetti kemm …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tippermetti kemm il-flessibilità kif ukoll il- livelli xierqa ta’ kwalità u kontroll.
|
|
37. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tagħhom hija proporzjonata …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -infrastruttura tad- data tagħhom hija proporzjonata għad - daqs, il -kumplessità u r-riskju u l-profil tan- negozju tagħhom, u tippermetti t - twettiq ta’ testijiet tal-istress li jkopru r- riskji materjali kollha li l - istituzzjoni hija esposta għalihom.
|
|
38. L- istituzzjonijiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani, finanzjarji u materjali suffiċjenti biex …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani, finanzjarji u materjali suffiċjenti biex jiggarantixxu l - iżvilupp effettiv u ż - żamma tal -infrastruttura tad- data tagħhom, inklużi sistemi tat- teknoloġija tal -informatika.
|
|
39. L- istituzzjonijiet għandhom ukoll iqisu l -infrastruttura tad- data għall -ittestjar tal- …
|
L- istituzzjonijiet għandhom ukoll iqisu l -infrastruttura tad- data għall -ittestjar tal- istress bħala parti mill-infrastruttura tat- teknoloġija tal - informatika ġenerali tagħhom u għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adegwata lill-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju, l-identifikazzjoni ta’ investimenti fuq terminu twil u proċessi oħrajn tal -IT. Kapaċitajiet ta’ aggregazzjoni tad - data għall -finijiet tal-ittestjar tal-istress
|
|
40. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu data dwar ir- riskju preċiża u affidabbli aġġornata sabiex …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iżommu data dwar ir- riskju preċiża u affidabbli aġġornata sabiex iwettqu testijiet ta’ stress affidabbli u għandu jkollhom stabbilit ukoll proċess iddedikat għall - aggregazzjoni u l-produzzjoni ta’ tali data .
|
|
41. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -aggregazzjoni tad- data tagħhom dwar ir - riskju …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -aggregazzjoni tad- data tagħhom dwar ir - riskju hija karatterizzata minn preċiżjoni u integrità, kompletezza, prontezza u adattabilità.
|
|
42. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data hija aggregata fuq bażi ġeneralment …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data hija aggregata fuq bażi ġeneralment awtomatizzata biex tonqos il - probabbiltà ta’ żball. B’mod partikolari, għandha tkun stabbilita sistema dettaljata ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ kontrolli.
|
|
43. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - kapaċità li jiżguraw il -kompletezza tad- data dwar …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - kapaċità li jiżguraw il -kompletezza tad- data dwar ir-riskju. Għal dak l - għan, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data dwar ir-riskju tkopri kompletament ukoll ir-riskji barra l- karta bilanċjali u li tista’ tinkiseb faċilment fi kwalunkwe livell tal-istituzzjoni. Il- materjalità, f'termini ta’ riskju eżistenti u potenzjali, għandha tiġi kkunsidrata.
|
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jipproduċu informazzjoni aggregata dwar ir -riskju …
|
L- istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jipproduċu informazzjoni aggregata dwar ir -riskju f'waqtha biex jissodisfaw ir - rekwiżiti kollha ta’ rapportar matul il - proċess tal -ittestjar tal-istress wara stadji differenti ta’ assigurazzjoni tal- kwalità u ta’ kontestazzjoni; għal dak l - għan, l - istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw struttura effiċjenti li tiżgura l -prontezza.
|
|
45. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw data aggregata sabiex jissodisfaw firxa …
|
L- istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw data aggregata sabiex jissodisfaw firxa wiesgħa ta’ talbiet fuq talba li joħorġu kemm minn ħtiġijiet interni fl -istituzzjoni kif ukoll esternament minn talbiet superviżorji. Prattiki ta’ rapportar għall -finijiet ta’ ttestjar tal-istress
|
|
46. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - proċess ta’ rapportar tar - riskju tagħhom: a) …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - proċess ta’ rapportar tar - riskju tagħhom: - a) huwa appoġġjat kompletament minn kapaċitajiet ta’ aggregazzjoni ta’ data ;
- b) iwassal b’mod eżatt u preċiż data aggregata dwar ir-riskju u jirrifletti r- riskju b’mod eżatt;
- c) ikopri r- riskji materjali kollha u, b’mod partikolari, jippermetti l -identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet emerġenti li jistgħu potenzjalment ikunu vvalutati aktar anki fl -istess eżerċizzju ta’ ttest jar tal- istress;
- d) joffri jew kapaċi joffri informazzjoni addizzjonali dwar is - suppożizzjonijiet ewlenin, il - livelli ta’ tolleranza u twissijiet; u
- e) jikkomunika informazzjoni b’mod ċar u konċiż inkluża informazzjoni sinifikanti mfassla għall - ħtiġijiet tar -ri ċ evituri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|